Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487
Playing with Fire hija kummiedja banali, b'xi sekwenzi tassew umoristici li, però, għandha togħġob sewwa liż-żgħar, għalkemm tedjanti għall-kbar. Ninsabu f 'Redding, California fejn Jake Carson (Cena) u t-tim tiegħu kompost minn Mark Rogers (Key), Rodrigo Torres (Leguizamo) u Axe (Mane), suppost li huma pumpieri esperti. Mill-ewwel wieħed jieħu idea li dawn huma bla ras, lesti li jazzardaw mingħajr ħsieb ta' xejn anki f 'nirien qawwija, ineffiċjenti u stupidi. Sorpriżament, l-akbar intopp tagħhom jasal meta kabina tal-injam fil-foresta tieħu n-nar u jmorru jsalvaw tliet aħwa, Brynn (Hildebrand), tfajla stuża iktar minnhom, Will (Convery) u ċ-ċkejkna Zoey (Slater). Sakemm ikunu jistgħu jfittxu l-ġenituri tagħhom biex jiġu għalihom ikollhom jitqannew bihom fl- istazzjoni tagħhom. Dawn, kurjużi, entużjasti u mimlija enerġija jġibu lill-kwartieri tat-tifi tan-nar f 'ħerba sħiħa u anki lill-pumpiera fi gwaj kbir. F'dan l-inkwiet kollu, l-adulti aktar joħorġu ta' mbeċilli, waqt li ċ-ċkejknin dejjem triomfanti. Ma tkunx sorpriża jekk John Cena (u anki sħabu), golf ta' bniedem u eks lottatur, jingħata l-unur għall-agħar parti fir-Razzies Awards li jmiss. Hu ovvju li dan ix-xogħol ingħata dan it-trattament biex jappella għaċ- ċkejknin u għal dawk ta' intelliġenza limitata. 23 films illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 PLAYING WITH FIRE taċ-ċinema minn din il-ġimgħa Atturi Ewlenin: John Cena; Keegan-Michael Key; John Leguizamo; Tyler Mane; Judy Greer; Dennis Haysbert; Brianna Hildebrand; Christian Convery; Finley Rose Slater. Direttur: Andy Fickman. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 95 min. Ċert. U THE AERONAUTS Atturi Ewlenin: Felicity Jones; Eddie Redmayne; Tom Courtenay; Vincent Perez; Anne Reid. Direttur: Tom Harper. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 101 min. Ċert. (P.G.) Meta kont tifel niftakar li rajt Five Weeks In A Balloon (1962), film avverturuż dwar vjaġġ b'ballun (bużżieqa) kbir tal-arja fejn ma jiġri xejn skabruż. Ibbażat minn fuq storja vera, The Aeronauts hu ferm differenti u ħafna aktar reali mill-produzzjoni li diġà semmejt. L-istorja teħodna lura fis-sena 1862, fl-era Vittorjana meta kull xorta ta' esplorazzjoni jew skoperta kienet milqugħa b'pompa kbira mix-xjentisti u storiċi ta' dak iż-żmien. James Glaisher (Redmayne) metereoloġista li jemmen li wieħed jista' jbassar x'temp ikun ġej ikun irridikulat minn sħabu li tassew iwaqqgħu għaċ-ċajt it-teoriji tiegħu. Hu jiddeċiedi li jagħmel spedizzjoni b'ballun kbir tal-arja però jrid miegħu lil xi pilota. B'sorpriża kbira tistieden ruħha Amelia Wren (Jones), pilota sfiqa u anki mara li tħobb tippoża u turi ruħha. Wara tluq kwiet, jibda riesaq fuqhom il-maltemp bil-vjaġġ jieħu sura tal-biża'. Waqt li jirnexxilhom jogħlew aktar 'il fuq minn kull attentat ta' qabel, l-elementi jaħbtu għalihom b'qawwa terribbli. Dak li beda bħala spedizzjoni ta' skoperta xjentifika ta' għerf metereoloġiku, l-eżistenza ta' ħajjithom tkun f 'inkwiet kbir meta l-maltemp ibandal b'forza qawwija l-vettura tagħhom, il-ksieħ jagħmel tiegħu fuq is- swaba' mikxufin tagħhom u bis-silġ kollox jiġġammja. Qatt ma bassru li se jiffaċċjaw sfidi fiżiċi koroh u emozzjonalment kiefra f 'atmosfera fejn l-arja hi batuta. The Aeronauts xorta waħda hu xogħol divertenti, b'mumenti ta' tensjoni li jagħtu ħjiel għall-films tad-diżastri naturali. Amelia (li fil-verità hi karattru fittizju) tistinka bil-kbir u tgħaddi minn ħafna mumenti ta' qtigħ il-qalb fiżiku minħabba l-kesħa tremenda meta tixxabbat mal-ħbula u tipprova titla' fuq il-ballun biex terġa' tieħu kontroll tal- vettura. B'fotografija li tassew teċċella fil-għoli 'l fuq mis-sħab u b'sekwenzi oħra li jżommuk fuq ix-xwiek, The Aeronauts hi produzzjoni lussuża li tipprovdi rikba meraviljuża.