Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport L-MFA b'diversi miżuri għall- akbar ġid tal-futbol Malti illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Waqt l-aħħar laqgħa tal- Kunsill tal-MFA li sar f 'lukanda ewlenija fil-Furjana fost diversi punti li tqajmu għad-diskussjoni, il-president tal-assoċjazzjoni Maltija tal- futbol, Bjorn Vassallo, spjega aktar fid-dettall il-proġett tekniku li se tadotta l-MFA, fosthom li tim Malti jieħu sehem fil-kampjonat tal-Lega Pro fl-Italja u kif ukoll proġetti oħra ambizzjużi li huma mmirati biex jgħollu l-livell tal-futbol Malti. Qabel beda dan il-kunsill mill- assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol saret ċerimonja qasira fejn ġie ffirmat ehim ta' erba' snin mal-assoċjazzjonijiet membri fi ħdan l-MFA fejn dawn ġeddew numru ta' beniffiċji u inċentivi li jgawdu bħala membri sħaħ tal-assoċjazzjoni u dan biex jgħinhom fl-operat tagħhom u fuq kollox jiżviluppaw il-logħba fuq livell amatorjali, fis-settur taż-żgħażagħ u grassroots u anke fuq livell ta' coaching fost oħrajn. Iżda kif intqal aktar qabel, iċ-ċentru ta' diskussjoni kien il- proġett tekniku u t-twaqqif ta' tim professjonali minn Malta li jikkompeti fil-Kampjonat Lega Pro fl-Italja inkluż struttura ġdida li tinkludi fost l-oħrajn il- ħatra ta' kowċ nazzjonali. Filosofija ta' futbol u identità nazzjonali Il-President tal-MFA qal li l-kowċ nazzjonali l-ġdid, li mistenni jkun Taljan, se jingħata l-inkarigu li jfassal filosofija ta' futbol għat-timjiet nazzjonali f 'kull livell, inkluż U-21, U-19 u U-17, jiġifieri s-selezzjonijiet kollha nazzjonali. Il-kowċ nazzjonali se jkun responsabbli mid-direzzjoni teknika tal-Assoċjazzjoni filwaqt li hu ppjanat li jinħatar Head of Football Development li se jkollu rwol importanti fil-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol li se tkun qed tiffoka prinċipalment fuq l-iżvilupp kalċistiku tat-tfal u żgħażagħ, fuq accessibilità akbar għal-logħba tal-fubtol f 'kull parti ta' Malta u Għawdex, u fuq il-coach education. L-istruttura li qed tiġi proposta f 'dan ir-rigward hi dik li jkun hemm l-hekk imsejħa hubs reġjonali sabiex l-aħjar plejers ikunu magħżula u jirċievu l-aħjar taħriġ possibbli permezz tal-kurrikulum tal- MFA. Intqal ukoll li trid titjieb it-talent optimization u l-pjan ta' kif isir ix-xogħol fi ħdan l-akkademji tal-klabbs lokali. Klabb professjonali Rigward l-introduzzjoni ta' klabb professjonali fil-Lega Pro saru laqgħat ma' uffiċjali minn din l-assoċjazzjoni kif ukoll mal-FIGC, liema diskussjonijiet kienu deskritti pożittivi ferm mill-uffiċjali tal-MFA. Kif inhu fatt magħruf hemm ukoll tim ieħor taż-żgħażagħ fil-kategorija magħrufa bħala Berretti li se jkun qed jieħu sehem fil-kategorija taż-żgħar fl-Italja sabiex sa minn kmieni plejers żgħażagħ Maltin li se jiġu identifikati, jitrawmu f 'ambjent professjonali. Il-gvern ċentrali diġà wiegħed is-sostenn tiegħu għal dan il-proġett li qed jitqies bħala wieħed ambizzjuż u b'għanijiet ċari ħafna. Wara li spjega dawn id- dettalji kollha, il-president Vassallo qal li hu fatt magħruf li hemm bżonn ngħollu l-livell tagħna f 'dan l-isport u din id- deċiżjoni għandha tkun pass 'il quddiem sabiex plejers iżidu l-ħiliet tagħhom meta jilagħbu kontra oħrajn ta' livell għoli ħafna. Hu fisser kif il-Lega Pro hu kampjonat ferm serju u professjonali bil-livell li hu wieħed ferm tajjeb. "Din hi t-triq 'il quddiem li l-MFA qed tħares lejha sabiex ikun hemm titjib fil-livell tal-futbol, speċjalment fil- prestazzjonijiet u r-riżultati tat- timijiet nazzjonali," qal Vassallo. Vassallo qal li hu naturali li l-ewwel it żmien sakemm jibdew jikkompetu se jkun hemm tranżizzjoni li tista' tippreżenta ċerti sfidi iżda fiduċjuż li l-frott se jibda jinqata' aħjar fil-futur. Hu semma kif diversi pajjiżi żgħar oħra li addottaw din is-sistema, fosthom il-Liechtenstein, Andorra u San Marino, għollew il-livell tagħhom u dan hu l-objettiv li l-assoċjazzjoni temmen li jista' jintlaħaq. Bjorn Vassallo qal li bħala MFA se jkomplu jissalvagwardjaw l-interessi tal-klabbs affiljati u kollox se jsir permezz ta' konsultazzjoni miuħa biex il- proġett ma jkunx biss tal-MFA imma tal-futbol Malti. Punti oħra Vassallo tkellem dwar il-finali tas-Super Cup li se ssir nhar is- Sibt li ġej bejn Valletta u Balzan. Hu qal li qed jistenna attendenza tajba għal din il-logħba u awgura li jkollna dawk l-emozzjonijiet li seħħew fil-finali tal-FA Trophy ta' it tax-xhur ilu. Kemm Valletta kif ukoll Balzan investew ħafna f 'dawn l-aħħar snin u għalhekk se tkun finali denja li se tagħlaq il-logħob tas-sena 2019 bl-aqwa mod possibbli. Waqt l-istess laqgħa tal- Kunsill, Dr Angelo Chetcuti, is-Segretarju Ġenerali tal- MFA, ħabbar li Malta se jkollha erba' referis tal-futbol u tmien assistenti referis flimkien ma' żewġ uffiċjali tal-Futsalfi ħdan il-FIFA u l-UEFA. L-erba' referis li baqgħu jżommu l-badge tal- FIFA huma Alan Mario Sant, Trustin Farrugia Cann, Matthew Degabriele u Fyodor Zammit. Fl-istess waqt tħabbar li l-UEFA se tkun qed tqassam ammont ta' flus lill- assoċjazzjonijiet nazzjonali, fosthom l-MFA, li se jitqassmu lill-klabbs li magħhom kienu involuti l-plejers tat-timijiet nazzjonali waqt il-logħbiet tal- UEFA Nations League u l-EURO Qualifiers. La qed nitkellmu fuq l-UEFA, sar magħruf li bejn it-2 u t-3 t'April l-MFA se tospita Workshop għad-delegati, venue directors u uffiċjali ta' sigurtà mill-Assoċjazzjonijiet tal-Italja, San Marino, Greċja, Ċipru u anke Malta. Malta esprimiet l-interess li torganizza il-Kampjonat Ewropew ta' taħt id-19-il sena fl-2024 li jinkludi wkoll il-play- off għat-Tazza tad-Dinja ta' taħt l-20 sena. L-UEFA mistennija tagħżel il-pajjiż li se jospita dan it-turnament f 'Settembru 2020. It-tim nazzjonali tal-Futsal se jkun qed jieħu sehem fir- rawnd ta' kwalifikazzjoni għall- UEFA Futsal Euro 2022. Malta se tospita l-logħbiet ta' Grupp Ċ li jinkludi wkoll lill-Polonja, l-Iżvezja u l-Greċja. Fl-istess waqt tħabbar li l-kowċ nazzjonali Vic Hermans irriżenja mill- kariga sabiex minfloku se jilħaq l-assistent tiegħu Zeljko Anicic. Aktar 'il quddiem matul is- sena li ġejja Malta se tospita turnament internazzjonali tat- tfajliet ta' taħt is-17-il sena kif ukoll ir-Regions Cup. Jidher biċ-ċar li l-kuntatti li għandu l-president tal-MFA fl- isfera internazzjonali qegħdin jgħinu biex dawn l-avvenimenti jseħħu f 'pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019