Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487
26 sport Malta Mini-Football: White Eagles u Titans iżommu rekord perfett CRISTIAN ANTONY MUSCAT Dan l-aħħar it-Tim Hekk kif intlagħbet it-tielet ġurnata tal- Malta Mini-football League, White Eagles u Titans baqgħu jżommu rekord perfett tal-bidu tal-istaġun meta fi tmiem din il-ġimgħa rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom. Mill-banda l-oħra, it-tim ta' Moon ħadu l-ewwel punti tal-istaġun wara rebħa tajba li kellhom fuq Mighty Knights sabiex eventwalment laħquhom fil-klassifika. Wara din it-tielet ġurnata wieħed jista' jkompli jara kemm il-livell f 'dan it-turnament hu wieħed ferm għoli b'diversi logħob sabiħ li qed ikollna. B'kollox ġew skorjati 35 gowl fl-erba' partiti li ntlagħbu fil- grawnd tal-Marsa. White Eagles baqgħu fl- ewwel post tal-klassifika wara rebħa missielta u diffiċli kontra United Stars bl-iskor ta' 5-4. Kienet logħba ferm ibbilanċjata u akkanita għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kienu l-White Eagles li daħku l-aħħar daħka. Zoran Breberina kien awtur ta' żewġ gowls filwaqt li Nenad Nikolic, Nemanja Novovic u Darko Zivkovic għaqqdu ċ-ċinkwina għal White Eagles. Għall-United Stars, li kellhom wirja tajba ferm, sabu x-xibka Kevin Sammut, Luke Camilleri, Leontiev Konda u Sead Hoxha. Anke Titans komplew bis- sensiela ta' riżultati pożittivi meta għelbu lil Club de Swat 11- 5. Dawn tal-aħħar għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tagħhom wara tliet logħbiet. Titans kellhom lill-attakkant Bledi Alla f 'forma mill-aqwa meta skorja xejn inqas minn ħames gowls. Emerson Vella wkoll kien protagonista meta skorja hat-trick filwaqt li Lamis Jarra skorja doppjetta. Nelson Correia għaqqad il-11-il gowl għal Titans. Club de Swat skorjaw il- gowls tagħhom permezz ta' ShamshadAm u AlwinBabu. Wara żewġ telfiet konsekuttivi, Moon kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Mighty Knights 8-5. Kienet wirja mill-aqwa ta' dan it-tim li kien determinat li jikseb l-ewwel suċċess staġjonali. Geoffrey Chaveau u Juan Navarro skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Mathieu Verdonck u James Noona żiedu aktar gowls għal Moon. Mighty Knights sabu x-xibka permezz ta' Massimo Grima (3 gowls), Paul Bugeja u Sheldon Seychell. Finalment Churchill Wise Guys kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara riżultat pożittiv ta' 5-2 fuq Buda. Anke dawn tal-aħħar għadhom bla punti fil-klassifika. Churchill Wise Guys kienu determinati li jħassru t-telfa ta' qabel kontra United Stars u ħarġu mal-ewwel fuq l-attakk sabiex isibu l-gowl minn kmieni. Shaun Bonello, Marcus Vinicius Araujo, Ryan Farrugia, Kane Valletta u Silas Caruana kienu l-iskorers għal Churchill Wise Guys. Gjorgji Kovesi u Matyas Toth skorjaw il-gowls ta' konsolazzjoni għal Buda. Wara li kulħadd lagħab tliet logħbiet din hi l-klassifika ta' dan il-kampjonat: White Eagles, Titans 9, United Stars, Churchill Wise Guys 6, Mighty Knights, Moon 3, Buda, Club de Swat 0. IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum