Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487
27 sport Tommaso De Fontes jirbaħ l-20 edizzjoni tal-Mapfre Middlesea Euromed Regatta illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-aswpiċji tal-Malta Sailing Federation ġiet fi tmiemha l-Ħadd wara nofshinar meta saru l-aħħar tlielaq tal-Kampjonat ġewwa l-bajja tal-Mellieħa. L-Uffiċjal tat-Tellieqa Peter Dimech spejga kif żvolġa l-Kampjonat, li rat il-flotta Optimist itellaq total ta' seba' tlielaq ta' kwalifikazzjoni. Fuq bażi tar-riżultati miksuba f 'dawn it-tlielaq il-flotta ġiet maqsuma f 'tliet kategoriji – Deheb, Fidda u Bronż. Filwaqt li il-flotot tad-Deheb u Bronż kellhom ħames tlielaq fil-parti finali tal-kampjonat, il-flotta tal-Fidda kellhom erbgħa. Il-flotta tal-Beginners ma tellqitx il-Ħadd minħabba r-riħ qawwi li laqat il-bajja l-Ħadd filgħodu u li kien qed jilħaq madwar 36 mil nawtiku fis-siegħa f 'ċertu ħinijiet. Il-Klassi Laser kellhom total ta'għaxar tlielaq, bl-aħħar tnejn isiru kmieni l-Ħadd filgħodu. Klassi Optimist It-Taljan Tommaso De Fontes, ġie ddikjarat ir-rebbieħ tal-għoxrin edizzjoni tal- Mapfre Middlesea Euromed Regatta. De Fontes li kien qed itellaq fid-Division Seniors tal- Flotta tad-Deheb kellu vantaġġ komdu fuq Alessandro Cortese li kiseb it-tieni post. 11-il punt kienu qed jisseparaw lit-tnejn. Fit-tielet post daħal Michele Luigi Adorni. L-aħjar riżultati miksuba mill-baħħara Maltin, li kollha jiffurmaw parti mill-klabb ospitanti Malta Young Sailors, kienu dawk ta' Antonio Gasperini, Benjamin Vassallo u Nicolas Drescher, li kklassifikaw fl-10, il-11 u t-12- il post fil-klassifika ġenerali. Fid-Diviżjoni Gold Cadet, Eric Fenech Pace (Malta Young Sailors Club) żamm l-ewwel post. Hu kien segwit minn Timmy Vassallo (Malta Young Sailors Club) u Kostantinos Portosalte (GRE). Fenech Pace rreġistra s-16-il post fil-flotta tad-deheb. Il-Podju tas-Seniors tal-flotta tal-Fidda kien mgħamul minn up of Mia Klaboe (NOR), Finian Morris (GBR) u Luke Turvey (IRL), filwaqt li t-tliet l-aqwa Maltin f 'din il-kategorija kienu Danjel Fenech (Birzebbugia Sailing Club), Leonardo Procopio u Flynn Mifsud – dawn tal-aħħar Malta Young Sailors' Club. Fit-taqsima tal- Cadets, Jonas Micallef (Malta Young Sailors' Club) daħal l-ewwel u kiseb id-disa' post overall. Hu kien segwit minn Pierluigi Taccon Acton (ITA) u Artem Cherpita (RUS). Għalkemm l-ewwel tliet ismijit tal-flotta Bronze baqgħu l-istess bħal tal-bieraħ, kien hemm xi tibdil fil-pożizzjonijiet. Giuseppe Gaetano, rebaħ it- taqsima, segwit minn Oscar Morgan Harris (GBR) u Marta La Greca (IGZ). Matthew Cachia Debono, Maximilan Formosa u Andrene Azzopardi kienu l-aħjar baħħara Maltin fit-taqsima Seniors. It-taqsima tal-Bronze Cadet rat lil Daniil Iarchenkov (RUS),Gilda Nasti (ITA) u Simone Paturzo (ITA) jieħdu l-unuri, filwaqt li Oliver Drescher, Emily Fenech and Nicolai Bartolo kienu l-Maltin bl-aħjar riżultati f 'din it- taqsima. Minħabba li ma kienx hemm tlielaq fil-Klassi Beginners, ir-riżultati miksuba lbieraħ baqgħu l-istess. Dan fisser li l-podju kien magħmul minn Alexander Fastenko (RUS), Felix Mulder (HKG) uVeronika Basalkina (RUS). L-Ewwel Malti f 'din il- klassi kien Poyraz Fidanboy (Royal Malta Yacht Club) li kien punt wieħed biss mit-tielet post. Klassi Laser Il-Ħadd filgħodu, il-Klassi Laser bdiet it-tlielaq iktar kmieni sabiex jużaw il-korsa ppreparata għall-flotta tal- Optimist. Fil-Klassi 4.7 l-Iżviżerra Anja Von Allmen spiċċat il- kampjonat mingħajr telfa sabiex rebħet it-titlu tal- klassi. Fit-tlielaq tal-lum Saul Vassallo (Malta Young Sailors' Club) u Georg Erik Ristall kisbu t-tieni post kull wieħed fiż-żewġ tlielaq, filwaqt li Matthew Flores (Birzebbugia Sailing Club) kiseb it-tielet post. Minkejja li ta prestazzjoni tajba Flores tilef it-tielet post b'distakk ta' tliet punti wara Ristall. Fil-Klassifika ġenerali, il-postijiet fuq il-podju ġew riservati għall-Von Allmen (SUI), Saul Vassallo (MLT) u Georg Erik Ristall (EST). Gregory Mifsud ħareġ ir- rebbieħ assolut tal-ġurnata. Dan ir-riżultat fisser li Mifsud kiseb it-tieni post fil-klassifika ġenerali. Zachary Zammit, li ddomina t-tlielaq sa mill- ewwel ġurnata kiseb it-tieni post u ma tellaqx fl-aħħar tellieqa minħabba injury. Minkejja dan, Zammit xorta kiseb it-titlu overall. Matthew Micallef li konsistentament kien fit-tieni post fl-ewwel tlitt ijiem kiseb it-tielet post, b'punt wieħed biss jisseparah minn Mifsud. B'hekk il-podju tal-Klassi Laser kien magħmul minn baħħara Maltin mill- Malta Young Sailors' Club Iċ-Ċerimonja tal-għoti tal-premijiet saret iktar tard matul is-serata fil-preżenza tas-Sur Boris Curmi, Chief Commercial Officer, Mapfre Middlesea plc u is-Sur John Huber, Chairman tal-Yachting Malta kif ukoll diversi uffiċjali mill-Malta Sailing Federation u l-Kumitat Olimpiku Malti. "L-20 Edizzjoni tal-Mapfre Middlesea Euromed Regatta kienet ta' suċċess. Dan il- kampjonat kiber u qed jattira numru ta' baħħara ta' kwalità għolja – dan verament ipoġġi lil Malta fuq il-mappa tal-ibburdjar fuq livell internazzjonali, u jgħati lil baħħara tgħana l-opportunità li jtellqu ma' it mill-aqwa baħħara fl-Ewropa – eżempju ta'dan hu l-parteċipazzjoni ta' Alessandro Cortese, Champion Ewropew tal-Klassi Optimist, u Anja Von Allmen – Champion ta' taħt il-21 sena tal-Laser 4.7. Huwa ta' unur għall-klabb tagħna, il-Malta Young Sailors Club, li jara lil ħafna mill-membri tiegħu jiksbu r-riżultati li kisbu f 'dan il-kampjonat," stqarr Chris Bajada, Commodore, Malta Young Sailors Club. "M'hemmx biżżejjed kliem sabiex wieħed jiddeskrivi s-sodisfazzjon u l-gratitudni li għandna lejn il- voluntiera li tant jaħdmu sabiex ikollna suċċess – mhux biss f 'dawn il-jiem iżda wkoll fix- xhur ta'qabel. Naturalment, il- Euromed ma jkunx possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Mapfre Middlesea plc u Yachting Malta li ilhom jgħinuna għal dawn l-aħħar snin." Il-Malta Young Sailors' Club ser ikun qed jospita l-21 Edizzjoni tal-Euromed Regatta bejn id-19 u t-22 ta' Diċembru 2020. Għal iktar informazzjoni, żuru s-sit elettroniku - https:// e u rome d. ma lt ayou ng s ai l ors . com/.