Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 sport Żurrieq Sunrise jirbħu l-MAFA Christmas Cup b'wirja kollettiva Żurrieq Sunrise huma r-rebbieħa tal- MAFA Christmas Cup meta b'wirja kollettiva huma għelbu lil Senglea Gunners bl-iskor ta' 3-0. Kienet logħba fejn iż-Żrieraq ikkontrollaw mill-bidu sal-aħħar bit- tim mill-Kottonera li naqas milli jkun daqshekk perikoluż lejn il-lasti avversarji. Għalihom dan kien l-ewwel unur maġġuri fil-kompetizzjonijiet tal- MAFA wara li fl-ewwel staġun tagħhom f 'din l-assoċjazzjoni kienu kisbu l-promozzjoni għall-ewwel diviżjoni bħala champions. Senglea Gunners, li kienu neqsin minn xi elementi importanti, ippruvaw joħolqu l-logħob tipiku tagħhom iżda ma kinitx ġurnata għalihom hekk kif sabu d-difiża tas-Sunrise soda daqs l-azzar. Żurrieq waslu għal din il-finali wara li fir-rawnds preċedenti eliminaw lil Naxxar Victorians 1-0, lil Valletta Stars 5-3 wara l-għoti tal-penalties kif ukoll lil Marsa St Michael 2-1. Min-naħa ta' Senglea Gunners huma għamluha għall-finali wara li qaċċtu 'l barra lil Fgura United 5-1, lil San Ġiljan Saints 4-3 u lil Balzan Youths AFC 3-0. Il-kowċ ta' Senglea Gunners Mario Mifsud ħejja metodu tattiku ta' 4-4-2 bl-aqwa skorer Simphiwe Nomfulana appoġjat minn Anthony Spiteri fuq quddiem. Min-naħa tiegħu, il-kowċ ta' Żurrieq Sunrise, Kris Bugeja ddeċieda li jiffolla nofs il-grawnd b'sistema tattika ta' 3-4- 1-2. Żurrieq bdew bl-aħjar mod possibbli din il-partita tant li marru fil-vantaġġ wara sitt minuti logħob. Kien Leighton Mifsud li xeħet kross mil-lemin li sab lil Gilmour Carabott li antiċipa lill- goalkeeper Baldacchino sabiex bir-ras xeħet il-ballun fix-xibka. Senglea bħal donnhom inħasdu wara dan il-gowl u spiċċaw dabbru t-tieni wieħed. Kienet azzjoni ta' freekick mogħti minn Gilmour Carabott, il- goalkeeper Wayne Baldacchino laqa' iżda ma żammx sabiex pront daħal Leighton Mifsud li f 'lasta vojta ddepożita l-ballun ġewwa. Fit-13-il minuta kien hemm żball difensiv tat-tim mill-Isla sabiex Antoine Barbara xxuttja b'Baldacchino jilqa' parzjalment u bid-difensur Buttigieg li ma fdax u tefa' l-ballun f 'corner. Mal-kwarta logħob, Senglea Gunners ħolqu l-ewwel okkażjoni tagħhom meta xutt ta' Anthony Spiteri għadda barra. Fit-22 minuta kien Michael Gatt ta' Żurrieq li għadda tajjeb iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra. Bl-ewwel taqsima tispiċċa 2-0 favur Żurrieq. Kif bdiet it-tieni taqsima, il-Gunners tefgħu kollox fuq l-attakk iżda f 'leħħa ta' berqa reġgħu kienu s-Sunrise li skorjaw. U x'gowl dak! Kien freekick minn madwar 30 metru bogħod sabiex u mdawwar ta' Ryan Xuereb li litteralment ħasad lil Wayne Baldacchino sabiex għamel l-iskor 3-0. Senglea Gunners ma qatgħux qalbhom u heddew serjament il-lasti Żrieraq f 'temp ta' disa' minuti. L-ewwel kien George Frendo li ra l-kross-xutt tiegħu jgħaddi ċentimetri barra mil-lasti ta' Valentin. Dan tal- aħħar kien prominenti fl-54 minuta meta salva b'mod verament tajjeb xutt mill-viċin ta' Adrian Sammut. Fl-64 minuta kien is-sostitut Marco Saraceno li seraq ballun tajjeb, daħal fil- kaxxa iżda x-xutt tiegħu għadda għoli. Żurrieq ikkontrollaw sal-aħħar il- partita sabiex mat-tisfira tar-referì setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-plejers u diriġenti tagħhom li komplew mal- preżentazzjoni tal-MAFA Christmas Cup mill-viċi-president tal-MFA Adrian Casha fil-preżenza tal-president tal- MAFA is-Sur Twanny Agius. Skor Finali: Żurrieq Sunrise 3 Senglea Gunners 0. Ir-referì kien Andrea Sciriha. IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019