Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

qed inħares lejn il-ħajja differenti' 31 sport inroddilhom ħajr. Nirringrazzja wkoll lill-familjari tiegħi kif ukoll lill-membri tat-tim tal-programm 'L-Argument' li jixxandar fuq ONE TV li għenuni bis-sħiħ. Dawn l-istess ħbieb li ħafna minnhom nafhom u oħrajn li ma nafhomx, tawni kuraġġ nibni tama ġdida. Issa qed nirkupra bil-mod. L-għan tiegħi hu li nkompli miexi 'l quddiem u hekk se nagħmel. Jien bħala bniedem inħobb ħafna napprezza l-ħajja u nista' ngħid li s'issa gawdejtha mill-aħjar li stajt. Wara dak li ġrali, nista' nistqarr miegħek li qed naraha b'lenti u perspettiva differenti. Ngħidlek li dan kien test kbir għalija minn dawk is-46 sena ta' qabel. Kif għedtlek, għamilt kuraġġ kbir minn din l-imħabba li wrew in-nies lejja. Naħseb li huma kienu s-saħħa sabiex illum ninsab fejn ninsab. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Bħalissa ngħidlek il-verità m'iniex naħseb fuq kowċing minħabba li qed nirkupra bil-mod il-mod. Hemm ħafna affarijiet li qed ixekkluni biex nerġa' nasal għal dan il-pass. Hemm elementi fiżiċi li għad iridu jiġu analizzati. Jien se nagħmel minn kollox biex nirkupra fiżikament u nieħu l-pariri tat-tobba li tant qed jieħdu paċenzja bija. Minkejja kollox, nista' ngħidlek li l-futbol mhux se nitilqu. Qed inħares lejn proġetti nazzjonali u rrid nibqa' nagħti sehmi sabiex ngħin fl-iżvilupp tal-futbol f 'pajjiżna. Jien għandi ċerti prinċipji li qed inħaddan u li nixtieq li nwettaq ħalli meta jgħaddu 15 jew 20 sena oħra ma ngħidux li ħlejna ż-żmien. Għalhekk nixtieq li ċerti proġetti jitwettqu u se nagħmel ħilti sabiex ngħin għall-iżvilupp tagħhom. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li fih tispjega kemm hu importanti l-futbol u l-isport inġenerali fis-saħħa tal-bniedem. M'hemmx dubju li l-isport inġenerali, mhux biss il-futbol jgħinek għal ħafna affarijiet. L-ewwel u qabel kollox jgħinek fuq livell fiżiku u emozzjonali iżda barra minn hekk itik għajnuna kbira fuq livell soċjali. Jien fil-karriera tiegħi f 'dan l-isport l-ewwel bħala plejer imbagħad bħala kowċ, għamilt ħafna u ħafna ħbieb li għenuni ferm fil-maturità tiegħi bħala individwu. Bħal f 'kull tim ikollok l-argumenti iżda dawn huma normali. Jekk imbagħad int tiddiskuti fl-aħħar mill- aħħar tasal għall-kompromess dejjem. Fl-aħħar nett l-isport ibiegħdek minn kull vizzji koroh li b'xorti ħażina hi miżgħuda biha d-dinja u jtik skop kbir f 'ħajtek. B'hekk il-messaġġ huwa wieħed. Ipprattika xi tip ta' sport sabiex trabbi karattru, fiżikament tħossok ferm aħjar u tkabbar iċ-ċirku soċjali tiegħek. illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 Ipprattika xi tip ta' sport sabiex trabbi karattru, fiżikament tħossok ferm aħjar u tkabbar iċ-ċirku soċjali tiegħek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019