Illum previous editions

ILLUM 29 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1196487

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 Ewropew Dalli kisbet 63,438 vot. Il-fatt li Dalli ma ħarġitx jista' jkun li jfisser li l-Partit Laburista tilef l-opportunità storika li jkollu l-ewwel Prim Ministru mara. Adrian Delia Kap Nazzjonalista li għamel titjib fl- aħħar sena imma li kien sfidat mhux darba u li sofra l-akbar telfiet u l-aktar telfiet umiljanti li qatt tilef il-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt l-2019 bdiet b'Delia jkun saħansitra sfidat fi ħdan il-partit tiegħu stess b'Delia jitlob vot ta' fiduċja fit- tmexxija tiegħu. Delia rebaħ dan il-vot b'67.5% tal-voti tal-Kunsilliera favurih u 32.5% kontra. L-inkwiet kiber meta l-PN tilef l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b'rekord elettorali fl-istorja politika moderna (mill-gwerra lil hawn). Il-Partit Laburista rebaħ b'maġġoranza ta' 42,656 vot u tella' erbgħa minn sitt siġġijiet fil- Parlament Ewropew f 'isem Malta. Agħar minn hekk il-PN sofra telfiet serji fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il- PN reġa' tilef il-maġġoranzi: fil-Mosta, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imsida, Tal-Pietà u San Ġwann. Imma mbagħad tilef ukoll għall-ewwel darba s-Siġġiewi u l-Belt Valletta, rebħa pjuttost simbolika. Delia ġie sfidat diversi drabi u m'hemmx dubju illi malli l-affarijiet jikkalmaw fil- Partit Laburista l-attenzjoni se terġa' ddur fuqu. Joseph Muscat Għal Muscat din kienet sena ta' rekords u sena ta' kriżijiet. Definittivament iżda li l-2019 se tagħlaq b'togħma morra ħafna għal Muscat u għal eluf ta' Laburisti. Minkejja li sa issa m'hemm ebda implikazzjoni li torbot lill-Prim Ministru mal-assassinju ta' Caruana Galizia, il- qrubija li Yorgen Fenech kellu ma' Keith Schembri, l-implikazzjonijiet li qed joħorġu fuq Schembri nnifsu, il-fatt li Melvin euma ngħata tour ta' Kastilja qabel ingħata impjieg mal-Gvern u l-fatt illi eks membru tas-sigurtà personali ta' Muscat (sal-elezzjoni tal-2017) issemma bħala l-persuna li kellu laqgħat ma' Melvin euma u li kien qed ikellem lill- aħwa Degiorgio u lill-Koħħu, ipoġġi dan il-qtil fuq ħoġor Kastilja u allura Muscat. Biex tgħaxxaq, matul il-ġimgħa komplew ħerġin aktar stejjer dwar rigali li Fenech ta lil Muscat (li minn tant postijiet Dubaj mar vaganza!) Minkejja li fl-2019 Muscat wettaq rebħa elettorali storika li poġġietu fuq l-ogħla pedestall kienet ukoll is-sena li kilitlu u kissritlu fi żmien tant qasir l-awtorità morali u politika, il-kredibbilità kif ukoll tefgħet taħt sħaba sewda faħma, il-legat tiegħu. Definittivament li l-2019 se tibqa' titfakkar bħala l-annus horribilis ta' Muscat. Il-Kummissarju tal-Pulizija Il-Pulizija din is-sena bdew isolvu l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li hija rebħa kbira. Sfortunatament mhux kbira biżżejjed biex tagħmel tajjeb għal ħafna każi li ma nafux itteħdux passi fuqhom, fosthom il-VGH u anke rapporti tal-FIAU fil- konfront ta' Keith Schembri, Konrad Mizzi u anke Adrian Delia. Dan apparti n-nuqqas gravi ta' komunikattiva. Biex tgħaxxaq, ftit wara li tefgħu n-nomina, kemm Robert Abela u speċjalment Chris Fearne indikaw li Lawrence Cutajar ma jibqax Kummissarju. Fil-każ ta' Fearne dan qed iwiegħed li Kummissarju jinħatar biż-żewġ terzi tad-Deputati Parlamentari. Helena Dalli Waħda mill-aktar nies li raw promozzjonijiet prestiġjużi matul din is-sena hija Helena Dalli, eks Ministru tal-Ugwaljanza u Affraijiet Ewropej li mexxiet id-dħul tal-unjoni ċivili inkluż għal persuni tal-istess sess, il-Liġi tal- Identità tal-Ġeneru u l-Liġi taż-żwieġ ugwali. Mis-suċċessi lokali l-Gvern għażel lil Helena Dalli biex tkun Kummisarju Ewropew f 'isem pajjiżna. Il-grilling ta' Dalli fil-Parlament Ewropew kien suċċess. Kienet ippreparata, ċara u diretta kif ukoll effiċjenti fil-mod kif wasslet il-messaġġ tagħha. Alfred Zammit Kienet rebħa storika imma wkoll simbolika dik illi l-Partit Laburista rebaħ il-Belt Valletta, il-Belt Kapitali Maltija illi fiha matul is-snin iċ-ċaqlieq fil-voti kien xi it jew wisq minimu u fejn il-PN kellu kważi maġġoranza naturali. Il-Belt Valletta hija wkoll il-belt ta' Ġorġ Borg Olivier, fejn għad hemm tgħix parti mill-familja, ta' Austin Gatt u ta' Lawrence Gonzi. Matul l-2019, il-Partit Laburista kiseb 1,884 vot fil-Belt Valletta, kiseb 53% tal-voti u Alfred Zammit kiteb l-istorja politika bħala l-ewwel Sindku Laburista Belti. min għola u min instabat Is-sena 2020 se tkun fundamentali biex iġġib ir-riformi meħtieġa f'diversi oqsma. Qegħdin hawn biex inwettqu. Julia Farrugia Portelli Segretarju Parlamentari Keith Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 December 2019