Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

02 aħbarijiet IL-ĦADD 5 ta' Jannar 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Lister Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara Pharmaland Dispensers, Ta' Xbiex Spiżerija Kappara, San Ġwann Brown's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla Polymer Pharmacy, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 12˚Ċ L-INQAS: 6˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir sabiħ mal-lejl Viżibilità Tajba Riħ Grieg it-Tramuntana forza 5 għal 6 li jsir Tramuntana forza 3 għal 4 Baħar Qawwi li jsir moderat mal-lejl L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 7˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab għall- ewwel, li jsir ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 5 għal 6 li jsir Grieg it-Tramuntana Baħar Moderat għal qawwi Imbatt Ftit li xejn Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 'Fearne u Abela jiggarantixxu li kollox se jibqa' kif inhu' - Delia ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'intervista li ta ilbieraħ filgħodu fuq Net FM il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li Chris Fearne u Robert Abela "qed jiggarantixxu li kollox se jibqa' kif inhu u li mhu se jinbidel xejn." Irrimarka wkoll li "sal-bieraħ fuq Xarabank kienu qed jagħtu l-appoġġ inkundizzjonat lil Joseph Muscat u baqgħu l-ħin kollu jkellmuna dwar il-kontinwità". Għaldaqstant ikkonkluda li dan jindika li fil-verità kollox se jibqa' kif kien. Delia kompla jsostni li la Fearne u lanqas Abela mhuma qed jiggarantixxu li se jieħdu xi azzjoni biex jiġi investigat kull min għamel il-ħsara lil pajjiżna. "Robert Abela qed jgħid li se jżomm il-Kabinett kif inhu," qal il-Kap tal-PN filwaqt li saħaq illi min hu kuntent bil-korruzzjoni u u bil-fatt li isem pajjiżna "jinsab fl-abbissi" se jibqa' kuntent, għax il-pajjiż se jibqa' hekk. Qal ukoll li Fearne nieqes mill- għarfien dwar is-Saltna tad-Dritt u sostna, f 'referenza għall-proposta li saret dwar konferenza li tiddiskuti l-bidliet meħtieġa inkluż fil- Kostituzzjoni, li l-pajjiż mhux konferenzi jeħtieġ iżda li ninvestigaw lil min hemm bżonn mingħajr ma nħarsu lejn wiċċ ħadd. Huwa qal ukoll li l-pajjiż waqaf jitkellem dwar l-ekonomija u l-akkomodazzjoni soċjali. "Bejniethom, Fearne u Abela, qed jagħmlu minn kollox biex il-Partit Laburista jibqa' fil-gvern u mhux biex ifejqu l-pajjiż. Sakemm jirranġaw il-problemi tal-partit se jħallu lill-pajjiż imdendel." Fir-rigward tal-power station huwa qal li l-kampanja biex tkun mbuttata l-idea tal-ħtieġa ta' power station ġdida kienet attività ta' frodi u li dawk li pparteċipaw fiha huma frodisti. "Qatt kont naħseb li se naslu f 'din l-estremità li Prim Ministru ta' pajjiż ikun ivvutat bħala wieħed mill-aktar persuni korrotti fid-dinja? Qatt kont nistenna li l-uffiċċju tal-Prim Ministru se jispiċċa investigat fuq assassinju ta' ġurnalista? Le qatt ma kont naħseb li se naslu s'hawn," stqarr il-Kap tal-PN waqt l-intervista. Huwa qal li anke fil-Partit Nazzjonalista jenħtieġ isiru l-bidliet u matul kull ġurnata li tgħaddi "b'dan il-Prim Ministru illeġittimu fil-poter" kulħadd irid jibqa' jagħti s-sehem tiegħu, sostna Delia. Qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jgħaddi minn proċess ta' riforma li ġġib il- bidliet meħtieġa sabiex tassew ikun Gvern alternattiv. Adrian Delia jisħaq illi Robert Abela u Chris Fearne mhu se jġibu ebda bidla. Anzi huma garanzija li kollox jibqa' kif inhu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020