Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 sport 'Meta tiġġieled għal postok u tagħmel aktar sforz tista' biss titjieb' illum • IL-ĦADD 5 ta' Jannar 2020 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn meta kont immur nara lil ħija jilgħab mas-Sliema u wara it żmien tħajjart biex nibda mas- Sliema. Missieri kien jilgħab u b'hekk kellu influwenza wkoll fil-ħajra tiegħi biex nibda nilgħab. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Fl-opinjoni tiegħi kellna bidu diffiċli wara ħafna riżultati negattivi, però wara li nbidel il- kowċ l-affarijiet marru għall-aħjar u nista' ngħid li wara dak kollu, spiċċajna l-istaġun punt biss 'il boghod minn post fl-Ewropa. wwGħalija personali għall-età li kelli ta' 17-il sena li bdejt nitħarreġ mal-kbar u kelli ċ-ċans nagħmel id-debut tiegħi fil-Premier kienet xi ħaġa sabiħa ħafna u għenitni nikber bħala plejer u anke bħala persuna. Wara dak ix-xogħol li għamilna naħseb li ħadna dak li kien ħaqqna u kulħadd ħareġ b'rasu mgħollija għax tajna l-massimu tagħna. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Għalija personali ma naqbilx mal-format għax 14-il tim fl-ogħla diviżjoni f 'Malta huma ħafna u b'hekk il-livell jinżel għax hemm qabża kbira bejn it-timijiet u r-riżultati juru għax ikun hemm distakk kbir. Għalija għandu jintlagħab b'għaxar timijiet ħalli l-kampjonat ikun aktar missielet u l-livell jogħla u b'hekk jattira aktar nies il-grawnd. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, naqbel għax finanzjarjament hemm differenza kbira fit-timijiet. It-timijiet li jkunu telgħu mill- Ewwel Diviżjoni mhux dejjem ikunu ta' livell ta' Premier. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11- il plejer barrani f 'tim? Għalija personali ma narahiex tagħmel ħsara, anzi ttella' l-livell tal-Premier. Però importanti li l-barranin ikunu ta' ċertu livell li jistgħu jagħmlu qabża fil-kampjonat Malti u jekk il-plejer Malti huwa tajjeb u ta' livell ser jilgħab avolja jkun hemm ir-regola tal-11-il barrani. Għalija naraha ħaġa pożittiva għax aħna l-plejers Maltin ikollna naħdmu u niġġieldu aktar għal postna u meta tiġġieled u tagħmel aktar sforz tista' biss titjieb. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva, hemm ħafna każijiet fejn il-barrani ma jkunx ta' livell daqs plejer Malti, iżda xorta waħda l-klabbs ikollhom ħafna barranin għax anke bħala paga ma tkunx għolja ħafna u għalhekk jaqblilhom il-klabbs mill-aspett finanzjarju. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Il-grawnds tal-Kampjonat Premier fl-opinjoni tiegħi huma tajbin u professjonali u anke l-ħaxix u d-dressing rooms huma kif suppost. Però, diżappuntat ħafna bil- grawnds tal-youths fejn huma diżorganizzati ħafna u huma ta' periklu kbir. Eżempju xibka mqatta', dawl ħażin u turf iebes ħafna. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun? Biex inkun onest mhumiex il-favoriti tiegħi għax jikkundizzjonaw il-logħba. Taf tkun favur, taf tkun kontra, però nixtieq ngħid li għandhom biċċa xogħol tqila ħafna. Is-sena l-oħra kellna deċiżjonijiet kontra u favur bħal kull staġun ieħor, imma rajt li fil- kampjonat Premier ġieli jibagħtu referis bla eperjenza f 'logħbiet importanti u dik mhux ġusta fuq ir-refer u anqas għat-timijiet. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Il-futbol jirrikjedi sagrifiċċju kbir. Jekk trid tilħaq ċertu livell, eżempju qabel logħba ma toħroġx jew qabel sessjoni ta' taħriġ kmieni filgħodu tidħol torqod kmieni, kemm jista' jkun tevita x-xorb u toqgħod attent kif tiekol. Trid ukoll iżżomm reputazzjoni tajba anke barra l-pitch għax dik taffettwa ħafna wkoll. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Nipprova nlesti malajr kemm jista' jkun mix-xogħol biex ikolli ċans nistrieħ u nlesti sew għat- taħriġ. L-għan tiegħi huwa li fil- futur qrib, il-futbol ikun bħala xogħli. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Fil-futur, nixtieq insib posti b'mod regolari mat-tim tas- Sliema u li l-futbol ikun il-'full time job' tiegħi. Jekk ikun hemm possibiltà li mmur nilgħab barra minn xtutna, neħodha, Nixtieq ukoll li n-nazzjonal jerġgħu jagħtu kasi għax fl-aħħar snin ħassejt li warrbuni. Nixtieq ukoll li nsir 'role model' għall-plejers iżgħar minni li jridu jaslu fil-futbol. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Il-messaġġ tiegħi għall-plejers żgħar li jixtiequ jaslu fil-futbol huwa li tilagħbu futbol kemm jista' jkun fosthom l-iskola, fit-taħriġ, kullimkien. Mal-iċken ċans, ilagħbu futbol. Taqtgħu qalbkom qatt għax jiġri x'jiġri, il-logħba tal-futbol hija logħba imprevedibbli ħafna, Mumenti diffiċli ser ikun hemm però bix-xogħol u attitudni tajba, taslu fejn tridu. Tħallu lil ħadd milli jċaħħadkom mix-xewqat tagħkom għax intom biss tistgħu tikkontrollawhom. Però, l-aktar ħaġa importanti hija li tieħdu gost tilagħbu l-futbol. Gareth Barone - talent żagħżugħ ta' Sliema Wanderers, li m'hemmx dubju li fil- futur qrib għandna narawh bħala pedina importanti fit-tim Importanti li l-barranin ikunu ta' ċertu livell li jistgħu jagħmlu qabża fil- kampjonat Malti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020