Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Biħsiebni nagħmel dak kollu San Ġiljan jimxi dejjem aktar Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Jien minn San Ġiljan u l-familja tiegħi kienet tinżel ta' spiss fil-pitch ta' San Giljan u għalhekk kienet xi ħaġa naturali li nsir inħobb dan l-isport daqshekk sabiħ. Kelli zijiet bħal Karm Borg u Anġlu Tonna (il- 'buu six') li kienu jilagħbu ma' San Ġiljan fil-passat u jien, flimkien ma' xi kuġini oħra wkoll bdejna nilagħbu dan l-isport ma' dan il-klabb. Ħafna partitarji Ġiljaniżi jsemmu dak il-famuż kampjonat tal-1992 fejn int tajt sehmek sabiex jasal dan l-unur. X'tiakar? Dak il-kampjonat kien l-aħħar wieħed li ntlagħab fil-pixxina ta' Marsaskala. Kien wieħed storiku għalina minħabba li konna ilna ma nieħdu dan it-titlu għal 26 sena. Kellna tim tajjeb ħafna bi plejers li akkwistajna minn klabbs oħra bħall-aħwa Dowling u Aldo Scerri mħalltin ma' numru ta' plejers Ġiljaniżi. Fil-verità dik is-sena ma kellna l-ebda aspirazzjoni li nieħdu l-kampjonat iżda wara rebħiet li għamilna b'mod partikolari dik kontra Neptunes bl- iskor ta' 13-3, bdejna nikkonvinċu ruħna li kellna materjal biex nagħmluha. Id-draw ta' 6-6 fl-aħħar logħba kontra Sliema kien dak li għamilna Champions u niakar b'mod partikolari lil Nicky Giordano jiskorja doppjetta importanti ferm u l-partitarji li kienu fis-seba' sema għal dan is-suċċess li konna ksibna. Qatt ma rajt daqshekk nies il-klabb ta' San Ġiljan daqs dakinhar wara l-logħba. Intom komplejtu żżommu l-konsistenza meta għamiltu akkwist siewi f 'Simenc. Fl- istess waqt kontu tim b'qawwa kbira. Iva fil-fatt konna ħadna l-kompetizzjoni Knock-Out fl-1993 meta kellna lil Igor Milanovic li kien wieħed mill-aqwa plejers ta' kull żmien u mill-ġdid il-kampjonat fl- 1994. Ma' Simenc fl-1995 konna ħadna kull unur li joffri l-waterpolo lokali. Għamilna 32 logħba bla telfa u kien rekord li dam għaddej mill-1994 sal-bidu tal-1996. Kien żmien sabiħ ħafna għall- klabb ta' San Ġiljan. Min kienu t-timijiet l-oħra li lgħabt magħhom wara San Ġiljan? Wara l-esperjenza li kelli ma' San Ġiljan, lgħabt ma' Exiles u Neptunes. Lill-klabb ta' Exiles nikkunsidrah bħala t-tieni dar tiegħi wara San Ġiljan, mingħajr ma nneħħi xejn mir-rispett li għandi lejn in-Neptunes. Kuntent ukoll li l-aħħar sentejn tal-karriera tiegħi lgħabthom ma' San Ġiljan. Kienet xi ħaġa sabiħa li nispiċċa nilgħab mal-klabb li nħobb. X'emozzjonijiet ħassejt meta lgħabt kontra San Ġiljan? Mhux faċli tilgħab kontra San Ġiljan speċjalment meta tkun Ġiljaniż pur. Iżda meta tkun fl-ilma xogħlok hu li tirbaħ u f 'dawk il-minuti tinsa kollox u tagħti l-aħjar tiegħek mat-tim li tilgħab miegħu. Kellek xi mumenti fejn lgħabt mat-tim nazzjonali hux hekk? Iva kelli l-unur li nilgħab għal Malta għalkemm mhux b'mod regolari. Dak iż- żmien kien hemm Dirk Dowling bħala kowċ tan-nazzjonal u plejers tajbin ħafna bħal Jonathan Valletta, John Paris, Pawlu Privitera, Charlie Zammit u Niki Lanzon li kien għadu żgħir imma diġà kien plejer kbir. Liema kien l-aqwa plejer li qatt lgħabt miegħu? Ma nistax ma nsemmix lill-istess Dirk Dowling. Għalija dan kien l-iktar bniedem importanti fil-karriera tiegħi u għallimni ħafna minn dak li naf illum fuq il-logħba tal-waterpolo. U l-iktar avversarju li tak battikata? L-iktar avversarju li kien iħabbatni bla dubju kien Pierre Borg, li llum il-ġurnata qed imexxi lil Birżebbuġa. Kien plejer b'saħħtu ħafna. Anki John Paris kien diffiċli ħafna biex timmarkah fis-centre. U min kien l-iktar plejer barrani li bqajt tiakar u li lgħabt miegħu? Bla dubju Dudo Simenc. Kien plejer inkredibbli u kellu l-aqwa xutt li qatt rajna hawn Malta. Kellu karattru partikolari u kien jobgħod jitlef anke jekk kien jilgħab logħba billiard biex jieħu pjaċir. Rajnieh ikisser l-istikka tal-billiard mhux darba jew tnejn meta jitlef. Aħna ovvjament konna nidħku narawh jagħmel hekk però allaħares tigi taħt idejh f 'dawk il-mumenti! Int kont ukoll plejer u kowċ tal-handball ma' Kavallieri hux hekk? Iva għamilt żmien nilgħab u nikkowċja mal-Kavallieri. Il-handball hu sport li jogħġobni wkoll u bdejt nilagħbu wara li rtirajt mill-waterpolo għax bdejt inħoss in-nuqqas tal-kompetizzjoni fl-isport. Li mmur nilgħab futbol 5-a-side mal- ħbieb ma kienx biżżejjed - kelli bżonn il- kompetizzjoni. X'inhi d-differenza li tara bejn dawn iż- żewġ dixxiplini? Għalkemm iż-żewġ dixxiplini jintlagħbu bil-ballun u bl-idejn, huma żewġ dixxiplini kompletament differenti. Jien ma stajtx inkun tajjeb ħafna fil-handball għax bdejtu ta' età kbira, però bħala kowċ kienet iktar faċli għalija u ħadt ħafna sodisfazzjon personali fis-snin li kont parti minn dan l-isport. U x'inhi d-differenza bejn li tkun plejer u li tkun kowċ? Meta tkun plejer int taħseb fik innifsek sa ċertu punt filwaqt li tagħti l-aqwa tiegħek għall-ġid tat-tim li tkun miegħu. Bħala kowċ għandek ħafna aktar responsabbiltajiet u trid taħseb ħafna iktar. Meta offrewlek li tokkupa l-kariga ta' team manager ma' San Ġiljan kif ħadtha? Għalija kienet sorpriża kbira meta ċempluli San Ġiljan għax kont ili maqtugħ mill-waterpolo b'mod attiv għal għaxar snin. Issa ninsab f 'dan ir-rwol ta' team manager u beħsiebni nagħmel dak kollu possibbli sabiex it-tim ta' San Ġiljan jimxi dejjem aktar 'il quddiem. Ma tantx domt naħsibha sabiex naċċetta din il-kariga għax huwa rwol li hu addattat ħafna għall- kapaċitajiet u l-karatteristiċi tiegħi. Meta ma kontx involut fil-waterpolo, kont qed issegwi x'kien qed jiġri? Iva, għalkemm ma kontx nattendi l-logħob kollu, lil San Ġiljan kont qed insegwihom speċjalment f 'dawn l-aħħar snin meta dejjem kienu kompetittivi għar- rebħ tal-unuri. Kont naf x'kien qed jiġri u meta mmur nara l-logħob, kont inħobb noqgħod waħdi u nosserva kollox. Sibt ukoll kumitat ġdid bil-president Peter Bonavia. Kemm titkellem miegħu? Lil Peter kont nafu qabel minħabba li lgħabna flimkien fil-Masters Tournament. Issa li sar president qed nitkellmu aktar ta' spiss. Għandi relazzjoni tajba miegħu u nieħu pjaċir naħdem ma' dan il-bniedem. Il-kumitat kollu jinsab magħqud għal għan wieħed - dak li nkomplu nikbru u nirbħu kemm jista' jkun unuri. Xi tgħidli dwar il-kowċ Dorian Pisani? Lil Dorian ma tantx kont nafu sew għax dejjem lgħabna kontra xulxin. Issa li qed insir nafu aħjar niem għaliex San Ġiljan għażlu lilu bħala kowċ tat-tim tal-kbar. Jaf il-logħba tajjeb ħafna u jaf kif għandu jaħdem b'mod psikoloġiku mal-plejers. Inħossni komdu ħafna naħdem miegħu għax naraw l-affarijiet b'mod simili ħafna. Jien lil Dorian Pisani nqisu bħala kowċ barrani li jaf jitkellem bil-Malti! Kellek iċ-ċans tkellem lill-persuna li kellu l-istess irwol qablek? Il-kariga ta' team manager hi waħda ġdida għal dan il-klabb sa ċertu punt għax qabel kien membru tal-kumitat li kien jagħmel dan ir-rwol u dan kien Alfredo Spiteri De Barro. Alfredo għadu fil-kumitat però jaħdem ħafna viċin tiegħi u tat-tim. Naf li plejer minn tagħkom Matthew Zammit bħalissa qed jilgħab ma' Palermo. Kemm taħseb li se jitgħallem dan il-plejer minn din l-esperjenza? Nemmen li qed tiswieh ħafna anke għax qed jilgħab f 'wieħed mill-aqwa kampjonati fid-dinja. Il-plejers li qed jilgħab kemm magħhom kif ukoll kontrihom huma ta' livell għoli ferm. Mhuwiex faċli tgħix waħdek u 'l bogħod mill-familja kif qed jagħmel Matthew bħalissa, però aħna nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex ninkoraġġuh u ngħinuh għax nafu li din l-esperjenza fil- kampjonat Taljan hija l-konsakrazzjoni tat- talent enormi li għandu dan il-plejer. Kemm huma importanti l-plejers żgħażagħ ma' San Ġiljan? IL-ĦADD 5 ta' Jannar 2020 • illum Silvio Borg - team manager ta' San Ġiljan ASC li fil-passat rebaħ bosta unuri mal-istess tim bħala plejer u li għandu l-għan ewlieni li jagħmel l-istess f'din il-kariga ġdida li qed jokkupa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020