Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 IRIDU JKUNU PRIM MINISTRU IŻDA X'BIĦSIEBHOM IWETTQU? Nhar it-13 ta' Jannar il-pajjiż se jkollu Prim Ministru ġdid. Il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa qasira lejn il-proposti ta' Chris Fearne u ta' Robert Abela rigward diversi punti... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Naturalment il-Mexxej Laburista l-ġdid se jkun iġġudikat mhux biss dwar il-fatt li jkun rebaħ iżda wkoll dwar il-proposti li se jressaq. L-ILLUM qed tagħti ħarsa lejn il-proposti tal-kandidati għat- tmexxija tal-Partit Laburista u tal- pajjiż. Il-governanza u s-Saltna tad- Dritt • Tingħeleb il-kriżi politika li Malta tinsab fiha billi jinfetaħ djalogu mal- istituzzjonijiet Ewropej u mal-midja barranija sabiex titjieb ir-reputazzjoni ta' pajjiżna. • Titneħħa s-sistema taċ-Chief of Staff mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex dan ma jibqax b'żewġ ċentri ta' poter. • Il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-Ġudikanti jinħatru b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal- Parlament. • Issir konferenza dwar il-governanza u s-Saltna tad-Dritt flimkien mal-NGOs, mas-soċjetà ċivili u mal-oppożizzjoni. • Jingħataw aktar riżorsi lill-Uffiċċju tal- Awditur Ġenerali sabiex ikun żgurat li l-investigazzjonijiet jiġu konklużi iżjed malajr. Il-bini fuq s-suċċessi • Tkompli ssir ħidma fuq il-progress u s-suċċess ekonomiku li wettaq il- Gvern. Dan għandu jsir b'meritokrazija u bi trasparenza fl-għoti tal-kuntratti. • Il-Kumitat għar-Riforma Kostituzzjonali jibqa' jitmexxa mill- President ta' Malta. L-ambjent • Tingħata aktar importanza lill- ambjent. Malajr kemm jista' jkun jenħtieġ ikollna trasport pubbliku mingħajr ħlas għal kulħadd u pjanijiet oħra għat-titjib tal-infrastruttura. • Jinħolqu id f 'id mal-Kunsilli Lokali spazji miftuħa f 'Malta u f 'Għawdex kollha, b'aktar pjazez ħodor u ġonna. Ir-ruħ soċjali • Jingħata ħlas ugwali għal xogħol b'valur ugwali. • Issir ħidma biex jinqered il-faqar permezz ta' iktar miżuri soċjali b'saħħithom bħal benefiċċji enerġetiċi awtomatiċi lill-anzjani ta' aktar minn 80 sena mingħajr il-bżonn ta' means test u żieda fiċ-Childrens Allowance. L-ikbar żieda, li tlaħħaq il-€100, tingħata lill-familji bl-inqas dħul. • Jerġgħu jinfetħu l-bordijiet tal- inġustizzji għall-appelli u għal każi ġodda. L-immigrazzjoni u l-ħaddiema barranin • Fuq l-immigrazzjoni Malta ma tistax tibqa' taqdef waħedha. Il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jridu japplikaw il-liġijiet rilevanti u b'hekk ikun hemm aktar burden sharing. L-akkomodazzjoni • Issir ħidma fuq il-problema tal- akkomodazjoni li qegħdin jaffaċċjaw bosta Maltin, fosthom żgħażagħ ta' 'l fuq minn 25 sena. • Tissaħħaħ l-iskema għall-persuni b'diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jgħixu fi proprjetà adegwata li tgħinhom ikunu aktar indipendenti. • Tissaħħaħ l-iskema tal-equity sharing. It-trasport • Tittejjeb l-infrastruttura sabiex din tlaħħaq mat-tkabbir tal-popolazzjoni ta' Malta u Għawdex. • Jitkompla l-proċess biex jitwettaq il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. • Tittejjeb is-sigurtà fit-toroq ta' Malta u Għawdex. • Malajr kemm jista' jkun it-trasport pubbliku jsir mingħajr ħlas għal kulħadd. • Parkeġġ b'xejn fl-isptar Mater Dei. Il-post tagħna fl-Ewropa • Tittieħed kull opportunità biex niddefendu isem pajjiżna. Il-kwalità tal-ħajja • Tittejjeb il-kwalità tal-ħajja billi tinxteħet aktar attenzjoni fuq l-edukazzjoni tul il-ħajja, l-isports u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. • Tiżdied iċ-Childrens' Allowance b'madwar €2.5 miljun. Il-Partit Laburista • Jissaħħaħ il-Partit Laburista filwaqt li jibqa' involut fit-tressiq tal-politiki. • Titwaqqaf struttura fil-partit li tirregolarizza l-kuntatt tal-MPs mal- membri tal-partit. • Tinżamm id-distinzjoni bejn il-partit u l-Gvern. L-akkomodazzjoni • Is-sidien ta' djar mhux okkupati jew dilapidati jitħeġġu mill-Gvern biex ibiegħu dawn id-djar bil-prezzijiet tas-suq. • Id-djar l-iktar imġarrfin jingħataw preferenza. L-ispiża maħsuba fuq dan il-proġett tlaħħaq mal-€260 miljun matul erba' snin. Dan ifisser li din l-inizjattiva se tiswa €65 miljun kull sena. Ix-xogħol • L-impjegaturi jingħataw permessi ġodda jew tiġdid fil-kuntratti biss jekk iħallsu lill-impjegati paga kumparabbli mal-pagi mħallsa fis- settur inkwistjoni. • Jingħataw permessi wkoll jekk l-impjegati jitħallsu b'ċekk jew bi trasferiment bankarju dirett. Jekk ma jagħmlux dan ma jibqgħux eleġibbli biex jimpjegaw ħaddiema barranin. • L-impjegaturi ma jingħatawx permessi ġodda jew tiġdid fil- permessi jekk ma jħarsux ir-regoli tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema jew jekk jimpjegaw ħaddiema barranin mingħajr il-permessi meħtieġa. • Impjegati li jaħdmu l-istess xogħol fl-istess kumpanija jitħallsu kollha b'mod ugwali. L-anzjani • Il-mediċini tal-pensjonanti jitħallsu mill-Gvern. Din il-proposta se tiswa madwar €40 miljun. Chris Fearne Robert Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020