Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 festi IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2019 • illum L-għaqdiet kollha Ġużeppini jingħaqdu f'festa kbira fil- Belt Valletta YENDRICK CIOFFI Matul l-2020, il-Knisja Universali qed tiċċelebra l-150 anniversarju minn meta l-Beatu Papa Piju IX pproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. Iċ- ċelebrazzjonijiet f 'Malta mhux se jonqsu u l-Ġużeppini Maltin se jingħaqdu fil-Belt Valletta biex jiħu din is-sena speċjali ta' San Ġużepp. Fil-fatt, nhar id-19 ta' Jannar se ssir ċelebrazzjoni nazzjonali fis-Santwarju Bażilika tal- Madonna tal-Karmnu li se tinkludi pontifikal solenni u anke purċissjoni madwar it-toroq tal- Belt Valletta bil-vara devota ta' San Ġużepp meqjuma fl-istess Bażilika. Din iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali ġiet organizzata mill-għaqdiet kollha Ġużeppini Maltin li fl-aħħar xhur tlaqqgħu mill- Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tar-Rabat, fis-Santwarju Ġużeppin tar-Rabat tal-Imdina. Fil-fatt, l-istess għaqdiet, nhar id-19 ta' Jannar, se jkunu qed jiġu milqugħa mill-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tal-Belt Valletta biex flimkien jiħu din is-sena speċjali għall-Knisja Universali. X'se jiġri eżatt fid-19 ta' Jannar? Dakinhar tad-19 ta' Jannar, fid-9:00am, l-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna se jkun qed jiaħ din is-sena speċjali b'Pontifikal solenni fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu. F'dan il-pontifikal se jieħdu sehem il-fratellanzi kollha ta' San Ġużepp mifruxa madwar Malta u l-membri tal-għaqdiet kollha Ġużeppini, inkluż is-soċjetajiet mużikali u l-għaqdiet tan-nar. Malli jintemm il-Pontifikal se tkun qed issir purċissjoni kbira bil-vara ta' San Ġużepp tal- Arċikonfraternità Beltija. Din il- purċissjoni se tkun akkumpanjata mill-baned Ġużeppini Maltin li għal din l-okkażjoni se jkunu qed jingħaqdu f 'banda waħda. Il-fratellanzi Ġużeppini, kollha bl-istandarti tagħhom, se jkunu qed jieħdu sehem f 'din il-purċissjoni madwar it-toroq ewlenin tal-Belt Valletta. Interessanti dak li se jkun qed jiġri fi Triq ir-Repubblika. Dejjem jekk it-temp jippermetti, Triq ir-Repubblika se titlibbes il-libsa tal-festa mill-għaqdiet kollha Ġużeppini tal-armar. Fil-fatt, kull għaqda tal-armar ta' San Ġużepp se tkun qed ittella' żewġ bandalori minn tagħha biex hekk il-Belt Valletta tkun imżejna wkoll kif jixraq għal din iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali. Talba biex l-Arċisqof jiddikjara Sena Ġużeppina Ta' min isemmi li l-istess għaqdiet Ġużeppini, fl-aħħar xhur, iffirmaw petizzjoni li ġiet ippreżentata lill-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna. Din il-petizzjoni ġiet ippreżentata lill-Arċisqof fil- 31 ta' Ottubru li għadda u titlob li l-Arċidjoċesi ta' Malta tiddikjara s-sena 2020 bħala Sena Ġużeppina. X'se jkun qed isir aktar matul is-sena Iċ-ċelebrazzjonijiet speċjali se jkunu qed ikomplu fid-diversi Kien il-Papa Piju IX, illum Beatu, li fit-8 ta' Diċembru tal-1870, ipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. Dan ifisser li l-Papa ried li jipproklama lil San Ġużepp, il- missier putattiv ta' Ġesù, bħala protettur u l-ħarries tal-Knisja. Propju għalhekk li f 'ħafna pitturi, San Ġużepp jidher b'idu wieqfa jipproteġi xbiha ta' knisja. Piju IX kien devot kbir ta' San Ġużepp tant li fost kitbiet oħra, kien iddedika erba' dokumenti importanti dwar dan il- qaddis kbir u li permezz tagħhom kompla jxerred u jkabbar it-tagħlim fuqu, fosthom dwar l-irwol importanti li Ġużeppi kellu fl-istorja tas-salvazzjoni. Ta' min isemmi wkoll li fi żmien il-pontifikat ta' Piju IX, kien hemm diversi konċilji lokali li kienu rrakkomandaw il- promozzjoni tad-devozzjoni Ġużeppina, inkluż il-Konċilju ta' Vjenna, ta' Praga, tal-Kolocsa, tal-Ungerija, tal-Kolombja, ta' Bordeaux u ta' Baltimora. Fil-fatt, il-Papa Piju IX rċieva tliet petizzjonijiet jitolbuh biex jipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. L-ewwel waħda kienet iffirmata minn 118-il Isqof, it-tieni waħda minn 43 superjur ġenerali ta' ordnijiet reliġjużi u t-tielet kienet iffirmata minn 255 persuna, inkluż 38 kardinal, fosthom dak li kellu jkun is-suċċessur tiegħu u jieħu l-isem ta' Ljun XIII, il-Papa li kiteb it-talba ta' San Ġużepp. X'inhu l-Patroċinju ta' San Ġuzepp?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020