Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni #ġustizzja19 Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali M 'hemm ebda dubju li sa mill-elezzjoni tal-gvern preżenti fl-2013, dan il- gvern implimenta għadd sostanzjali ta' riformi sinifikanti fis-settur tal-ġustizzja. Ma nixba' qatt ngħid li dan huwa gvern riformista. U ngħid dan għax min verament irid ikun kritiku kostruttiv u jinsa l-politika partiġġjana, jaf li dan il-gvern daħħal bosta riformi – uħud minnhom bla preċendent. F'dawn is-sitt snin daħħalna u implimentajna riformi legali bil-għan ewlieni li nġibu s-sistema legali ta' pajjiżna fuq il-livell tal-istandards legali ta' żminijietna, b'mod li nirrispettaw u naderixxu mal-esiġenzi tas-Saltna tad- Dritt u tas-separazzjoni tal-poter. Meta nħarsu lejn is-sena li għadha kemm tintemm naraw li din ma kinitx sena ta' eċċezzjoni. Anzi, f 'din is-sena daħħalna riformi li saħansitra permezz tagħhom għamilna pass kbir lil hinn. Matul is-sena jkun hemm avviżi legali li jħabbru r-riformi. Uħud minn dawn ma ssibhomx rappurtati fil-ġurnali. Imma meta wieħed jiġborhom flimkien jara li l-lista tagħhom turi l-impenn ta' dan il- gvern li jtejjeb dejjem aktar is-sitwazzjoni li sab ma' wiċċu meta beda jamministra l-pajjiż. Oħrajn saru biex ikompli jissaħħaħ dan is-settur tant importanti f 'pajjiżna. Riforma mill-aktar importanti teħodna lura biss it jiem, proprju lejn nofs Diċembru li għadda. Din kienet it- tħabbira tal-ħatra uffiċjali ta' Dr Victoria Buttigieg bħala l-ewwel avukat tal-Istat, wara li kienet irrakkomandata b'mod unanimu minn Kummissjoni tal-Ħatra u wara li saret sejħa pubblika. Dan jagħmilha l-ewwel persuna maħtura f 'din il-kariga tant importanti fl-istorja legali ta' pajjiżna. Barra dan, din il-ħatra tirrifletti wkoll l-impenn ta' dan il-Gvern favur l-implimentazzjoni ta' riformi li jkomplu jsaħħu s-Saltna tad-Dritt. Waqt li bis-saħħa ta' din ir-riforma l-Avukat Ġenerali se jibqa' jżomm ir- responsabbiltajiet ta' prosekuzzjoni u materji kriminali li tipprovdi għalihom il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn fil-kamp kriminali, l-Avukat tal-Istat se tibda tkun responsabbli mill-funzjonijiet kollha ta' pariri lill-Gvern u mir-rappreżentanza legali fl-oqsma tal-liġi kostituzzjonali, ċivili u amministrattiva li sal-lum jiġu eżerċitati mill-Avukat Ġenerali. Il-Kummissjoni ta' Venezja, fl-opinjoni tagħha dwar Malta tas-17 ta' Diċembru 2018, kienet ipproponiet is-separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali. Lejn l-aħħar tas-sena ppubblikajt ukoll sett ta' emendi għal-liġijiet dwar id-droga li bis-saħħa tagħhom il-Qrati jkollhom iktar diskrezzjoni dwar is-sentenza li jagħtu f 'każ ta' sejbien ta' ħtija f 'każi ta' kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis għall- użu personali. Fis-sessjoni li jmiss tal-Parlament, wara l-btajjel tal-Milied, se nressaq din il-proposta ħalli jibda minnufih il-proċess biex din il-bidla tassew isseħħ. Waqt li bil-liġi tal-lum f 'każ ta' sejba ta' ħtija f 'każi ta' kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis f 'ammont ta' iktar minn pjanta waħda l-Qorti hi marbuta li timponi piena karċerarja tassattiva anke jekk il-Qorti tkun konvinta li l-kultivazzjoni tkun saret għall-użu personali, bl-emendi pproposti l-Qrati se jkollhom iktar diskrezzjoni fil-piena li jħossu li għandhom jagħtu. B'hekk effettivament il-Qrati jkunu jistgħu jagħtu piena li ma tkunx sentenza ta' ħabs bilfors – dejjem jekk il-Qorti tkun konvinta li l-kultivazzjoni tkun saret għall- użu personali. Din ir-riforma se tapplika kemm fil-Qrati inferjuri u kif ukoll f 'dawk superjuri. Din il-proposta se tkompli tibni fuq dak li diġà sar, wara li daħal fis-seħħ l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) fil-15 t'April 2015, li wassal għal mod li permezz tiegħu dawk li jkollhom xi dipendenza mid-droga jkunu jistgħu jirriformaw ruħhom, sabiex bl-għajnuna ta' esperti dawn il-persuni jingħataw is-sostenn u l-Qorti tkun tista' tagħti piena li ma tkunx karċerarja. Din is-sena wkoll wettaqna wegħda oħra elettorali bit-twaqqif tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati bil-għan li tiżdied l-awtonomija amministrattiva u li jiġu modernizzati iktar is-servizzi li jiġu offruti liċ-ċittadin fejn jidħlu l-Qrati ta' pajjiżna. Ir-riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja minn dejjem kienu ċentrali fil-ħidma ta' dan il-Gvern. It-twaqqif tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati huwa pass ieħor fir-riformi li saru u li se jkomplu jsiru fit-tisħiħ tas-Saltna tad-Dritt. Permezz tal- Aġenzija tal-Gvern li tieħu ħsieb l-operat amministrattiv tal-Qorti, id-deċiżjonijiet amministrattivi se jittieħdu b'iktar awtonomija u b'iktar effiċjenza. It-twaqqif ta' din l-Aġenzija wasal wara li l-Kummissjoni Ewropea kienet qiegħda tagħmel ir-reviżjoni tal-European Semester u ħeġġet lill-awtoritajiet Maltin biex jikkunsidraw li l-amministrazzjoni tal-Qorti tinqata' mill-Gvern Ċentrali u ssir iktar awtonoma, fis-sens li jkun hemm iktar distanza bejn il-Gvern u l-operat amministrattiv. Tajjeb li nfakkar ukoll li f 'April li għadda ħadna ċertifikat għal dawn ir-riformi li qed indaħħlu. Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-effiċjenza tal-qasam tal-ġustizzja fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, magħruf bħala l-Justice Scoreboard, wera li l-pubbliku Malti saħħaħ b'mod konsiderevoli l-fehma tiegħu li apparagun mas-snin ta' qabel il-ġudikatura saret tassew indipendenti. Anke l-kumpaniji f 'Malta din is-sena saħħew il-fehma tagħhom li l-ġudikatura hija indipendenti wara li ġie rreġistrat tnaqqis fis-sena ta' qabel. Nagħraf li għad fadal sfidi li jridu jingħelbu, imma mir-rapport jirriżulta li għal darb'oħra l-ħidma biex tiżdied l-effiċjenza fil-qrati tagħna kompliet tagħti l-frott u li pajjiżna qiegħed fit-triq it-tajba anke f 'dan is-settur. Il-Gvern huwa kommess li jkompli jtejjeb il-qasam tal-ġustizzja, li huwa pilastru ewlieni tad- demokrazija ta' pajjiżna. Wettaqna wkoll aktar riformi fl-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi (Asset Recovery Bureau). Wara proċess leġiżlattiv fil- Parlament il-Gvern daħħal fis-seħħ diversi emendi importanti, partikolarment fir-rigward tal-operat tal-Uffiċċju għall- Irkupru tal-Assi (Asset Recovery Bureau), ta' proċedimenti kriminali inizjati bil- kwerela tal-parti offiża u tal-proċedura tal-arrest ta' bċejjeċ tal-baħar. L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi sa mill-bidu tal-operat tiegħu f 'Awwissu tal-2018 wettaq ħidma kruċjali fl-intraċċar, fil-ġbir, fiż-żamma, fil-preservazzjoni, fil-ġestjoni u fid-disponiment xieraq u effiċjenti ta' propjetajiet li direttament jew indirettament joriġinaw minn attivitajiet kriminali. Madankollu kien hemm aspetti f 'diversi liġijiet illi kienu jirreferu għar-Reġistratur tal-Qrati u Tribunali Kriminali – u mhux għall-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi – bħala l-awtorità kompetenti sabiex tagħmel stħarriġ, identifikazzjoni, intraċċar u disponiment tal-assi tal-akkużat. Għalhekk permezz t'emendi meħtieġa u opportuni fil-liġijiet inkwistjoni, issa l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi ngħata aktar poteri u b'hekk issaħħaħ aktar l-impenn favur il-ħidma nazzjonali kontra l-kriminalità organizzata. Ir-riformi u x-xogħol tagħna f 'dan is-settur infirxu ukoll fl-infrastruttura. Biex insemmi eżempju wieħed biss, imma eżempju sinifikanti, inħares lura lejn il-proġett biex tittejjeb l-infrastruttura tal-informatika permezz ta' network ġdid li jkun kapaċi jlaħħaq mal-bżonnijiet preżenti kif wkoll ma' dawk futuri, u b'hekk il-Qorti jkollha sistema li biha l-pubbliku jkun moqdi b'mod aktar rapidu u effiċjenti. Dan kollu qiegħed isir biex kemm jista' jkun inkomplu nsaħħu u nżidu l-effiċjenza ta' waħda mill-ogħla istituzzjonijiet ta' pajjiżna. Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li b'xi mod tiġi mtejba l-infrastruttura tan-network tal- informatika tal-Qorti, għax f 'dawn l-aħħar snin inħass li mhux qiegħda tlaħħaq mal- avvanzi kbar li qegħdin isiru fit-teknoloġija tal-informatika. Forsi dawn li semmejt huma r-riformi "l-kbar". Madankollu hemm ħafna oħrajn li permezz tagħhom qed inkomplu ntejbu l-qasam tal-ġustizzja, anki għal dawk il-klijenti li jagħmlu użu minn dan is-settur. Pereżempju, estendejna l-użu tat-teknoloġija informatika fi proċeduri ġudizzjarji li jirrigwardaw il-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba' u l-Bord li Jirregola l-Kera. Dawn huma miżuri li jkomplu jissimplifikaw il-proċessi ġudizzjarji u b'hekk ikunu ta' gwadann, benefiċċju u konvenjenza mhux biss għall-professjonisti legali iżda wkoll għaċ- ċittadini Maltin u Għawdxin kollha li jirrikorru għas-servizzi tagħhom. Dak kollu li qed nagħmlu, u li se nkomplu nagħmlu f 'dan is-settur tant importanti, huwa maħsub biex insaħħuh dejjem aktar. U meta ngħidu nsaħħuh inkunu qed nagħmlu dan fil-prattika, mhux bil-kliem biss. Insaħħu mhux biss il-mod kif jaħdem dan is-settur, permezz ta' liġijiet u riformi, imma nsaħħu wkoll l-esperjenza taċ- ċittadin li jagħmel użu mis-servizzi offruti minn dan is-settur. Din is-sena li dħalna fiha mhix se tkun eċċezzjoni. Se nkomplu għaddejjin bir-riformi ħalli nimplimentaw dak li nemmnu fih bis-sħiħ, jiġifieri l-ħtieġa li inġibu 'l quddiem dan is-settur, insaħħu d-demokrazija f 'pajjiżna u fuq kollox insaħħu dejjem aktar is-Saltna tad-Dritt. IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 • illum Yorgen Fenech jirrispondi lill- ġurnalisti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020