Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

20 opinjoni Housing Proattiv u Sostenibbli: l-Implimentazzjoni tal-Housing Speċjalizzat Dan l-artiklu inkiteb miċ-Chairperson of the Sustainable Communities Board and Consultant for the Secretariat for Social Accommodation I d-dar hija dritt fundamentali tal- bniedem u toffri stabbilita', sens pożittiv ta' wellbeing li jinħass meta l-bniedem u l-komunità tħoss sigurtà u għaqda. Il-policy bit-titlu Sus- tainable Communities, Housing for To- morrow qed tippromwovi dan kif ukoll sistema ta' sostenibbiltà li tikkunsidra l-aspett funzjonali, ambjentali u soċjali tal-ħajja domestika u l-komunità Maltija. Din il-viżjoni tpoġġi id-dar fiċ-ċentru tal-ħajja ta' kuljum. Il-Housing Speċjalizzat jaqa' taħt din il-policy u nibet b'mod dirett minn din il-viżjoni proattiva u sostenibbli. Kien ukoll riżultat ta' riċerka empirika li saret fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Mir- riċerka instab gap fis-servizz tal-housing fejn cohorts ta' gruppi primarjament vulnerabbli u f 'riskju ta' faqar ma bdewx isibu so landing. B'hekk inħoloq dan is-servizz speċjalizzat. Housing ta' dan it-tip huwa differenti għaliex qed iħares lejn ir-relazzjoni bejn id-dar, il-bżonn, l-istat soċjo-ekonomiku tal-persuna jew familja u s-saħħa mentali. Dan qed isir billi inħoloq disinn inklussiv li jħares lejn il-binja bħala għodda li tiffaċilita l-kuntatt fil-komunità. Ħsieb soċjali mill-bidu nett! Id-dar tifforma parti kbira mill- ambjent urban u tiġi affetwata b'mod dirett minn tibdiliet soċjali u ekonomiċi. Huwa fatt li l-forma ta' familja nukleari m'għadiex in-norma, għalhekk l-ispazju domestiku tradizzjonali m'għadux jista' jakkomoda l-bżonnijiet tal-familja tal- lum. Dan għaliex l-ippjanar għadu ibbażat fuq l-mudell individwalista tas- seklu għoxrin, u mhux qiegħed jaqdi l-bżonnijiet domestiċi tas-seklu wieħed u għoxrin. Huwa dan it-tip ta' ħsieb soċjali li jrid jiġi kkunsidrat, kemm meta nippjanaw housing policies, id-disinn tad-djar tagħna, u anke l-infrastruttura ta' madwarna. Għalhekk wasal iż-żmien li naċċettaw li l-ħsieb ta' kif niddisinjaw id-djar tagħna jrid jinbidel. Dan il-ħsieb soċjali qed jiġi implimentat mil-Bord li jinstab fi ħdan id-Djar tal-Awtortità fejn ħoloq relazzjoni ma' stakeholders ġodda, mal- Kamra tal-Periti u it-tielet settur. Dan kien pass importanti sabiex l-bżonnijiet li għandhom l-NGOs jiġu milħuqa anke mill-aspett arkitettoniku. Għalhekk inħass il-bżonn li ssir kompetizzjoni tad- disinn fejn l-NGOs spjegaw fid-dettal is-servizz il-ġdid li se jipprovdu fid-djar provduti, min se jkunu l-inkwilini u l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom. X'se jsir f 'dawn id-djar abbandunati mill- Periti rebbieħa? Il-periti ta' 'Local Office' jispeċjalizzaw f 'arkitettura u disinn apposta għas-saħħa mentali u għalhekk preżentaw proposta lil Richmond Foundation għal 'Dar Terry' f 'Bormla. Din it-tip ta' arkitettura tpoġġi l-persuna, l-aspetti soċjali, psikoloġiċi u dawk fiżiċi fiċ-ċentru tad- dar biex toħloq dak li jissejjaħ biophilic design. 'Local Office' pproponew li is-sular t'isfel jintuża' bħala spazju informali li jkun semi-pubbliku fejn ir-residenti jkunu jistgħu jilqgħu l-komunità jew biex jistiednu lil xi ħbieb għal tazza te'. Fuq nett se ssir kċina u salott komuni biex ir-residenti jgawdu l-veduta u wkoll biex jużaw it-terrazzin ħalli jkabbru il- ħwawar. Filwaqt li l-ewwel u t-tieni sular se jkunu dedikati għal ħajja personali u intima. Hawn issib l-kmamar tas-sodda, kċejjen żgħar, u kmamar għat-terapija. Il-materjali u l-kuluri li se jintużaw se jkunu newtrali apposta biex tinħoloq atmosfera ta' serenità u kalma. 'Openworkstudio' se jaħdmu mal- organizzazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl li se joffru servizz lil priġunieri mid-Dar Bla Ħitan, fil-Birgu. It-tema ġenerali tad-disinn kienet dik ta' 'dar ordinarja' jiġifieri dar fejn id-disinn iħares il- bogħod minn idea punittiva għal waħda ta' integrazzjoni, parteċipazzjoni u responsabbilità. Id-dar se jkollha kmamar fejn wieħed jkun jista' jirrifletti jew iqatta' ħin intimu mal-familjari tiegħu meta jżuruh. Din id-dar se tiġi modifikata bl-intenzjoni li tintroduċi aktar dawl naturali, sens ta' uħ, ventilazzjoni naturali, privatezza u spazji komuni. Dan kien fiżikament possibbli billi nfetħet bitħa interna fiċ- ċentru tad-dar u skylight li jipprovdi dawl naturali. Se jinħoloq taraġ ġdid biex ir-residenti jkunu jistgħu jaċċessaw kmamar privati li se jintużaw bħala kmamar tas-sodda u kmamar għat-terapija. Id-dormitorji se jkunu fuq wara tal-binja u mqassmin fuq żewġ sulari. Il-kmamar tas-sodda ġew maħsuba fuq modules u se jkollhom sodda, gwardarobba u mejda. Dawn il-modules huma flessibli u għalhekk jistgħu jiġu trasformati skont il-bżonn ta' min ikun qed jgħix hemm, peress li din hija dar tranżitorja. Iż-żewg uffiċini tal-periti pproponew metodu bbażat fuq co-design fejn se ssir riċerka kwalitattiva permezz ta' focus groups u sensiela ta' workshops ma' 'Richmond Foundation' u 'Mid-Dlam għad-Dawl' fejn ir-residenti se jiġu nvoluti fil-proċess tad-disinn finali. Dan il-proċess se jkun dokumentat u analizzat minn aspett antropoloġiku biex l-Awtorità tad-Djar ikollha policies ibbażati fuq riċerka li jkunu adegwati għall-bżonnijiet tal-ħajja moderna. Finalment l-għan ta' din ir-riċerka huwa li joħorġu rakkomandazzjonijiet biex jinħolqu best practicies li jżommu d-dimensjoni soċjali u kulturali fiċ- ċentru tal-ippjanar. IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020