Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 oroskopju illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 Il-bżonn tal-kristalla mill-bidu tas-sena Mal-bidu tas-sena jkun iż-żmien ideali li taħtaf l-opportunità u tpoġġi xi kristalla bħal Crystal tree, crystal candle holder jew xi tip ta' kristalla oħra sabiex tagħti lil dak il-post il-benefiċċju naturali u l-enerġija pożittiva kemm sabiex jekk hemm enerġija negattiva titlaq u kemm jekk hemm enerġi- ja pożittiva tkompli tissaħħaħ. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.pauljon13.com. Namaste L-ewwel oroskopju tas-sena 2020 għaż-żodijaku ta' Capricorn Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar L-ewwel żodijaku għal din is- sena għall-Aquarius ser jagħmlek f 'pożizzjoni ta' rankatura fil- karriera tiegħek. Int trid iżżomm iffokat it aktar mis-soltu sabiex minħabba din ir-rankatura ma tikkommettix ċertu żbslji li forsi jistgħu jkunu ta' xi konsegwenzi għalhekk agħraf. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Id-dati ideali għalik: 5, 7, 9 u 11. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Gemini. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-ewwel żodijaku għall-istilla ta' Pisces ser jagħmlek tħossok aktar mimli b'ħeġġa u determinazzjoni minħabba hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm lilek innifsek kif ukoll is-sitwazzjonijiet ta' opportunitajiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Agħraf kun kawt. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Id-dati ideali għalik: 6, 8, 9 u 10 L-istilla li se toffrilek fortuna għall- bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Scorpio. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April L-ewwel żodijaku għall-istilla ta' Aries ser ikollu effett ta' għarfien f 'dak li se twettaq dan jaf jagħmlek xi it aktar nervuż mis-soltu, għalhekk issa li int taf dan trid tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm il-madwar tiegħek sabiex tieħu dak li jinqala' madwarek tieħdu b'aktar kalma u tkun trankwill. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il- ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Id-dati li ideali għalik: 5, 8, 10 u 11. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Capricorn. Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju L-ewwel żodijaku għall-istilla ta' Taurus ser jagħmlek tibda tħossok li trid l-affarijiet ta' madwarek ikunu fuq pass aktar mgħaġġel. Issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi aktar b'saħħtek f 'dak li ġej. Agħraf ikkontrolla aktar lilek innifsek għax xi kultant fil- ħajja int trid tkun fil-kontroll tagħha. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. Id-dati ideali għalik: 6, 7, 9 u 10. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Virgo. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju L-ewwel żodijaku għall-istilla ta' Gemini se jagħmlek it aktar agressiv fl-ambizzjonijiet kemm dawk personali u anke madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik minħabba dak li ġej, taf tkun agressiv aktar f 'dak li kapaċi tagħmel dwar dak li int tesprimi u twassal. Żomm kontroll u imxi b'moħħok. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Id-dati ideali għalik: 5, 6, 7 u 9. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas- sena l-ġdida ġejja minn Libra. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju L-ewwel żodijaku għall-istilla ta' Cancer dan jagħmlek tagħraf aktar kif u meta tieħu ċertu deċiżjonijiet fejn jekk int is-soltu tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti jew influwenzi. Dan issa ser jinbidel. Int trid tagħraf aktar kif taġixxi għax ovjament dan se juri ħafna differenza fik. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Id- dati ideali għalik: 5, 7, 9 u 11. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Pisces. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru L-ewwel żodijaku għall-Virgo se jagħmlek it aktar mexxej mis- soltu. Fejn is-soltu tagħmel xi forma ta' pass dan idum biex jitwettaq issa f 'dan il-perjodu int se tħaffef dan u dan ifisser li għandek tagħraf tiżen aktar dak li int se tkun se tagħmel. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Id-dati ideali għalik: 5, 7, 8 u 11. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena ġejja minn Cancer. Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru L-ewwel żodijaku għall-Libra ser iwassal għal aktar bilanċ għalkemm għalik dan il-bilanċ, int m'intix bħal qisek se tinduna bih għax ovjament se tkun iffokat fuq xi proġetti ġodda tiegħek. Iżda aktar ma jgħaddu ġimgħat se tagħraf li qed tkun ibbilanċjat fil-madwar kollu tiegħek. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Id- dati ideali għalik: 6, 7, 9 u 10. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Aries. Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru L-ewwel żodijaku għal din is- sena għall-istilla ta' Sagittarius ser ikun iffokat dwar relazzjoni li jekk ma tikkontrollax jaf ikun hemm problemi dan aktar minħabba li taf tersaq lejk persuna mill-passat u ovvjament se toħloq xi problemi. Agħraf ilqa' b'gġaqal u mhux bil- qalb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Id-dati ideali għalik: 5, 7, 9 u 10. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Gemini. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat- 21 ta' Novembru L-ewwel żodijaku għall-istilla ta' Scorpio ser jagħmlek tħossok aktar ċert fik minħabba tfassil u pjanijiet li kienu mfassla u li trid tibda twettaq. Però żomm lilek innifsek kawt u pprova għaraf il-ħtiġijiet kollha ta' madwarek sabiex hekk ikollok kwadru komplut. Agħraf dan. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Id-dati li għal din il- ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 9 u 11. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Taurus. Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar L-ewwel żodijaku għall-istilla ta' Capricorn ser ikun ifisser li dan huwa l-mument opportun ta' sitwazzjoni ġdida sabiex int tkompli tkabbar il-madwar kollu tiegħek f 'dak li tixtieq. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija poittiva li bħalissa int għandek madwarek tagħmlek possibbli. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Id-dati ideali għalik: 6, 7, 8 u 11. L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Aquarius. Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu L-ewwel żodijaku għall- istilla ta' Leo se jippermettilek li l-ħila titqawwa u tagħraf aktarr il-kontroll tal-ħajja personali tiegħek u dak li hemm madwarek. Dan huwa perjodu ta' kunfidenza fik innifsek sabiex tibda ssib dik l-istabbilità li int tant magħruf għaliha. Irrifletti. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik: 6, 8, 9 u 10 L-istilla li se toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Sagittarius

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020