Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Il-films tal-ispiji aktarx jipproduċu xogħlijiet serji u ġieli mimlija azzjoni. Iżda qatt ma nassoċjawhom ma' produzzjonijiet animati. Iżda hekk huwa l-film Spies in Disguise – kummiedja animata bbażata fuq film ieħor tal-2009 animat u qasir, Pigeon Impossible. L-ispija gwapp Lance Sterling [vuċi ta' Smith] u x-xjenzat Walter Becket [Holland] għandhom karattri tassew differenti. Lance hu raġel pulit u persważiv bi kliem ħelu, filwaqt li Walter m'għandu xejn minn dawn id-doni. Id-destin ried li minħabba kif żvolġew l-avvenimenti dawn it-tnejn ikollhom jingħaqdu flimkien f 'missjoni skabruża. Kien hemm ukoll il-bżonn urġenti li Lance jittrasforma ruħu b'mod radikali. Hu jsir ħamiema kuraġġuża u feroċi u jkollu jaħdem id f 'id ma' Walter biex din il-missjoni tirnexxi, inkella d-dinja taqa' f 'inkwiet kbir. Spies in Disguise b'mod lussuż u elaborat jippreżentalna avventura eċċitanti madwar id-dinja tal-ispjunaġġ. Naturalment l-ispija jilbes attraenti u jkun mimli arja u kunfidenza fih inniffsu. Kif tara lil Lance mill-ewwel jiġik f 'moħħok James Bond. Isem Lance, magħruf internazzjonal- ment, kulħadd jifraħ bih u jċapċaplu. Mill-banda l-oħra Walter raġel qsajjar, nervuż u jilbes b'mod każwali. Iżda huwa wkoll ġenju. Atleta mhux, imma disinjatur ta' apparat li jista' jeqred lill-umanità. Għaldaqstant l-espert u l-antikwat se jgħinu u jispiraw lil xulxin biex jirnexxu f 'biċċa xogħol mill-aktar perikoluża! 23 films illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 SPIES IN DISGUISE Carmel Bonnici Vuċijiet ewlenin: Will Smith; Tom Holland; Rashida Jones; Reba McEntire; Karen Gillan. Diretturi: Troy Quane u Rick Bruno. Maħruġ minn KRS Releasing. 102 min. Ċert. U. JO JO RABBIT Atturi ewlenin: Ronan Griffin Davis; Thomasin McKenzie; Taika Waititi; Rebel Wilson; Stephen Merchant; Scarlett Johansson; Sam Rockwell. Direttur: Taika Waititi. Maħruġ minn KRS Releasing. 108 min. 12A. Jo Jo Rabbit huwa satira inċiżiva, divertenti u friska dwar tifel Ġermaniż u kważi bla ħbieb, Johannes Betzler [Davis]. Ikun indottrinat fl-ideoloġija Nażista u jagħmel lil Adolf Hitler l-idolu tiegħu. Tant l-immaġinazzjoni tiġri bih u tant isir akkanit li sikwit jimmaġina lil dan id-dittatur [parti maħduma minn Waititi stess] ħdejh itih il-pariri. Jingħata prova biex joqtol fenek ħalli tassew juri kemm kien suldat tajjeb. Ma jirnexxilux. Għaldaqstant jiġi mlaqqam Jo Jo Rabbit. Meta fid-dar tiegħu jiskopri li ommu Rosie [Johansson] tkun qed taħbi tifla Lhudija, Elsa Korr [McKenzie], jibda jiddubita minn din il-fissazzjoni għamja li rabba. Jo Jo Rabbit jieħu s-sura ta' kummiedja umoristika mimlija sekwenzi ta' melodrama u ħasra. It-tifel protagonist jinnota dawn l-affarijiet u jinduna li jista' jġib lil ommu fil-għawġ. Jum minnhom jimtela bi dwejjaq kbar meta jara xi nies mgħallqin fi pjazza bħala twissija għal min ma jobdix. Ir-relazzjoni bejnu u bejn it-tifla moħbija timlieh bil-biża' u bl-ansjetà. B'mod speċjali, uniku u kurjuż, id- direttur, kittieb, produttur u hawn anke attur Taika Waititi jirnexxielu joħloq satira fil-vena tal-films ta' Mel Brooks. Bħala Hitler immaġinarju, stupidu u ineffiċjenti għall-aħħar il-parti ta' Waititi tassew tikkumplimenta dan ix- xogħol. Minkejja l-atmosfera kultant negattiva, Jo Jo Rabbit joħloq ċertu sens ta' ottimiżmu li jilħaq il-qofol tiegħu waqt final li jiżvolgi b'aktar serjetà. Din il-produzzjoni fakkritni fl- episodju Springtime for Hitler tal-film The Producers [1967] tad-direttur Mel Brooks. Films ġodda fis-swali taċ-ċinema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020