Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483
25 sport 'Il-futbol huwa logħba li tgħaqqad u tagħti enerġija pożittiva' illum • IL-ĦADD 5 ta' Jannar 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Melania Bajada - l-ewwel kowċ mara li mexxiet lil tim tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna għar-rebħ tal-Kampjonat u li riċentement mexxiet lil Birkirkara FC għar- rebħ tas-Super Cup. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? Kont nilgħab il-futbol imbagħad meta bdejt nikkowċja dħalt aktar fil-fond għaliex tara lit-tfal itejbu l-livell tagħhom u jitgħallmu l-logħba. X'tikkummenta fuq l-anda- ment tat-tim tiegħek matul dan l-istaġun sa issa? Aħna l-għan tagħna hu li nagħmlu dak il-pass 'il quddiem billi nkomplu nirbħu u nitjiebu minn sena għall-oħra. Naħseb li sa issa mexjin tajjeb u se nkomplu naħdmu biex inkomplu mexjin u nilħqu l-għanijiet tagħna. X'tikkummenta fuq l-isfida li mistennija jkollkom għar-rebħ tal-kampjonat minn Mġarr United u Swieqi United? Jien naħseb li kemm Mġarr kif ukoll Swieqi li f 'dawn l-aħħar logħbiet irranġaw ħafna se jkomplu jaħdmu wkoll u se jkunu ta' sfida tajba. Min-naħa l-oħra, aħna l-importanti li nkomplu niffukaw fuq xogħolna u nimxu logħba b'logħba biex ma nfallux punti u noħorġu l-aħjar logħob kontra dawn l-avversarji. Taħseb li finalment se jirnexx- ilkom tirbhu l-Kampjonat? Ma tantx nista' nirrispondi dwar il-futur imma li nista' ngħid li mexjin tajjeb u se nkomplu naħdmu bl-istess mod biex naslu għar-rebħ tal-kampjonat. X'tikkummenta fuq ir-rebħ tas-Super Cup kontra Mġarr United? Qatt kont tistenna li tirbħu bi skor daqshekk kbir? Ninsab kuntenta ħafna bir- rebħa u aktar bil-prestazzjoni tal- plejers! Ma kontx qed nistenna li konna se nirbħu b'dan l-iskor imma dejjem emmint li jekk aħna nemmnu u ma nibżgħux nilagħbu, konna se nirbħu! Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill- plejers, kowċing staff u kumitat kollu ta' kulma jagħmlu għat-tim. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Jien naħseb li min qed isegwi l-futbol tan-nisa fil-gżira tagħna jista' jara li l-livell qed jogħla ħafna. Qabel dejjem kienu dejjem l-istess żewġ timijiet, illum hemm Mġarr United, Kirkop United u Swieqi United li qed itejbu l-livell tagħhom u żgur li fi it snin oħra l-kampjonat mhux se jibqa' jiġi missielet bejn żewġ timijijet biss. X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħ wara l-qawmien tal- futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Pierre Brincat kien il-bniedem li nibbet fija l-imħabba għall- kowċing. Huwa bniedem iddedikat ħafna u jaħdem b'serjetà kbira. Għandu ideat tajbin ħafna u bis- saħħa tiegħu u tal-istaff tiegħu, il-futbol fit-tfajliet qed jikber minn ġurnata għall-oħra. Hemm xi logħbiet memorabbli ma' Birkirkara FC li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil- karriera tiegħek sa issa? Żgur li l-aktar logħba memorabbli se tibqa' dejjem meta rbaħna l-kampjonat bl-iskor ta' 4-1 kontra Hibernians, kif ukoll il-finali tan-knock out kontra Mġarr United fejn wara li waqt l-għoti tal-penalties konna 2-0 minn taħt irnexxielna ndawru r-riżultat favurina u rbaħna aħna. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal- football tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Naħseb li dawn l-aħħar snin qed jaħdmu tajjeb, iżda żgur li dejjem hemm post fejn nistgħu ntejbu l-livell tagħna. Imma naħseb li fil-futur ġejjieni l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna se jagħmel qabża kbira ta' kwalità. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur tmur tikkowċja xi tim barra minn Malta? Nimxi ġurnata b'ġurnata, imma iva jekk tiġini opportunità fil-futur hija x-xewqa tiegħi li nkompli fuq il-kowċing. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek ma' Birkirkara? Il- futur tiegħek huwa wieħed esklussivament mal-Istripes, jew tikkunsidra li fiż-żmien li ġej tħalli lil dan il-klabb, biex tmexxi xi tim ieħor bħala kowċ? Nixtieq naħdem tajjeb ma' dan it-tim biex inkomplu ntejbu aktar il-livell mis-settur taż-żgħar sal-kbar. Jien nemmen ħafna fin-nursery u żgur li se nagħmel li nista' biex nara n-nursery tkompli tikber. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed lill- futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Il-media tjiebet ħafna għaliex qed tagħti informazzjoni tajba dwar il-futbol tan-nisa f 'pajjiżna, iżda naħseb li logħob bħall-finali jistgħu jintwerew b'mod dirett fuq it-televixin. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it- tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Nixtieq nibgħat messaġġ lil dawk it-tfajliet li għandhom xewqa li jilagħbu l-futbol biex ma jaqtgħux qalbom u jingħaqdu ma' nursery f 'età żgħira biex b'hekk ikunu jistgħu dejjem itejbu l-livell tagħhom. Lill-ġenituri nixtieq ngħidilhom biex jinkoraġixxu lit- tfal tagħhom biex jittrasformaw il-ħolm tagħhom f 'realtà. Il- futbol hija logħba għas-subien u anke għat-tfajliet. Hija logħba li tgħaqqad u tagħti enerġija pożittiva.