Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-elezzjoni għal Mexxej Laburista u Prim Ministru ġdid issa qabdet rittmu u wasalna fl- aħħar ġimgħa. Illum din il-gazzetta tagħti ħarsa lejn l-attività li għamel Chris Fearne ġimgħa ilu fiż-Żejtun u tanalizza dak li qal hu kif ukoll dak illi qalu persuni illi f 'din l-attività partikolari tawh appoġġ. 'L-esperjenza' - Tappa importanti fil-messaġġ ta' Fearne Definittivament l-aktar punt importanti u l-aktar punt li kien issottolineat mill-kelliema ta' qabel Fearne kienet l-esperjenza. Kemm l-eks Speaker Miriam Spiteri Debono kif ukoll il-Ministri Carmelo Abela u Owen Bonnici saħqu illi parti mir-raġuni għalfejn Fearne għandu jsir Prim Ministru huwa minħabba li huwa politiku li għandu esperjenza kemm fil- partit kif ukoll fit-tmexxija tal- pajjiż. L-esperjenza ma timplikax biss iż-żmien imma timplika wkoll għarfien ta' kif jaħdem il-Gvern u kif taħdem il-magna tiegħu kif ukoll x'inhuma l-bżonnijiet u l-karatteristiċi ta' kull Ministru. Owen Bonnici spjega dan f 'argument partikolari u pjuttost konvinċenti, jiġifieri li min se jkun elett Prim Ministru mhux se jkollu perjodu ta' qamar il-għasel imma jrid jibda jaħdem mill- ewwel u jiggverna mill-ewwel. Bonnici sostna illi fid-dawl ta' dan hija l-esperjenza l-aktar illi hija neċessarja. U vera! Ngħiduha kif inhi. Fit- 13 ta' Jannar min se jinħatar Prim Ministru se jkollu quddiemu lista twila ta' obbligi leġiżlattivi kif ukoll li jġib pajjiżna lura għan- normalità. Bla dubju se jkun hemm ukoll numru ta' riformi xi jsiru kemm fil-Partit Laburista u anke fil-pajjiż. Jekk il-kontinwità li Neville Gafà qal li għandu jadotta l-partit se tfisser illi kemm hu kif ukoll il- Gvern jibqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn, jista' jkun li l-problemi jikbru mhux jiċkienu u aktar nies moderati jħossuhom aljenati mill- partit. Din tal-esperjenza jaf tilgħab tajj- eb ma' elettorat (il-membri tal-PL) li ma tantx għandu xi burdata kbira għal xi ħadd meqjus ġdid u li jridu illi akkost ta' kollox li dak li ġara fl- aħħar ġimgħat ma jerġax iseħħ. 'Nibnu mill-ġdid' Miriam Spiteri Debono użat l-islogan ta' Karmenu Mifsud Bonnici ħin minnhom meta qalet 'Nibnu mill-ġdid' li kien il-messaġġ tal-Malta Labour Party fl-1992. Minkejja li dan it-tip ta' diskors jista' jinżel għasel u anke jekk forsi l-elettorat inkwistjoni m'għandux il-burdata biex jerġa' jgħaddi mill- istess burraxka, kemm Fearne u anke n-nies li qed jappoġġjawh iridu joqogħdu attenti li ma jidhrux illi jridu jarmu l-legat ta' Muscat u 'jibdew mill-ġdid'. Bħal donnu ta' Muscat huwa qadim u jista' jintrema u tiegħu ġdid. Fearne jindirizza dan billi fid- diskors tiegħu jsemmi lil Muscat; 'Lil Joseph dejjem ħabbejnieh', jgħid Fearne, konxju tal-fatt li huwa meqjus bħala bidla mill- preżent u sfida ċerta għal bosta nies li kienu fiċ-ċirku ta' Keith Schembri et al. Realizzazzjoni tal- Laburisti – imma qed jaħsbu biżżejjed nies hekk? Fid-diskorsi u l-attivitjiet ta' Fearne jidher li hemm naqra ta' kuntrast. Kuntrast bejn it-tifħir lejn Muscat, persunaġġ li jibqa' maħbub, li bena prattikament kult madwaru u influwenti immens fil- PL u r-realizzazzjoni illi l-affarijiet mhumiex sejrin tajjeb. Dan jikkuntrasta wkoll ma' wħud li kważi kważi qed jiċħdu li l-partit u anke l-pajjiż għaddejjin minn żmien ħażin. L-aktar ċara kienet Spiteri Debono lili kważi kważi, qalet illi qatt ma kellna każ ta' korruzzjoni daqstant kbir filwaqt li qalet li dan huwa żmien ikrah. Il-Ministru Carmelo Abela saħansitra qal li l-pajjiż tabib għandu bżonn għax jagħraf il- marda u jaf kif irid ifejjaq. Imma hemm biżżejjed votanti Laburisti li se jivvutaw li jaħsbu li l-partit u l-pajjiż huwa marid u għandu bżonn fejqan? Jew se jinżel aħjar id-diskors li jirrifletti inqas sens ta' urġenza ta' Robert Abela? 'Integru u sod' – L-oħrajn ma kinux integri u sodi? Il-messaġġ ta' dawk li tkellmu dakinhar fiż-Żejtun jirrifletti wkoll messaġġ ġenerali li qed jagħmlu bosta; "Chris Fearne huwa bniedem ta' integrità u sod." Wieħed jistaqsi allura. Ladarba qed titpoġġa enerġija fuq il- bżonn ta' xi ħadd integru u sod, il-messaġġ implikat huwa li t-tmexxija ta' bħalissa mhijiex integra u soda? Hawnhekk ukoll Fearne u l-kampanja li qed imexxi qed jagħmlu 'l-integrità' tiegħu argument ieħor ċentrali. Dan fid- dawl tal-fehma illi fil-fatt persuni fit-tmexxija tal-Gvern preżenti ma kinux integri u/jew sodi biżżejjed. Kif diġà għidna, l-opinjoni ta' din il-gazzetta hija illi hemm bżonn ta' integrità, imma minkejja li l-kelma tista' tkun sabiħa mhux kulħadd neċessarjament jixtieq l-integrità u li l-Mexxej ikun rett. Jekk is-sistema tkun retta jfisser li ħadd ma jaqbeż lil ħadd, li ħadd ma jingħata impjiegi li mhux ikkwalifikat fihom, li żgur ħadd ma jingħata preferenza għax Laburist, imma kollox imħaddem b'meritokrazija, li ma jsirux wegħdiet dwar impjiegi mal- Gvern jew ta' permessi u li kollox isir skont dak li tiddetta l-liġi, xejn aktar u xejn anqas. Minkejja li sistema bħal din hija mixtieqa minn ħafna votanti, anke Laburisti, il-mistoqsija pertinenti tibqa' jekk min se jivvota u ħafna oħrajn magħhom verament iridux sistema li tippremja l-bżulija u l-kapaċità, qabel il-partit u waħda illi fiha n-nepotiżmu jiġi dilwit. Jekk jitla' Fearne u vera jkun rett, bħalma kien ġeneralment rett l-eks PM Alfred Sant, hemmhekk niġġudikaw in-nies iridux din is- sistema jew le. Jagħfas fuq il-kariżma bl- anedotti. Imma effettiv? Fl-ewwel analiżi ta' din il- 04 analiżi IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 • illum Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali PROGRAMME OFFICER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Programme Officer (EU Funds) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikanti għall-pożizzjoni ta' Programme Officer (EU Funds) għandhom jkunu fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Baċċelerat f'Livell 6 tal-MQF f'oqsma relatati flimkien ma' sena esperjenza ta' xogħol rilevanti. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tlieta 7 ta' Jannar 2020. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fl-20 ta' Diċembru 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandComplia nce/FormsandTemplates.aspx Dawk li jappoġġjawh iridu 'jibnu mill-ġdid' u PM rett u b'esperjenza. Imma hekk iridu l-Laburisti? Ħarsa analitika lejn attività ta' Chris Fearne fiż-Żejtun. L-użu tal- esperjenza u l-integrità minn dawk li jappoġġjawh u l-appell għas- soċjaliżmu u l-anedotti min- naħa tiegħu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020