Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483
kollu possibbli sabiex it-tim ta' 'il quddiem' 31 sport Huma importanti ħafna għall-klabb tagħna. Il-kowċ Dorian Pisani nista' ngħidlek minn issa li għandu l-kuraġġ meħtieġ li se jilgħab lil min ikun ħaqqu, anke jekk dan ikun żagħżugħ li m'għandux l-esperjenza ta' plejers oħra. Fit-tim ta' San Ġiljan bħalissa, Dino Zammit, hu wieħed mill-iktar plejers kbar li għandna u għad għandu biss 25 sena. Il-bqija huma kollha plejers żgħar li bdejna nintroduċuhom it it. Dorian u jien ukoll qed inħarsu mill- qrib lejn it-talenti li ħerġin min-nursery sabiex bil-mod il-mod jibdew jidħlu dejjem aktar fit-tim tal-kbar. Kemm hi b'saħħitha n-nursery ta' San Ġiljan? In-nursery tagħna hi b'saħħitha daqs hafna oħrajn. Trid tqis li fiż-żona tagħna hemm klabbs oħra bħal Neptunes, Exiles u Sliema wkoll. Il-klabb taghna qed jinvesti f 'kowċis barranin bil-għan li jiżviluppaw it- talent taż-żgħażagħ tagħna u jrawmuhom b'ċerti ħiliet bażiċi li huma importanti għal dan l-isport. Kif taħseb li se jintegraw il-barranin Christian Presciutti u Petar Muslim mat- tim? Jien għadni ma naomx personalment. Dawn kienu żewġ barranin li Dorian Pisani riedhom b'saħħa. Il-kumitat ra kif għamel u kkuntenta lill-kowċ. Kemm taqbel mal-idea ta' żewġ plejers barranin f 'tim tal-waterpolo? Din l-idea tista' taqbel jew ma taqbilx magħha. Il-livell hu aktar għoli b'żewġ barranin u l-Maltin jistgħu jitgħallmu aktar. Min-naħa l-oħra, ċerti plejers Maltin ikollhom inqas ċans jilagħbu meta tim ikollu żewġ barranin. Meta tqis kollox naħseb li żewġ barranin huma importanti għalkemm il-kompetizzjoni bejn il-klabbs tant hija kbira li qed jintefqu ħafna flus biex jiġu wħud mill-aqwa plejers fid-dinja. X'taħseb dwar il-fatt li għandna pixxina waħda bit-timijiet li qed igergru minħabba n-nuqqas ta' spazju u ħin qasir? Din il-biċċa tax-xogħol hi waħda skomda. Is-sessjoni ta' taħriġ ma tkunx twila kif tixtieq int minħabba li trid timxi mal-ħin allokat. Hemm klabbs li għandhom il-pixxina tagħhom bħal Neptunes u Birżebbuġa u issa dalwaqt Sirens. L-għan tagħna hu li jkollna pixxina tagħna aħna wkoll u nispera li dan iseħħ fiż-żmien mhux 'il bogħod. Taħseb li hemm bżonn ta' pixxina indoor? Bħalissa kif kulħadd jaf qed tinbena waħda fil-Kottonera. Nemmen li importanti li jkollna pixxina indoor speċjalment biex elementi ta' maltemp u kesħa ma jaffettwawx iktar. Il-waterpolo kompetittiv fl-Ewropa kollha jintlagħab f 'pixxini indoor u ma narax għalfejn Malta, li tant inġibu riżultati tajbin f 'kompetizzjonijiet internazzjonali, m'għandux ikollna l-istess faċilitajiet. Fl-istess waqt tal-ingaġġ tiegħek, tliu persuni importanti bħal Carlo Mifsud u Dr Daniel Aquilina. X'taħseb? Dr Daniel Aquilina spiċċa mill-kariga ta' president minħabba raġunijiet familjari u l-ħatra ta' Carlo Mifsud fi ħdan l-ASA hi ta' gwadann għall-waterpolo lokali. Bħala klabb żgur li qed inħossu ħafna n-nuqqas ta' dawn iż-żewġ persuni validi ferm però n-nies li ħadulhom posthom huma wkoll validissimi. Tħoss xi tip ta' pressjoni u responsabbiltà minħabba l-fatt li trid tiddixxiplina lil xi plejers jekk ikun hemm bżonn? Fejn ikun hemm bżonn ikolli nidħol f 'ċerti sitwazzjonijiet ta' dixxiplina għalkemm nemmen li l-plejers tagħna huma kollha maturi u responsabbli. Bħala kariga jien se nkun qisni pont bejn il-plejers, il-kowċ u l-kumitat. L-unika pressjoni li nħoss mhix relatata mar-responsabiltajiet tiegħi però mal-fatt li jien irrid dejjem nirbaħ u nobgħod meta nitlef. Din hija waħda mill- affarijiet li Dorian Pisani u jien għandna simili ħafna fil-karattru tagħna. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lill- partitarji Ġiljaniżi li dejjem ikunu bi ħġarhom jattendu għal-logħbiet tagħkom. Is-sagrifiċċji kollha li qed nagħmlu huma l-ewwel u qabel kollow bien naraw lill-partitarji ta' San Ġiljan kuntenti u kburin bil-klabb li tant għandhom għal qalbhom. Bħala plejers, kowċ, physio, team manager u kumitat qed naħdmu ħafna sabiex l-aspettattivi tagħna u tal-partitarji numerużi li għandna jsiru realtà dan is-sajf u fis-snin li ġejjin. Viva San Ġiljan! illum • IL-ĦADD 5 ta' Jannar 2020 Is-sagrifiċċji kollha li qed nagħmlu huma l-ewwel u qabel kollow bien naraw lill-partitarji ta' San Ġiljan kuntenti u kburin bil-klabb li tant għandhom għal qalbhom