Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

innutat kif l-akbar problema ta' Fearne hija li ma jispirax biżżejjed għax m'għandux dik il-kariżma li tiġbed biżżejjed nies lejh u li Muscat kellu bil-qabda. Fil-ġimgħat tal-kampanja kien ċar illi Fearne kien qed jipprova jagħmel tajjeb għal dan b'diversi inizjattivi bħal 'belgħa te' ma' Fearne, fejn jidher rilassat u casual, jitkellem, jitbissem u jwieġeb mistoqsijiet innoċenti u ħelwin. Anke fiż-Żejtun, Fearne kien f 'intervista ppreparata u f 'ħin minnhom mistoqsi minn Paula Cauchi, li fil-fatt qed tappoġġjah, dwar il-kelb tiegħu. U minn hemmhekk smajna anedottu ħelu dwar kelb ta' persuna bi sfidi ta' saħħa mentali. Dan kollu huwa rrelevanti għall-karriera politika però hija importanti biex Fearne jibni immaġini ta' persuna aktar amikevoli. Qed jirnexxilu? Sa ċertu punt iva, imma sfortunatament bid- dell ta' Muscat, frisk fil-memorja kollettiva, hija diffiċli jekk mhux impossibbli li Fearne jkollu l-istess kariżma li tiġbed il-mases. 'Soċjalist tar-ruħ soċjali' M'hemmx dubju li Fearne qiegħed jipproġetta lilu nnifsu, kemm jista' jkun bħala soċjalist. Xi ħaġa li fil-fatt anke Abela qed jagħmel. Dan qed isir għal raġuni prinċipali. Inbiegħet l-idea u l-perċezzjoni, korretta biss sa ċerta punt, li l-Gvern ta' Muscat huwa l-aktar Gvern kapitalist li qatt kellha Malta. Dan huwa vera, sal-punt illi Muscat, issa qed naraw għad- detriment tiegħu u tal-partit, deher u kien wisq qrib l-akbar negozjanti, nies bla skrupli u nies oħrajn li dejjem kienu viċin il- poter biex igawdu. Deher li jiffavorixxi żżejjed lil nies bħal Sandro Chetcuti, stieden u qala' rigali minn nies bħal Yorgen Fenech, ivvantaġġja b'qerq lil Gaffarena (anke jekk ħadhielu lura!), jidher li iehem ma' tal-eks kafè premiere, ta art daqshiex u agrikola lill-kuntratturi Sadeen, ipprova jagħmel klawsoli favorevoli għal tal-Corinthia, ta spartijiet lil kumpanija b'sid anonimu, deher qrib ħafna tad- DB, biddel liġijiet biex jinħolqu loopholes għal min ried ibiddel kamra tal-għodda jew stalla f 'villa. Imma min-naħa l-oħra waqa' lura fi proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali u lis-Soċjalisti xellugin xi it jew wisq tahom il-ġenb jew ħeles minnhom b'xi promotion. Minkejja dan, ħafna miżuri baġitarji u anke t-twessigħ tal- benefiċċji, kif ukoll tnaqqis fil- faqar huma lkoll miżuri jew passi xellugin. Jidher iżda illi n-narattiva ta' Gvern kapitalist u li biegħ ruħu, iktar għamlet effett fil-media u lil hinn. U għalhekk din il-kompetizzjoni ta' min se jidher l-aktar Soċjalist u l-aktar xellugi u jitkellem l-aktar dwar il-faqar u t-trickle down effect, jiġifieri li l-ġid ta' fuq jinżel 'l isfel. Fearne qed iwiegħed żieda fiċ- Children's allowance u li anzjani ta' aktar minn 80 sena jgawdu awtomatikament mill-benefiċċju tal-enerġija. Iżda hija r-relazzjoni li se jkollu ma' dawk li se jorbitaw madwaru għall-interessi tagħhom, speċjalment il-multi miljunarji u n-negozjanti l-kbar, li se tħoll u torbot u tiddetermina jekk hux se jibni immaġini differenti jew simili għal dik ta' Muscat. It-tnejn jidhru għall-kaċċa għal Manuel Cuschieri, mill-ġdid, turija ċara ta' kemm iż-żewġ kandidati qed jimmiraw għall- għeruq u għal dawk ikkunsidrati aktar bħala n-nies li bnazzi jew maltemp dejjem kienu hemm għall-partit. 05 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020