Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 analiżi IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2019 • illum Għamel progress b'enfażi qawwija fuq ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Robert Abela. Iktar kemm bdew jgħaddu l-ġranet iktar beda joħroġ fid-dieher li Abela jrid joffri grad ta' kontinwità ħafna ogħla mill-kandidat l-ieħor Chris Fearne. F'analiżi f 'din il-gazzetta konna rrimarkajna, kmieni fil-kampanja, illi kien qed jirriżultalna proprju dan. Filfatt dan irriżulta tant li quddiem folla numeruża u kollha entużjażmu Abela qalha ċara: "M'hemmx bżonn terremoti... iva jiena l-kandidat tal- kontinwità... riċetta li taħdem ma tibdilhiex. Ma jfissirx li għax tkun kandidat tal-kontinwità ma tiħux deċiżjonijiet... mhux bidu ġdid irridu imma faċċata ġdida. Paġna ġdida fi ktieb, mhux ktieb ġdid." Il-kontinwità: il-karta li se twasslu għar-rebħa? Abela ma jistax ikun ċar iktar minn hekk. Il-mistoqsija tibqa': għalfejn qed jagħmel tant enfażi fuq il-kontinwità – fuq kontinwità minn sitwazzjoni li, wara kollox, ġabet tant u tant għawġ fil- pajjiż? Ejja nibdew mill-ħsieb. Hija realtà li niżlet u qed tinfthiem minn bosta – anke minn ħafna votanti Laburisti – li filwaqt li l-partit dabbar tumakka nobis u ħa daqqa lura, kollox ma' kollox ħafna affarijiet kienu sejrin tajjeb. Meta tistaqsi lin-nies issib li hawn qbil ġenerali dwar l-andament ekonomiku pożittiv tal-pajjiż, il-qgħad, ir-ritmu tan-negozju, id-drittijiet ċivili u diversi kwistjonijiet oħrajn. Dan ifisser li minkejja r-rabja u l-weġgħa minħabba ċerti kumpaniji dubjużi li nfetħu minn xi talin, it- tixħim u l-implikazzjonijiet gravi tal- qtil ta' Daphne Caruana Galizia, ħafna jirrealizzaw ukoll li sar ħafna ġid, li ddaħħlu miżuri fiskali maħsubin tajjeb u li daħlu wkoll fis-seħħ liġijiet li fil-pajjiż konna ilna nistennew u niddiskutu. Terġa' u tgħid, għal ħafna votanti Laburisti l-era ta' Muscat fissret l-ikbar rebħiet elettorali li qatt rebaħ il-Partit wara li kien ilu ma jikseb maġġoranza mill-1996 u wara li kien ilu ma jagħmel terminu sħiħ fil-gvern sa mill-1987. Sal-2013 il-Partit Laburista kien tilef sitta minn seba' elezzjonijiet ġenerali u allura bosta kien qed iħossu li l-PL kien sar partit tal-oppożizzjoni li ma jista' qatt jiggverna. Bis-saħħa ta' rebħiet dejjem akbar, li telqu minn distakk ta' madwar 33,000 vot, madwar Muscat inbena bħal kult li letteralment biddel u ttrasforma 'l dan il-partit f 'wieħed rebbieħ. Abela qiegħed jibni fuq dan is- sentiment biex iwiegħed li mhux se joħloq wisq terremoti. Li se jkun qisu Muscat iżda b'xi bidliet żgħar forsi kożmetiċi u b'oħrajn xi ftit aktar sinifikanti. Żgur mhux forsi, il-grupp tat- tmexxija kurrenti – fosthom il-Prim Ministru nnifsu – ma jaqblilhomx li minflok Muscat jitfaċċa xi ħadd li jrid jaqla' u jbiddel kollox u jħalli warajh legat superjuri. Minn ewl id-dinja din. Allura, il-loġika tgħid li ħafna minnhom aktarx qegħdin, jew messhom qegħdin, jappoġġjaw lil Abela. Imma Fearne għamel ċerti negozjati u wegħdiet li f 'xi nħawi qed jagħmel dan l-appoġġ diffiċli. Xi jridu l-Laburisti? Il-kontinwità jew it-tqaċċit tas-sistema mill-qiegħ? Iridu mexxej u Prim Ministru li f 'ċerti aspetti se jkun bħal ta' qablu jew bidu ġdid? Fil-verità Abela huwa pjuttost ġdid, kemm fil-wiċċ u kemm fil-ħidma amministrattiva jew f 'dik partiġġjana, almenu relattivament. Iżda daqstant ieħor huwa ġdid Fearne – din id-darba fl-istil. Nhar il-11 jew kmieni fit-12 ta' Jannar inkunu nafu eżatt x'jippreferu l-għeruq tal-partit. Inċidentalment, jew forsi mhux inċidentalment, Fearne saħaq ukoll fuq il-kontinwità meta kien qiegħed f 'Ħal-Qormi, ftit wara li l-eks mexxej Laburista Alfred Sant appella wkoll biex it-triq il-ġdida ma titbiegħedx wisq minn dik ta' qabilha. B'dan nifhmu sejħa biex jinstab bilanċ bejn il- qadim u l-ġdid. Arja aktar ottimista Jekk nagħmlu paragun bejn l-attivitajiet ta' Fearne fiż-Żejtun u ta' Abela fir-Rialto, jinħass li fost dawk li qed jappoġġjaw lil Abela hemm aktar pożittività. U dan mhux biss fiċ-ċapċip u fil-ħeġġa li dawn qed juru imma, iktar min hekk, fil-kliem u fid-diskors. Ħafna minn dawk li tkellmu fl- attività ta' Abela tkellmu dwar dawk li jikkunsidraw bħala suċċessi tal-Gvern ta' Joseph Muscat. Dan jista' jkun ġej mill-fatt illi Abela huwa kelliem aħjar minn Fearne. Din is-sensazzjoni qed tinħass xorta waħda minkejja li diversi sondaġġi, fl-istess waqt, qed juru li Abela jinsab minn taħt. Din il-kważi ewforija tista' tmewwet is-serjetà tal-akkużi li nġiebu kontra l-aktar persuna b'saħħitha wara Joseph Muscat u turi, għaldaqstant, nuqqas ta' fehim tal-bżonn li jsiru ċerti bidliet radikali. Donnu Abela qed jagħti l-impressjoni li jrid jibdel xi affarijiet, imma żgur mhux fil-modi ta' kif jasal fid- destinazzjoni tiegħu. Pereżempju, fuq il-ħatra tal-ġudikanti jew tal-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Avukat Ġenerali. Fuq x'se jagħmel differenti fix-xandir nazzjonali. Fuq il-bidliet li qed jingħad li għandhom isiru fil-Kostituzzjoni ta' Malta. It-tqabbil ma' Muscat u l-lealtà Huwa ċar illi hemm tentattiv biex tissaħħaħ l-immaġini ta' Abela bħala xi ħadd li se jkompli fejn ħalla Muscat. Dan qed isir ukoll bit-tixbih bejn dawn it-tnejn. Shania Micallef, persuna LGBTIQ, f 'Bormla sostniet illi Abela se jkompli jmexxi bil-pożittività u li huwa l-istess tip ta' persuna bħal Joseph Muscat. Anke s-Sindku Bormliża Alison Zerafa Civelli, li tiġi wkoll oħt il-mara ta' Robert Abela, qalet li Abela "għandu l-kwalitajiet sbieħ ta' Muscat." Forsi dan it-tixbih ftit li xejn qed isir fuq in-naħa ta' Fearne. Terġa', Abela stess sostna li baqa' leali sal-aħħar sekonda. Interessanti li l-implikazzjoni sottili hawnhekk tista' tkun li mhux kulħadd għamel dan. L-għeruq tal-partit u l-Laburisti Żgur illi l-aktar punt li qed jittenna miż-żewġ kandidati jindirizza lill- attivisti Laburisti. Din l-istrateġija kienet effettiva meta kienet saret elezzjoni interna fost id-delegati. Kemm Fearne fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej, u kemm qabel u ħafna aktar id-Deputat Mexxej Chris Cardona, kienu kkampanjaw b'mod intensiv b'messaġġi lill-Laburisti mweġġgħa u lill-attivisti tal-partit li jħossuhom imwarrbin. Probabbilment dan sar minħabba bosta raġunijiet, però l-aktar minħabba l-perċezzjoni – li mhix bilfors hija ġġustifikata – li l-Gvern Laburista ma kienx "tal- Laburisti biżżejjed" u li kien hemm wisq votanti Nazzjonalisti li ngħataw promozzjonijiet u karigi għoljin. Robert Abela kellu bidu fjakk fil-kampanja tiegħu għat-tmexxija tal- Partit Laburista. Iżda donnu pprogressa malajr bl-għajta tal-onestà u tal- kontinwità. Il-Laburisti xi jridu? Bidla mill-qiegħ jew bidla kożmetika? Tgħid ġejja xi sorpriża nhar it-12 ta' Jannar?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020