Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483
07 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2019 fuq il-kontinwità. Ġejja xi sorpriża? Ġeneralment din tirrifletti ix- xewqa, ħafna drabi ġenwina, ta' diversi Laburisti għall-esklussività – jiġifieri li l-partit jibqa' tagħhom u li fi ħdanu jiġu kkunsidrati superjuri u l-ewwel prijorità. Hija wara kollox parti mill- istint uman li jappartieni lil grupp ta' twemmin li b'xi mod ikun differenti mill-bqija. Issa, aktar minn qatt qabel f 'dawn l-għaxar snin, fil-PL hemm is-sens ta' 'closing the ranks' u allura l-bżonn li l-partit u dawk li jiffurmaw parti minnu jingħataw il-kenn minn dan l-attakk, għad li dan f 'għajnejn ħafna mhuwiex iġġustifikat. Abela dan is-sentiment qiegħed jisfruttah sew. Kontinwament u f 'kull diskors qed jitkellem dwar il-Laburisti. "Meta kellna bżonn lilhom sibna" qal fir- Rialto. "Għax jekk ma nibżgħux għan- nies tagħna..." wissa Abela. Għamilha wkoll ċara li se jkompli jaħdem biex isaħħaħ il-ONE u ma jidhirx f 'burdata li jaħdem biex jingħalqu l-istazzjonijiet politiċi. Qal li dan għandu jsir għax il- partit qiegħed jaqla' ħasla wara l-oħra mill-mezzi tal-midja kollha l-oħra. M'hemmx xi ngħidu, dan l-argument jinjora għalkollox ir-realtajiet koroh tal-ġrajjiet ta' dawn l-aħħar ġimgħat. Imma bla dubji, dakinhar fir-Rialto, l-akbar sinjal ta' dan l-appell intbagħat mid-Deputat Silvio Parnis, li saħaq li "l-ewwel, it-tieni u t-tielet il-Laburist" quddiem folla nies iċċapċap. Fil-każ ta' Fearne u Cardona din l-istrateġija ħadmet tajjeb. Iżda din id-darba l-għażla se ssir minn eluf ta' membri li mhumiex delegati u allura f 'dar-rigward qajla nistgħu nagħmlu paraguni. U missieru ma jidher imkien! Jidher illi Abela s'issa rnexxielu jibda jinża' l-libsa tat-"tifel ta' George'. Filfatt il-President Emeritus George Abela f 'din il-kampanja mhu qed jidher imkien. Minkejja li b'missieru Robert aktarx m'għandux wisq telf, jibqa' l-fatt li huwa persuna b'aktar esperjenza u segwaċi minn ibnu u għaldaqstant jibqa' l-periklu li l-persuna ta' George Abela tista' tiddevja xi ftit l-attenzjoni minn fuqu u saħansitra titfgħu fid-dell tiegħu. It-tfal tal-politiċi xi ftit jew wisq dejjem jitqabblu ma' missierhom jew ma' ommhom. Dan il-paralleliżmu mhux dejjem jagħmlilhom ġid. Jekk xejn għax issib lil min jisħaq li l-iben qatt ma wasal fejn kien wasal il-missier. Tqabbil simili jsir fir-rigward ta' Beppe Fenech Adami u Mario de Marco, ġaladarba missierijiethom kienu t-tnejn parti mit-tmexxija li tat rebħiet kbar u storiċi lill-PN.