Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483
08 analiżi IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Bħal-lum ġimgħa l-Partit Laburista jkollu Mexxej ġdid u mbagħad fis-sigħat ta' wara r-rebbieħ jieħu l-ġurament bħala l-Prim Ministru l-ġdid ta' Malta. Għalhekk, u forsi it qed jimu dan, din mhijiex elezzjoni li għandha tinteressa biss lil-Laburisti għax hija elezzjoni ta' importanza nazzjonali. Minkejja dan it li xejn smajna dwarha. Issejħet ta' malajr fi żmien li ħadd ma jkollu aptit jisma' bil-politika, speċjalment wara xahar ta' riżenji, tensjoni u protesti. Terġa' u tgħid, din l-elezzjoni sfat fid-dell ta' bosta stejjer oħra dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, il-mowbajl mitluf u s-safra ta' Keith Schembri u l-arloġġ u l-inbejjed li rċieva Joseph Muscat. Wara dak kollu li l-pajjiż għadda minnu fl-aħħar ġimgħat konna nistennew kampanja li tagħti it tan-nifs u it tat-tama. Ngħiduha kif inhi, iż-żewġ kandidati, Chris Fearne u Robert Abela, fl-ewwel sigħat tal-kampanja offrew tama ġdida, anke b'uħud mill-proposti tagħhom u bid-dikjarazzjonijiet li għamlu dwar il-futur ta' Konrad Mizzi u tal-Kummissarju tal-Pulizija. Iżda kważi kważi xejnu kull interess u kull tama meta mal-ewwel opportunità dehru fuq il-palk ma' Joseph Muscat ixejru u jitgħannqu miegħu. Forsi għamlu dan għax għarfu li fil-votazzjoni tas-Sibt li ġej se tkun proprju l-kontinwità li se tħoll u torbot kollox. Abbli ma kellhomx tort sabarra. Il- Prim Ministru uxxenti għadu qed jagħti l-impressjoni li t-tluq tiegħu huwa normali u li f 'dan kollu ma hemm xejn ta' barra minn hawn. Hekk għamel fil-messaġġ tal-ewwel tas-sena. Rajna filmat miġbud f 'kamra mdawla – għall- kuntrarju tal-kamra mudlama li fiha ħabbar ir-riżenja tiegħu – b'messaġġ li pinġa kollox perfett u li xejn mhu xejn. Iżda jgħid x'jgħid Muscat l-aħbarijiet li ħarġu fl-aħħar ġimgħat huma serji ħafna, tant li tefgħu t-tmexxija tiegħu f 'dell permanenti. Jista' jgħid li ġie 'ttradut', iżda jibqa' l-fatt li baqa' sal- aħħar nett ma jitlobx ċerti riżenji, għax kull min irriżenja għamel dan minn jeddu. U billi baqa' ggranfat ma' Kastilja sal-aħħar sigħat influwenza wkoll it- tellieqa għall-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista. Minkejja l-wegħda ta' tmexxija ġdida u l-kummenti li għaddew fl-aħħar xahar, la Chris Fearne u lanqas Robert Abela ma ħarġu jikkundannaw b'saħħithom biżżejjed dak kollu li seħħ. Anzi, f 'kull opportunità li kellhom baqgħu jfaħħru lil Joseph Muscat. Forsi ma ttihomx tort lanqas. L-elezzjoni tagħhom tiddependi mill- membri tal-Partit Laburista u fosthom Muscat għadu jinżamm fuq pedistall. Ibda biex, minkejja kollox, Muscat jibqa' dak li rnexxielu jrebbaħ lill- Partit Laburista għaxar elezzjonijiet b'maġġoranzi rekord. La l-arloġġ u l-inbid ta' Yorgen Fenech u lanqas in- nuqqas ta' azzjoni tiegħu kontra Keith Schembri mhuma se jnessu dan kollu lill-Laburisti. Chris Fearne ilu jipprepara. Robert Abela seraqlu x-xena? Huwa sigriet magħruf li Chris Fearne ilu jaħdem għal dan il-mument. Jgħid x'jgħid, kien ilu jipprepara u jipprojetta l-immaġni ta' Prim Ministru. Qatt qabel ma kellna Deputat Prim Ministru li ftaħar daqstant li huwa d-Deputat Prim Ministru. Dan l-aħħar deher fil-faċċati ta' diversi rivisti, għamel użu tajjeb ħafna mill-midja soċjali anke permezz ta' filmati u bena reputazzjoni ta' persuna retta fix- xogħol tiegħu. Din il-ġimgħa saħansitra ppubblika ktieb 'Viżjoni ta' Nazzjon'. Ktieb bħal dak żgur ma tiktbux fi tliet ġimgħat. Fi ftit kliem, tul dawn l-aħħar xhur Fearne ħa ħsieb li jidher bħala l-Prim Ministru ideali. Kemm għadu jidher hekk naraw aktar 'il quddiem. Iżda mbagħad mix-xejn ġie Robert Abela b'kampanja elettorali moderna li kważi kważi tfakkar ħafna fil-kampanji u fl-immaġni ta' Joseph Muscat. Abela nieda l-kampanja elettorali tiegħu minn fuq podium, f 'filmat irrekordjat b'mod professjonali u bin-nies bilqiegħda warajh. Organizza diversi konferenzi f 'ambjenti differenti biex jispjega aħjar il-proposti tiegħu u lbieraħ organizza attività għall-familja kollha fl-istabbiliment Gianpula. Forsi għall-kuntrarju ta' Fearne, Abela kapaċi jwassal il-messaġġ tiegħu aħjar. Għandu l-kariżma. Dan kien rifless fil-partitarji li attendew għall- attivitajiet taż-żewġ kandidati. Dawk ta' Abela qed juru aktar entużjażmu minn dawk ta' Fearne. Chris Fearne, mill-banda l-oħra, għadu lura fl-użu tal-kommunikazzjoni. Ħdejn Joseph Muscat, oratur prim, Fearne lanqas biss jibda u kważi kważi jinstema' monotonu. Għażel ukoll kampanja aktar tradizzjonali li fiha l-attivitajiet ewlenin kienu diskussjonijiet politiċi taħt tinda f 'diversi bliet u rħula. Iżda Fearne ried joħroġ ukoll l-umanità tiegħu, xi ħaġa li Muscat kien iħobb jagħmel ukoll kull tant żmien. B'filmati qosra, Fearne wieġeb il- Min se jsajjar l-aħjar ir-riċetta It-taqtigħa bejn Fearne u Abela Iwegħdu tama ġdida iżda jibqgħu jiggranfaw ma' Joseph Muscat. Ftit jiem biss qabel il-membri tal-Partit Laburisti jibdew jivvotaw, il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn il-kampanji ta' Chris Fearne u Robert Abela