Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 mistoqsijiet kurjużi dwaru u dwar dak li jħobb jagħmel. Li hu żgur huwa li ż-żewġ kandidati għarfu jużaw sewwa il-midja soċjali. Jekk forsi minħabba l-festi tal-Milied it- televiżjoni ma tantx tahom spazju, xorta użaw il-paġni tal-Facebook tagħhom biex iwasslu ħafna mill-messaġġi. It-tnejn iqawwu qalb il-Laburisti Anke jekk is-sondaġġi wrew li l-Partit Laburista ma tilef xejn mill- popolarità tiegħu minkejja dak li ġara fl-aħħar ġimgħat, jibqa' l-fatt li fil-Partit Laburista diġà bdew jidhru l-ewwel xquq. Dan kemm minħabba dak li ġara fuq il-livell nazzjonali u kemm minħabba l-mod kif bdiet it-tellieqa għat-tmexxija tal-partit. Kien propju għalhekk li ż-żewġ kandidati ħassew il-bżonn li jqawwu qlub il-Laburisti. Nibdew bi Chris Fearne. Il-motto tiegħu: "Kburi Li Laburist. Kburi li Malti." Kważi kważi, insejna l-aħħar darba li Joseph Muscat għamel referenza għal- Laburisti. Dejjem tkellem fuq dan il- moviment li għaqqad lil kulħadd, anke lil dawk li qatt ma ħolmu li se jivvotaw Labour. Iżda Fearne beda bil-fatt li hu kburi li hu Laburist. Vera li qal dan quddiem l-udjenza tiegħu. Fl-aħħar mill-aħħar proprju lilha jrid biex ikun elett. Iżda Fearne għamel minn kollox biex jiġbed is-simpatija tal-Laburisti warajh, forsi anke għax miż-żewġ kandidati kien qed jidher l-aktar wieħed distakkat minn Joseph Muscat u għax ta x'wieħed jifhem li jekk isir Prim Ministru se jibdel ħafna affarijiet – xi ħaġa li forsi ma tinżilx tajjeb ma' kulħadd. Mill-banda l-oħra kien konxju li r-riċetta ta' Joseph Muscat (kif sejħitilha Michelle Muscat) ħadmet u għalhekk ikompli: "Kburi Li Malti." Jekk irid li jkollu s-suċċessi ta' Joseph Muscat, Fearne jeħtieġ iżomm lill-Partit Laburista bħala l-partit li jattira persuni ta' kull fehma politika. Robert Abela mill-bidu tal-kampanja elettorali tiegħu aktar ta l-impressjoni li jekk isir Prim Ministru se jaħdem favur il-kontinwità. "Flimkien 'il Quddiem," huwa l-motto tiegħu. Il- kelma "flimkien" hija b'saħħitha u tappella kemm għal-Laburisti u kemm għall-Maltin b'mod ġenerali. "Flimkien," għax kif għidna, fl-aħħar ġimgħat dehru diversi xquq fil-Partit Laburista. Il-Partit Laburista ma jistax jaffordja li ma jkunx magħqud. Din kienet l-aktar ħaġa li ddistingwietu mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin. "Flimkien," għax din kienet ir-riċetta ta' Joseph Muscat. Jekk il-Moviment ta' Muscat jintemm fit-12 ta' Jannar, il- maġġoranza se tibda titnaqqar. Huwa ċar li Abela jrid il-kontinwità. X'fettillu Chris Fearne? Aktar 'il fuq għidna li Chris Fearne beda din il-kampanja billi jixħet l-immaġni tas-suċċessur ideali ta' Joseph Muscat. Deher bħala bniedem rett u b'esperjenza. U anke jekk kien id-Deputat Prim Ministru ta' Muscat, xorta dejjem żamm id-distanza tiegħu. Jekk beda l-kampanja jgħid li ma jridx Chief of Staff u li ma jridx lil Konrad Mizzi fil-kabinett, Fearne donnu rrealizza li mhux il-Laburisti kollha jridu xi bidu ġdid. Anzi, hemm għadd ġmielu li jridu li l-kontinwità. Tgħid Fearne dan irrealizzah? Kien għalhekk li ħareġ b'ċerti stqarrijiet li sejħilhom tongue-in-cheek? Ried li jidher ħelu mal-Laburisti? F'nifs wieħed Fearne jgħid li jrid l-għaqda nazzjonali. Imbagħad f 'daqqa waħda joħroġ jgħid li jrid il- kliem "RIPN" fuq il-qabar tiegħu. "Ħalef " ukoll li sakemm idum ħaj in- Nazzjonalisti ma jerbħux il-Gvern. Waqgħetlu l-maskra jew sempliċiment ried jidher sabiħ? Robert Abela garanzija ta' kontinwità? Robert Abela wkoll beda jidher bħala xi ħadd li se joffri nifs u tama ġdida. Niakruh joħroġ kontra "l-patt imxajtan" li pprova jaqilgħu mill-ġirja għall-Mexxej Laburista. Madanakollu malajr biddel id-diska u beda jibbaża l-messaġġi tiegħu fuq il- kontinwità. Ftaħar bis-suċċessi tal-gvern ta' Muscat u bil-fatt li "sal-aħħar minuta" baqa' leali lejn Joseph Muscat. Baqa' jgħożż il-prinċipju tal-moviment u sa din il-ġimgħa stess enfasizza li l-għażla ta' nhar is-Sibt li ġej se tkun dwar il-futur tar-riċetta ta' Muscat. Il-konklużjoni hija waħda. Il- kontinwità se tkun kruċjali fil-votazzjoni tas-Sibt li ġej. Abela għaraf dan qabel Fearne. Ikunu kawti ħafna mill- ġurnalisti... Aktar 'il fuq għedt li din hija kampanja ta' importanza nazzjonali għax mhix biss kampanja għall-Mexxej Laburista ġdid iżda wkoll kampanja li se tagħtina Prim Ministru ġdid. Iż-żewġ kandidati tellgħu l-attivitajiet tagħhom u stiednu lill-ġurnalisti. Tawhom li l-ispazju tagħhom biex jistaqsu, iżda kienu kawti ħafna. Kien hemm mumenti fil-kampanja meta ppreferew li jżommu d-distanza u jgħidu dak li kellhom xi jgħidu f 'xi filmat irrekodjat jew inkella li jwieġbu biss il-mistoqsijiet ta' ġurnalisti magħżula. Il-kampanja elettorali għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista għadha friska f 'ħafna mħuħ. Kulħadd jiakarha. Kienet kampanja ħafna aktar miuħa. Kien hemm ħafna aktar opportunitajiet biex il-ġurnalisti jagħsru lill-kandidati. F'din t'issa kemm rajna intervisti maż- żewġ kandidati? Biss biss fl-oħra kienu saru żewġ dibattiti bejn l-ewwel erba' kandidati u dibattitu ieħor bejn Adrian Delia u Chris Said. L-ewwel darba li se naraw lil Fearne u lil Abela jiddibattu ras imb ras se tkun illejla. Ġurnalist magħżul se jistaqsi xi mistoqsijiet liż-żewġ kandidati. Tliet ġurnalisti oħra, fosthom l-editur ta' din il- gazzetta, intalbu jirrekordjaw mistoqsija waħda komuni għaż-żewġ kandidati. Mhux qed ngħid li l-kampanja għall- Kap tal-Partit Nazzjonalista ma kinitx importanti, altru minn hekk, iżda din id-darba għandna kampanja li se taħtar il-mexxej tal-Gvern u għalhekk wieħed kien jistenna li ż-żewġ kandidati jkunu aktar miuħa għall-ġurnalisti. Nittamaw li min bħal-lum ġimgħa jsir Prim Ministru ma jagħmilx bħal Joseph Muscat u saħansitra jiċċensura l-intervisti kollha mal-midja lokali. Aqra wkoll minn paġna 4 sa 7 ir-riċetta ta' Joseph Muscat?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020