Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 • illum ....tkompli minn paġna 1 L-attitudni ta' Abela – li din il-ħarġa analizzat f 'paġni 6 u 7 – jiġifieri dik li jkun iktar iebes mal-avversarju, iktar skjett dwar il-familja Caruana Galizia, iktar kritiku tal-midja u iktar ottimist dwar Joseph Muscat u l-legat tal-Gvern tiegħu qed tinżel għasel ma' bosta votanti Laburisti. Ir-rifjut tiegħu li jagħmel xi apoloġija lill-familja Caruana Galizia għax "l-Istat ma naqasx" tista' titqies minn bosta bħala pożizzjoni arroganti, iżda din niżlet tajjeb ħafna ma' diversi elementi fl-għeruq tal-parti li jħossu li l-familja tagħha tirrappreżenta l-antiteżi ta' dak kollu li jemmnu fih. Diversi attivisti, persuni fil- partit u osservaturi politiċi qed jinnotaw li Abela ħareġ ħafna iktar ippreparat, konċiż u kunfidenti minn Fearne, l-iżjed għax dan tal-aħħar qed isib ruħu f 'diffikultà biex iwassal il-messaġġ tiegħu. Minkejja li sa qabel il-Milied kien għadu lura ħafna fit-tiġrija issa jidher li Abela fl-aħħar ġimgħat qabad ritmu tajjeb u saħansitra ċekken qatigħ id- distakk bejnu u Fearne. X'qalu fuq Xarabank? Robert Abela Meta nhar il-Ġimgħa kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet fuq il-programm Xarabank Robert Abela stqarr li jekk ikun elett Prim Ministru mhux biħsiebu jitlob skuża lill-familja Caruana Galizia għax "l-Istat ma naqasx". "Għaliex għandi niskuża ruħi? Mela l-Istat naqas f 'xi ħaġa? L-Istat ta r-riżorsi kollha meħtieġa biex jissolva l-każ u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin," fakkar Abela. "Niem lit-tfal u lill-familja Caruana Galizia," qal qabel saħaq li min tassew naqas issa jrid iwieġeb. Dwar il-każ Egrant fakkar li ħareġ ċar li din ma kinitx tal-Prim Ministru. "Il-ħajja tal-politika tmur lil hinn mill-provi. Imma jekk hemm allegazzjonijiet oħrajn serji (fuq Egrant) m'għandu jkun hemm xejn xi jwaqqaf milli issir inkjesta. Imma ma nistgħux nibqgħu ninvestigaw l-istess allegazzjonijiet," sostna Abela. Rigward il-protesta ta' nhar il- Ħadd, li se ssir it qabel il-ħatra ta' Prim Ministru ġdid, Abela qal li minkejja li kulħadd għandu dritt jipprotesta f 'dan l-istadju din ma hemmx lokha. Mistoqsi jikkunsidrax li jinnomina lil Joseph Muscat bħala President tar-Repubblika huwa wieġeb li l-Prim Ministru ma tantx wera interess f 'din il- kariga. Qal ukoll li ma jagħtix każ tal-kamp politiku mnejn ikun ġej il-President, għax f 'dar-rigward l-importanti huwa li jkun kapaċi jgħaqqad. "Naturalment ma jien se neskludi lil ħadd, lanqas lil persuna Laburista," żied jgħid Abela fakkar li diġà tressqu xi nies il-Qorti fuq il-każ tal-iskandlu tax-xiri taż-żejt, imma saħaq ukoll li l-proċess miexi bil-mod wisq. "Kull każ ta' korruzzjoni għandu jkun investigat, kemm ta' qabel l-2013 u kemm dawk ta' wara," sostna Abela. Qal ukoll li biħsiebu jżomm l-iskema taċ-ċittadinanza għax din ħolqot ġid kbir. "Jekk hemm bżonn inżidu d-diliġenza nżiduha, anke jekk diġà hemm ħafna. Iżda l-programm taċ-ċittadinanza għandu jkompli." Abela stqarr ukoll li jaqbel mar- riklamazzjoni tal-art u fakkar li din mhix xi ħaġa ġdida għal pajjiżna. "Ir-riklamazzjoni mhix xi mostru, dejjem dment li tintuża tajjeb. Biss ma naqbilx, pirkażu, li din titħaddem biex jinbena bini għoli." Chris Fearne Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet fuq Xarabank Chris Fearne sostna li biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal- Pulizija u d-deċiżjoni tal-Kabinett li ma jerġax jevalwa t-talba ta' Yorgen Fenech għall-maħfra Presidenzjali. Ammetta li l-akbar żball tal- Gvern Laburista fl-aħħar snin kien li d-Deputati u l-Ministri – anke huwa stess – ma kinux b'saħħithom biżżejjed dwar il- kwistjoni tal-Panama Papers. Mistoqsi jiddispjaċihx li ddefenda lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi Fearne stqarr li "kollha kemm aħna u l-partit ma konniex iebsin biżżejjed fuq il- kwistjoni tal-Panama." Qal li jrid jara żieda fir-riżorsi tal-FIAU filwaqt li ħabbar li biħsiebu jagħtiha d-dritt li tinvestiga waħedha u li tgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija jew lill-Prosekutur Pubbliku biex dawn ikunu jistgħu jieħdu passi fejn meħtieġ. Fir-rigward tal-ħatra tal- President tar-Repubblika Fearne ma eskluda xejn anke jekk irrimarka li għadu jippreferi, almenu sa issa, li jżomm il-prassi li l-President ikun jappartieni lill- partit politiku li jaħtru. Dwar il-qtugħ reċenti fil- provvista tad-dawl Fearne qal illi li kieku smajna mill-Partit Nazzjonalista konna nibqgħu niddependu mill-interconnector u kien ikollna problema serja ħafna. Kwantu l-ħatriet tal-Ministri Fearne baqa' ma indika xejn biċ- ċar għajr il-possibbiltà li Robert Abela u Anton Refalo jingħataw Ministeru. F'dar-rigward ma qagħadx lura milli jidderskrivi lil Refalo bħala persuna "valida ħafna". Tajjeb li nfakkru li kienet proprju l-gazzetta ILLUM li żvelat li Refalo jista' jsib ruħu lura fil- Kabinett kemm-il darba jkun elett Fearne. Mistoqsi jekk hux biħsiebu jitlob skuża lill-familja Caruana Galizia, Fearne qal li jekk l-inkjesta pubblika ssib li saru xi nuqqasijiet mill-Gvern huwa lest jitlob skuża. Dwar l-immigrazzjoni Fearne sostna li mhix ħaġa li f 'pajjiżna jitħallew jidħlu immigranti li suppost jaqgħu taħt ir- responsabbiltà tal-Italja u saħaq li dwar din il-kwistjoni jrid jiaħ diskussjoni mal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifri ta' Abela m'għadhomx daqstant ħżiena u l-appoġġ għalih qiegħed żdied ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja li l-eks Ministru Konrad Mizzi qed jaħdem u jikkampanja qatigħ favur Chris Fearne u xi nies li jappoġġjawh saħansitra qed jaħdmu bla hedu fil- kwartieri tal-kampanja ta' Fearne f 'Ħal-Tarxien, mal-ILLUM Fearne reġa' ta dahru lil Mizzi. Minkejja li Fearne qal li Konrad Mizzi mhux se jingħata xi Ministeru jekk jinħatar Prim Ministru, din il-gazzetta staqsietu jekk hux biħsiebu jingaġġa lil Mizzi f 'xi kariga ta' tmexxija f 'xi entità pubblika u jekk iva, f 'liema entità. Dan staqsejnieh fid-dawl ta' xnigħat li qed jinxterdu fil-Partit Laburista li Mizzi se jingħata kariga ta' tmexxija f 'entità pubblika jekk Fearne ikun elett Mexxej Laburista u Prim Ministru. Żewġ sorsi fi ħdan il-Grupp Parlamentari semmew b'mod persistenti l-kariga ta' CEO tal-Air Malta. Madankollu ma' din il-gazzetta Fearne stqarr li ma kienx se jagħti kariga lil Konrad Mizzi, anke jekk f 'diskorsu ma kienx kategoriku. "M'għandi l-ebda kariga f 'moħħi għal Konrad Mizzi,"qalilna Fearne. Mizzi rriżenja it sigħat biss wara li kien irriżenja wkoll l-eks Chief of Staff fl- Uffiċċju tal-PM Keith Schembri. Flimkien ma' Schembri, Mizzi kien fetaħ kumpanija fil-Panama u spiċċa f 'kontroversji kbar minħabba li għamel dan f 'ġurisdizzjoni daqstant dubjuża. Minkejja dan, kuntrarjament għal Schembri, s'issa Mizzi la qatt kien interrogat mill-Pulizija u lanqas qatt issemma fix-xhieda tal-Qorti b'rabta mal- qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Min-naħa l-oħra, Mizzi għadu jingħata l-kredtu li kiseb riżultati pożittivi ħafna fl-Air Malta u fl-Enemalta. Din il-gazzetta staqsiet l-istess mistoqsija lill-kandidat l-ieħor għat- tmexxija tal-Partit Laburista, Robert Abela. Fit-tweġiba tiegħu dwar jekk jikkunsidrax jagħti lil Mizzi xi kariga f 'xi kumpanija statali Abela kien ċar: "Jiena m'għamilt ebda patt ma' Konrad Mizzi." Mill-ġdid, nhar il-Ġimgħa fuq Xarabank Abela eskluda b'mod assolut li Mizzi jkun fil-Kabinett tiegħu. 'Jiena m'għamiltx xi patt ma' Konrad Mizzi'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020