Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1201980
ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din kienet il-ġimgħa ta' Robert Abela u bla dubju l-ġimgħa illi matulha sirna nafu aħjar minn xiex hu magħmul Abela u x'tip ta' Prim Ministru jista' jkun. F'dan l-ispazju se nagħtu ħasra lejn il-formazzjoni tal-Kabinett tiegħu: l-aqwa deċiżjonijiet li ħa u deċiżjonijiet oħra li huma xi it jew wisq dubjużi jew inkella aħjar li għad iridu jkunu ġġudikati biż- żmien. Byron: Is-sorpriża Definittivament illi l-akbar sorpriża kienet dik li permezz tagħha Byron Camilleri se jsir il-Ministru tal-Intern, Ministeru li kien fl-għajn ta' ħafna kritika minħabba l-Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar. Il-kritika kienet ukoll dwar dak li deher bħala inazzjoni mill-Korp fuq rapporti mill-FIAU kontra Keith Schembri, Konrad Mizzi u anke Adrian Delia. Il-promozzjoni ta' Camilleri minn Whip għal Ministru tal- Intern, hija waħda kbira u se tpoġġi ħafna toqol fuq spallejh. Il-mistoqsija tibqa': jiflaħ għal din it-tagħbija? Minn barra u prima facie, Camilleri jidher onest u żgur li huwa nadif, politikament, tant li qatt ma qamu kontroversji jew saru allegazzjoniijiet serji fil- konfront tiegħu. Naturalment dan huwa bidu u se jkollu bżonn ukoll rieda qawwija biex jerġa' jrebbaħ il-fiduċja fil- Korp tal-Pulizija, jagħmel il- Korp aktar pro-attiv fejn jidħlu akkużi u rapporti, jiddeċiedi jew ikollu sehem qawwi fuq kif ikun maħtur Kummissarju tal-Pulizija u kif il-Korp tal-Pulizija se jtejjeb l-abbilitajiet komunikattivi tiegħu. Byron Camilleri mhuwiex l-eċċezzjoni, anzi huwa n-norma f 'din l-akbar bidla f 'Kabinett Laburista, għax jidher li Abela ried li jimla l-kabinett bil-ġenerazzjoni l-ġdida, il-ġenerazzjoni tiegħu. Aaron Farrugia: Ambizzjuż u nadif bi sfidi quddiemu Aaron Farrugia, ukoll politiku żagħżugħ u nadif, se jingħata Ministeru ieħor kbir ħafna u jaħraq. L-ambjent, l-Ippjanar u l-Bidla fil-Klima. L-ambjent huwa wieħed mis- suġġetti illi fih il-Gvern Laburista qala' ħafna kritika, minħabba politiki tal-Awtorità tal-Ippjanar li qajmu kontroversja bħal dik dwar bini abbandunat f 'żoni illi fihom ma jistax isir żvilupp (ODZ), kritika minħabba qtugħ ta' siġar u anke permessi u bini tiela' "kullimkien". Farrugia se jkollu jipprova jilħaq bilanċ delikat bejn realtajiet, bżonnijiet u aspettattivi differenti. Huwa pożittiv li d-dekasteri tal-ippjanar u l-ambjent tpoġġew flimkien, imma Farrugia se jkollu jibda jigdem u jieħu deċiżjonijiet malajr kemm jista' jkun għal titjib fl-ambjent urban, jekk irid verament ikun il-vuċi b'saħħitha li dan id-dekasteru għandu bżonn. Farrugia kien Ministru ġeneralment iktar 'low key', effettiv, ambizzjuż u li qagħad 'il bogħod mill-kontroversji. Silvio: wieħed mill-favoriti U finalment Silvio Schembri. Il- Ministru tal-Ekonomija u l-linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta żgur illi kien wieħed mill-favoriti biex jieħu Ministeru, l-aktar minħabba qafas legali uniku li jirregola l-Blockchain u s-servizzi tal-Crypto Currencies. Schembri huwa meqjus bħala persuna li jwettaq anke jekk għadu relattivament ġdid fil- Partit. Bla dubju, il-portafoll li se jkollu Schembri huwa wieħed kbir u pjuttost kruċjali għal Gvern li qabel kollox, għamel suċċessi kbar fl-ekonomija. Kwalunkwe tnaqqis, sa issa mhux previst, jaqa' fuq riġlejn Schembri issa. L-Air Malta jidher li bdiet it- triq tal-fejqan, għalkemm għad hemm xi jsir. Destin kważi marbut ma' tliet żgħażagħ F'kull wieħed minn dawn il- każi għad irridu naraw jekk hux se jsiru tibdiliet ukoll f 'nies li 06 analiżi IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 • illum Mob: 99862877/99471820 Jeħtieġu nies b'esperjenza biex jagħmlu xogħol ta' armar ta' shutter u benneja RIĊETTA ŻAGĦŻUGĦA, LI ĦALLIET XI FTIT TAL-QRUSA IL-KABINETT RISKJUŻA Il-Kabinett issa mħabbar. Iż-żgħażagħ li fuqhom se jidher illi se jiddependi s-suċċess. Dawk li ħadu promozzjoni u kien ħaqqhom u fuq kollox l-qrusa li Robert Abela jeħtieġ jieħu ħsieb jekk ma jridx inkwiet...