Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

02 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Cosmed Pharmacy, Ħamrun St. George's Pharmacy, Qormi St. Jude Pharmacy, Birkirkara Mayer Pharmacy, Msida J.V.'s Pharmacy, Swieqi Harley Pharmacy, Sliema Iklin Pharmacy, Iklin Grognet Pharmacy, Mosta El Medina Chemist, Qawra Brown's Paola Square Pharmacy Victory Pharmacy, Isla Milia's Pharmacy, Marsascala Gerada's Pharmacy, Żejtun Kristianne Pharmacy, Żurrieq Nova Pharmacy, Rabat Fontana Pharmacy, Fontana, Gozo Xagħra Pharmacy, Xagħra, Gozo MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Il-biċċa l-kbira msaħħab għall- ewwel, li jsir sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 3 jew 4 għall-ewwel, li jsir mill- Majjistral it-Tramuntana forza 4 jew 5 L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Sabiħ jew ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-possibilta' ta xi xita Viżibilità Tajba Riħ Nofsinhar għal-Lbiċ forza 3 li jsir mill-Punent forza 3 għal 4 sa filgħodu Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Ilbieraħ, fi stqarrija mill- Moviment Graffitti, intqal li l-Moviment kien iddiżappuntat li ma kienx hemm bidla fil- politika tal-pompi tal-petrol, minkejja li sentejn ilu, il- Ministru għall-Ambjent ta' dak iż-żmien José Herrera talab li jkun hemm bidla. Fi kliem Moviment Graffitti, "għaddew 737 jum minn meta tħabbar li din il-policy ta' erba' paġni kollox, kellha tiġi rriveduta." Kompliet tgħid li l-politika oriġinali tal-2015 kienet "qajmet kontroversja sħiħa minħabba li setgħet twassal għal abbużi u sfreġji ambjentali." Dan minħabba l-fatt li din il- policy tippermetti l-iżvilupp ta' pompi tal-petrol ġodda li d-daqs tagħhom jasal sa 3,000m² u li skontu, ħafna drabi jkunu jinkludu faċilitajiet oħra bħal servizzi ta' car wash, garaxx għat-tiswija tal-karozzi, ħwienet, ATM u kafetteriji. Moviment Graffitti kompla jgħid li waqt li l-awtoritajiet qed ikomplu jaċċettaw applikazzjonijiet għal pompi tal- petrol, l-awtoritajiet stess qed jippjanaw li naqilbu għal karozzi elettriċi. Semma wkoll il-fatt li skont l-abbozz tal-politika rriveduta, "ħafna mill-applikazzjonijiet pendenti jkunu rrifjutati għax mhumiex konformi mar- rekwiżiti l-ġodda." Sadanittant, il-ġimgħa li għaddiet, mal-gazzetta ILLUM, il-Ministru l-ġdid għall- Ambjent Aaron Farrugia qal li se jiftaħ konsultazzjoni dwar kwistjonijiet kontroversjali, fosthom il-pompi tal-petrol. Il-Moviment Graffitti fakkar fil-każ tal-pompa tal-petrol tas- Siġġiewi li sejjaħ bħala "assurda" dan għaliex qal li "l-hekk imsejħa 'rilokazzjoni' ta' din il-pompa hija assurda meta tqis li din ħa tkun 10 darbiet ikbar milli hi (minn 160m² għal 1600m²) fuq art agrikola ODZ biex tinkludi garaxx, uffiċċju, ħanut, car wash u ATM. L-art tagħmel parti minn Wied Xkora, li l-Awtorità tal-Ippjanar stess tinnota li jeħtieġ riġenerazzjoni." Kompla jgħid li skont l-abbozz tal-politika l-ġdida, din l-applikazzjoni kieku tiġi rrifjutata, u minħabba dan, qal li "huwa inevitabbli li nistaqsu x'inhi r-raġuni wara dan id- dewmien kollu u jekk dan hux qed isir biex jitħarsu l-interessi tal-ftit." Moviment Graffitti kkonkluda l-istqarrija billi esiġa li l-politika l-ġdida tkun approvata u implimentata minnufih. Moviment Graffitti ddiżapuntati bin-nuqqas ta' bidla fil-politika tal- pompi tal-petrol

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020