Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
12 intervista IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum 'Diġà hawn arja friska li neħħiet is-sħab YENDRICK CIOFFI Clayton Bartolo, wieħed mill-uċuħ ġodda tal-kabinett ta' Robert Abela. Huwa awditur u accountant u għandu f 'idejh Segretarjat Parlamentari importanti, jiġifieri dak għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali. Fl-ewwel intervista tiegħu ma' gazzetta lokali, l-ILLUM tistaqsih dwar il-prijoritajiet tiegħu, il-kabinett il-ġdid, is-sitwazzjoni fil-Grupp Parlamentari Laburista u l-kontroversja li spiċċa fiha meta ġie allegat li għamel kuntatt ma' Keith Schembri dakinhar tal-ġurament tal-Prim Ministru. Bartolo beda billi spjega li dan il-portafoll, sa it ilu kien jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru iżda issa ġie taħt il-Ministeru tal- Finanzi. Fi kliemu din kienet "mossa tajba u għaqlija" tal-Prim Ministru Roberta Abela u deċiżjoni li niżlet tajjeb mal-istakeholders fis- setturi li magħhom irid jaħdem. "Hemm diversi entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru u li huma regolatorji u allura huwa importanti li jkunu taħt il-Ministeru għall- Finanzi anke fid-dawl tal-liġijiet li daħlu u li deħlin biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus," saħaq Bartolo. "Dawn l-entitajiet se jgħinu lill- Ministeru għall-Finanzi biex isaħħaħ ir-reġim regolatorju. Dawn l-entitajiet regolatorji jridu jimbuttaw il-pajjiżna 'l quddiem." Bħala eżempju semma l-kumpaniji li jaħdmu fis-settur tal-gaming u insista li l-pajjiż irid jikkonvinċihom jibqgħu hawn għax il-pajjiż ikollu l-aqwa regolatur. "Jekk dan se jmur pajjiż ieħor mhux se jsib regolatur li aħna għandna hawnhekk," saħaq is-Segretarju Parlamentari waqt li faħħar ix- xogħol li twettaq l-Awtorità Maltija dwar il- Logħob (MGA). Tkellem dwar setturi oħra, fosthom dak finanzjarju li huwa importanti ħafna għall- ekonomija Maltija u insista li waħda mill- prijoritajiet tiegħu huwa li jsaħħaħ dan is- settur biex jibqa' joffri impjiegi ta' kwalità għal ħafna Maltin, partikolarment żgħażagħ. 'Irridu niddiversifikaw l-ekonomija tal-pajjiż' Taħt il-portafoll tiegħu taqa' wkoll l-ekonomija diġitali u marbuta magħha l-innovazzjoni. Fi kliemu, dan huwa importanti għax dik hija t-triq 'il quddiem biex il-pajjiż jiddiversifika l-ekonomija tiegħu. "Tlaqna minn ekonomija militari, aħna għat-turiżmu u l-manifattura ... issa rridu nħarsu 'l quddiem biex inkomplu niddiversifikaw, lil hinn mis-servizzi finanzjarji u mill-gaming biex jekk jinqala' xi ħaġa f 'dawk is-setturi, ikollna setturi oħra li nistgħu nserrħu fuqhom," saħaq Bartolo, waqt li semma setturi bħall-AI, il-blockchain, il-cryptocurrency u niċeċ oħra ġodda bħalma huma r-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Quantum Technology u oħrajn. Iżda jibqa' l-fatt li n-nies it li xejn jimu x'inhuma dawn it-teknoloġiji u wisq inqas kif l-ekonomija tista' tgawdi minnha. Fi kliemu, filwaqt li aħna mdorrija bl-ekonomija tal-id, li tibqa' importanti, l-ekonomija diġitali hija n-naħa l-oħra tal-ispettru għax filwaqt li hemm ħafna nies warajha, minn madwar id- dinja, mhijiex daqshekk tanġibbli. "Hija teknoloġija bbażata l-aktar fuq is-servizzi u li kapaċi toffri soluzzjonijiet fejn forsi qabel ma kinux jeżistu," insista Bartolo. Eżempju ta' dan hija t-teknoloġija tal-blockchain fejn f 'din is-sistema hemm nies minn madwar id-dinja kollha li qed jirrekordjaw dak li qed jiġri. Hija teknoloġija li diġà qed tintuża fil- qasam tal-edukazzjoni u tista' tintuża f 'oqsma oħra bħall-akkomodazzjoni jiġifieri r-reġistrazzjoni tal-kuntratti, tat-trasport etċ. "Kull fejn għandek reġistru jew liċenzji din tista' tintuża," spjega Bartolo. Insista li 'l quddiem din tista' tintuża wkoll fil-qasam tal-kannabis medika, fejn minħabba li hemm track-record ta' dak kollu li qed jiġri, il-pazjent, pereżempju, jista' jiem minn fejn bdiet il-mediċina, kif ġiet żvillupata sakemm waslet għandu. 'Fil-gaming hemm 730 post tax-xogħol vakanti ... irrid li jimlewhom il-Maltin' Komplejna nitkellmu dwar il-ħolqien tal- impjiegi u stqarr mal-ILLUM li fis-settur tal-gaming biss hemm 730 post tax-xogħol li huma vakanti. Kien hawn li staqsejna lil Bartolo jekk jaħsibx li s-sistema edukattiva f 'Malta qed tipprepara biżżejjed studenti biex jaħdmu f 'dawn is-setturi ġodda. "Le ma naħsibx li sal-lum qed nippreparaw biżżejjed studenti li għandna bżonn f 'dan is-settur. Irridu nħeġġu aktar żgħażagħ biex jagħżlu dan it-tip ta' suġġetti... Wasal iż-żmien li naraw li l-edukazzjoni tagħna tibda tħares lejn dawn is-setturi ġodda u naraw li dawn verament qed joffru opportunitajiet ta' xogħol liż-żgħażagħ, b'pagi li huma tajbin ħafna," saħaq Bartolo. "Mhi x ċajta li fil-gaming irridu nimlew 730 post tax-xogħol. Jiena ngħidlek li ma hawnx nies biex nimlewhom. Jekk ma hawnx irridu nġibu n-nies minn barra għax il-kumpaniji jridu jaħdmu. Jiena rridhom isibu lill-Maltin." Fil-fatt insista li din hija waħda mill-isfidi li jrid jindirizza, anke b'kollaborazzjoni mal- Ministeru għall-Edukazzjoni. "Ma rridx li dawn il-pagi tajbin jeħduhom biss impjegati barranin. Jiena rrid nara żgħażagħ Maltin jimxu 'l quddiem u fi żmien għaxar, ħmistax- il sena jkunu qed imexxu dawn il-kumpaniji l-Maltin." Kien hawn li waqt li qed nitkellmu fuq dawn is-setturi ġodda, is-Segretarju Parlamentari insista li jrid jara lil dan is-settur jgħolli r-reputazzjoni tal-pajjiż u mhux bil-kontra. "Ma narax is-settur tal-gaming bħala wieħed maħmuġ. Anzi jiena rrid li nużaw dawn l-oqsma biex insaħħu r-reputazzjoni tal-pajjiż." Reputazzjoni: 'Diġà hawn arja friska li neħħiet is-sħab minn fuq pajjiżna' Hawn waqqau biex nistaqsih jekk jaħsibx li dak kollu li għadda minnu l-pajjiż fl-aħħar ġimgħat tappanx ir-reputazzjoni tal-pajjiż u jekk is-settur finanzjarju hux jitħasseb dwar dan. "Ma tistax ma tinwetanix. Bdejna laqgħat kemm jiena u anke l-Ministru Edward Scicluna (li insista li diġà bnew relazzjoni tajba bejniethom) mal-istakeholders, l-entitajiet u l-awtoritajiet u kollha kemm huma qalulna l-istess ħaġa: Id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill- Prim Ministru Robert Abela qed jawguraw tajjeb għall-futur; Il-ħatra tal-kabinett, ir- riżenja tal-kummissarju, il-metodu li bih se jkun appuntat il-Kummissarju l-ġdid," insista Bartolo. Ma waqafx hawn. Fi kliemu stess: "Diġà qiesu hawn dik l-arja friska li naddfet dak kollu li kien hawn qabel, neħħiet is-sħab minn fuq pajjiżna u issa huwa ż-żmien li nimirħu 'l barra mill-pajjiż u ma nibżgħux nitkellmu," insista Bartolo. Iżda ma stajtx ma nistaqsihx. Dawn il-passi ma setgħux saru qabel? Ma stajtux titkellmu qabel? "Wara kulħadd huwa għaref. Mhux se nidħol fl-argument ta' x'seta' kien u x'ma ġarax u għaliex ma ġarax ... jiena mdorri li ladarba ddeċidejt inħares u nimxi 'l quddiem. Id-deċiżjonijiet ittieħdu u ma għandix dubju li jekk ikun hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet oħra se jittieħdu, għax il-PM diġà wera l-livell ogħli ta' etika li bih irridu nimxu," wieġeb is- Segretarju Parlamentari. Kompla jisħaq li ħafna mill-affarijiet li jdejqu lin-nies fis-settur tiegħu huwa meta għandek Gvern li ma jiddeċidix. "Meta Gvern ma jiddeċidix ikun qed iwaħħal is- settur kollu. Ladarba għandna Gvern li qed jiddeċiedi, is-settur għandu s-serħan tal- moħħ li jekk tinqala' kwistjoni, il-Gvern u l-Prim Ministru mhux se jiddejqu jaġixxu," saħaq Bartolo. 'Dan mhux reshuffle. Dan huwa kabinett ġdid' Kien hawn li hu stess fakkar kif il-kabinett Fl-ewwel intervista tiegħu bħala Segretarju Parlamentari, Clayton Bartolo, wieħed mill-uċuħ ġodda tal-kabinett jitkellem dwar il-prijoritajiet tiegħu, l-isfidi li jrid jindirizza, il-kabinett, is-sitwazzjoni fil-Grupp Parlamentari u l-kontroversja li spiċċa fiha wara l-allegazzjoni li għamel kuntatt ma' Keith Schembri waqt il-ġurament tal-Prim Ministru