Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
13 intervista illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 is-sħab minn fuq pajjiżna' huwa magħmul minn uċuħ u ideat ġodda iżda fih ukoll il-veterani li għandhom l-esperjenza. "Bejniethom dawn kapaċi jwasslu riżultati effettivi u effiċjenti," kompla Bartolo. Fi kliemu, il-kabinett il- ġdid huwa prova ta' kemm Robert Abela qiegħed iħares għall-quddiem u ta' kemm irid jaħdem qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss. "Għażel li jagħmel kabinett li fuq banda għandu l-esperjenza u mill-banda l-oħra jkun hemm it-tibdil u t-tiġdid. Jiena dan mhux qed insejjaħlu reshuffle. Għalija dan huwa kabinett ġdid. Qisu kien hemm elezzjoni ġenerali. Dan huwa s-sentiment tan-nies," insista Bartolo. Imma kulħadd wara Robert Abela? Staqsejtu dwar is-sitwazzjoni fil-kabinett. Fih hemm Chris Fearne li kkontesta kontra Robert Abela u Ministri li kkampanjaw favur id-Deputat Prim Ministru. Minkejja dan, fi kliem Bartolo, fil-kabinett hemm "armonija" u r-rieda li wieħed jaħdem. Waqt li fakkar li hu u membri oħra tal- kabinett kienu fuq il-backbench, appella biex din ma tingħata qatt il-ġenb. "Fil- Parlament, in-nies li jkunu fuq il-backbench jagħmlu ħafna xogħol." Bħalma hu tela' fil-kabinett, kien hemm min niżel, inkluż Chris Cardona li qal li kienet għażla tiegħu u Joe Mizzi. Possibbli ma hemmx xi it ta' qrusa? "Id-deċiżjonijiet ittieħdu fl-aħjar interess tal-pajjiż. Wara biss it jiem in-nies indunaw li d-deċiżjonijiet li ħa l-PM kienu għall-aħjar. Meta tiddeċiedi qatt ma tiddeċiedi biex togħġob lil kulħadd. "Imma kulħadd huwa wara Robert Abela?" staqsejtu. "Dan għalija huwa rrilevanti," wieġeb. "Li huwa importanti huwa l-fatt li l-PM għamilha ċara fl-ewwel diskors tiegħu li jekk hemm min għadu mhux konvint minnu, lest jiġri warajhom biex jikkonvinċihom. Nemmen li Robert kapaċi jikkonvinċi anke lil dawk li sal-lum forsi għadhom xettiċi." Qal biss li l-Partit Laburista, bil-kabinett u l-Grupp Parlamentari jinsab magħqud b'mod assolut. "Ma stennejtx li se nkunu magħqudin daqshekk malajr," saħaq Bartolo waqt li fakkar fl-ewwel attività tal- Mexxej il-ġdid fil-padiljun sportiv ta' Raħal Ġdid. 'Ma għandniex inħarsu biċ-ċira lejn Chris Fearne u min ħadem għalih' Iżda fakkartu li għall-ewwel diskors ma kienx hemm nies bħal Chris Fearne. "Iva. Ma kienx hemm. Hija għażla tiegħu iżda ma jfissirx li għandna nħarsu biċ-ċira lejn Chris Fearne jew in-nies li ħadmu għalih," insista Bartolo. Komplejt nistaqsih jekk kienx ikun aktar għaqli kieku Ministri u Deputati qagħdu aktar lura milli jappoġġjaw kandidat jew ieħor. "Kulħadd għamel kif ħass hu. Inkluż jien. Tkellimt f 'taż-żewġ kandidati. Iżda mbagħad indirizzajt l-aħħar attività ta' Robert Abela," fakkar Bartolo. "Sinċerament ma jiddisjpaċinix. Jiena mort fl-attivitajiet tat-tnejn. Tkellimt. It-tnejn għandhom it- tajjeb tagħhom u ħadd mhu perfett," kompla jisħaq waqt li faħħar xogħol Chris Fearne fosthom il-liġi tal-IVF. "Fadallu ħafna x'joffri. Qed nieħu gost narah jiddiskuti mal-PM u mal-bqija tal-kabinett." Robert liberu b'Joseph bilqiegħda warajh? Is-Segretarju Parlamentari semma kemm-il darba li fejn hemm bżonn tibdil dan se jseħħ. Staqsejtu jekk il-fatt li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat baqa' backbencher jistax iżomm lil Abela milli jieħu ċertu deċiżjonijiet li jeħtieġ jittieħdu, għax wara kollox il-Gvern kemm-il darba qal l-istess fuq Simon Busuttil għax baqa' fil-Parlament. "Joseph Muscat aċċetta lil Robert Abela bħala l-Mexxej tiegħu. Simon Busuttil ma aċċettax lil Adrian Delia bħala l-Kap tal- Partit Nazzjonalista ... Joseph Muscat diġà għamilha ċara. Resaq kemm jista' jkun lura biex iħalli lil Robert Abela jiddeċiedi," insista Bartolo. "Joseph Muscat huwa wieħed minnha. Milqugħ fil-Grupp Parlamentari." 'Lil Keith Schembri ma kellimtu fl-ebda ħin' Clayton Bartolo spiċċa wkoll f 'nofs kontroversja meta d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi xerred screenshot tal-app Signal, li fiha Clayton Bartolo deher online fl-istess ħin li kien online l-eks Chief of Staff Keith Schembri. Staqsejtu jekk hux vera tkellem ma' Keith Schembri. "Jiena lil Keith Schembri ma kellimtu fl-ebda ħin. Lanqas niakar meta l-aħħar kellimtu. Ilu it mhux ħażin," insista Bartolo waqt li insista li niżżel l-app Signal dakinhar stess u ma kellux idea kif jużaha. Insista li ħassarha meta nduna li l-app tixbah ħafna lil WhatsApp. Insista li din kienet biss kwistjoni ta' "setting" u filwaqt li kien hemm min rahom online fl-istess ħin, hemm min rahom f 'ħinijiet differenti. "Hemm spjegazzjoni teknika," insista Bartolo. "Nixtieq li tal-inqas Jason Azzopardi jiċċekja l-fatti. Bħalma jiena ma nafx kif jaħdem, lanqas hu ma jaf." 'Ma hemm l-ebda ħsieb dwar elezzjoni ġenerali' Hawn min qed jisħaq ukoll li Robert Abela ma jdumx ma jsejjaħ elezzjoni, biex hekk apparti l-fiduċja tal-membri tal-PL, ikollu wkoll il-fiduċja tal-poplu, fi żmien meta l-Oppożizzjoni it li xejn għandha ċans tirkupra. X'jaħseb Bartolo dwar dan? "Dan huwa Gvern li għandu l-akbar mandat fl-istorja. Gvern li għandu programm elettorali xi jwettaq. Dik il- maġġoranza għadha hemm illum," saħaq Bartolo. Iżda ma jaħsibx li dan għadu l-Gvern ta' Joseph Muscat? "Dan huwa l-Gvern Laburista, elett bil-mandat elettorali l-Aqwa Żmien. Dan huwa programm elettorali ambizzjuż ħafna, biex inwettquh fadlilna ħafna xogħol ... ma hemm l-ebda ħsieb fuq elezzjonijiet ġenerali," temm jgħid Bartolo.