Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 NADER KABAR Nhar il-Ġimgħa, is-Sovraintendenza tas- Saħħa Pubblika ħabbret li hi kienet qed tissorvelja s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa fil-każijiet tal-polmonite fil-belt ta' Wuhan fiċ-Ċina. Hi ħabbret ukoll li qed tagħti kas il-parir tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u ċ-Ċentru Ewropew għall- Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). Skont awtoritajiet Ċiniżi, dawn il-każijiet huma tip ġdid ta' conoravirus, li huma relatati mas-SARS u l-MERS. S'issa madwar 500 każ kienu rrappurtati f 'numru ta' pajjiżi madwar id-dinja, fosthom Franza, il-Ġappun u l-Istati Uniti. Bejn it-22 u t-23 ta' Jannar, il-WHO sejħet għall-pajjiżi kollha biex jippjanaw biex jikkumbattu t-tixrid tal-mard tal-coronavirus. Minkejja dan, l-WHO ma ssuġġeritx restrizzjonijiet ta' vjaġġar. Is-Sovratendenza tas-Saħħa Pubblika ħabbret numru ta' prekawzjonijiet li se tieħu Malta fir-rigward tal-coronavirus, dawn huma: • Tim għall-kordinazzjoni għar-rispons nazzjonali ġie mwaqqaf u mmexxi mis-Sovratendenza tas-Saħħa Pubblika. • Komunikazzjoni kontinwa bejn l-WHO, ECDC u l-Kumitat għas- Sigurtà tas-Saħħa tal-UE. Il- Kunsill Ewropew qed jorganizza telekonferenzi regolari mal-Istati Membri fejn l-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika f 'Malta qed jieħdu sehem biex jirċievu aġġornamenti u pariri fuq azzjonijiet li jridu jittieħdu. • Titjib fis-sorveljanza u effiċjenza għat- tfittxija tal-każijiet. • Komunikazzjoni mal-midja, pariri għall-kliniċisti u pariri għall- vjaġġaturi. • Iktar effiċjenza fl-Isptar ta' Mater Dei flimkien ma' Organizzazzjoni tal-Kura Primarja ta' testijiet tal-laboratorju permezz ta' strateġija koordinata ma' laboratorji barranin u testijiet lokali, miżuri ta' kontroll fir-rigward tal-infezzjonijiet u effiċjenza mill- isptarijiet fil-każ ta' każ suspettat. • Vjaġġaturi għandhom : I. Jevitaw li jżuru postijiet fejn annimali ħajjin jew mejtin huma miżmumin f 'postijiet magħluqa II. Jevitaw kuntatt ma' persuni morda, b'mod partikolari dawk li għandhom problemi respiratorji. III. Jipprattikaw iġene tajba. IV. Jevitaw kuntatt mal-annimali, l-eskrementi jew il-ħmieġ tagħhom. Vjaġġaturi b'sintomi respiratorji mhux tas-soltu fi żmien 14-il jum mid-data li żaru l-belt ta' Wuhan, qed jingħataw il-parir li jkellmu lit-tabib tagħhom u jinfurmaw bil- vjaġġ lejn Wuhan u jikkomunikaw mal-Unit tal-Prevenzjoni u l-Kontroll ta' Mard fuq in- numru 21324086. Minħabba r-rata għolja ta' epidemja ta' influwenza staġjonali fiċ-Ċina, il-vjaġġaturi huma mwissija biex jirċievu t-tilqim kontra l-influwenza staġjonali mill-inqas ġimagħtejn qabel l-ivjaġġar biex jiġi evitat mard qalil. Xi prekawzjonijiet qed tieħu Malta fil-każ tal-coronavirus?