Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 sport illum • IL-ĦADD 26 ta' Jannar 2020 jegħlibni, kont inkun biss tellief jarani nitlef' X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? L-iktar ħaġa importanti hija illi dak li tagħmel, tagħmlu b'passjoni, dedikazzjoni u determinazzjoni. Jekk ikollok dawn it-tliet elementi, tkun lest li tagħmel kollox u s-sagrfiċċji, tibda tikkunsidrahom minimi. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Nirringrazzja minn hawn lil min iħaddimni għax insib sapport kbir mingħandhom. Kieku ma jkollokx l-għajnuna tagħhom, tkun iktar diffiċli biex tlaħħaq. Biddilt il-ħinijiet tiegħi tax-xogħol, fejn issa nibda fis-sebgħa ta' filgħodu, biex inkun nista' naħdem it-tmien sigħat u nlaħħaq mat-taħriġ li jibda fit-3.30pm. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Ninsab kunfidenti fl-abiltajiet tiegħi. Ninsab iktar determinat li nikseb ix- xewqiet tiegħi fil-futbol, speċjalment li nirrapreżenta n-Nazzjonal tal-kbar u nirbaħ l-unuri mat-tim ta' Balzan. Is-Sentejn li għamilt sospiż ma kienu xejn faċli, però xejn ma jaqtagħli qalbi. Illum il-ġurnata, erġajt qed inkompli fejn ħallejt u nemmen li se nasal għal dak li vera nixtieq hekk kif inkompli nagħmel dak li nħobb. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi huwa li jagħmlu dak li jħobbu bit-tliet affarijiet li semmejt iktar kmieni f 'din l-intervista, b'passjoni, dedikazzjoni u determinazzjoni. B'dawn it-tliet ingredjenti, huma jkunu fit-triq it-tajba biex jiksbu l-għanijiet tagħhom. Ġej żmien tajjeb għalihom hekk kif milli qed jidher, l-MFA lesta tinvesti fi tfal u żgħażagħ fix-xena tal- futbol lokali u għandha ideat tajbin. Għandhom iċ-ċans li jkunu huma li jibdew jiktbu l-istorja ta' pajjiżna fil- futbol, u dak ikun suċċess fih innifsu. Batejt, bkejt, tkissirt għal ftit żmien, tfarrakt mentalment però l-importanti li meta wasal iż-żmien biex negħleb din in- negattività kollha, flimkien mal-appoġġ li kelli, xammart il-kmiem u bdejt il-ħidma tiegħi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020