Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
32 aħbarjiet IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum Michelle Muscat, mart l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista kienet fost dawk illi attivament appoġġjaw u ħadmu favur il-kandidatura ta' Robert Abela, tinsab infurmata din il-gazzetta. Minkejja li Joseph Muscat, kif mistenni qagħad lura, martu kienet qed tikkomunika ma' bosta persuni, b'diversi modi fosthom messaġġi, biex tħeġġeġ lill-membri jivvutaw lil Abela. Ma kinitx biss Muscat fil-fatt. Anke persuni qrib ħafna tagħha kienu qed jaħdmu attivament, imma mhux uffiċjalment, għal Abela. L-appoġġ ta' mart l-eks Prim Ministru seta' kien wieħed mill-fatturi li wasslu għal rebħa mhux mistennija minn Abela, li fil-bidu ta' kampanja qasira għal Mexxej Laburista ġdid deher li se jkollu kampanja pjuttost dgħajfa. Minkejja dan fit-tieni nofs, il-kampanja ta' Abela ħadet spinta enormi, mhux biss fis-sens ta' appoġġ imma speċjalment fir-rigward ta' immaġini. Mhux sorpriża li ħafna minn dawk li kienu jfasslu l-kampanji ta' Joseph Muscat fasslu t-tieni nofs tal- kampanja ta' Robert Abela, li kulma jmur iktar bdiet tixbah kampanja ta' Muscat innifsu. Minkejja l-wegħda ta' kontinwità Abela qed jieħu deċiżjonijiet pjuttost radikali biex jitneħħew ċerta nies u jsiru bidliet. Din il-gazzetta tagħti ħarsa lejn uħud mill-ewwel deċiżjonijiiet ta' Abela u l-aspetti pożittivi u negattivi f 'paġni 10 u 11. Michelle Muscat b'appoġġ attiv lil Abela waqt il-kampanja Ilbieraħ filgħodu nfetħet uffiċjalment ir-residenza 'Marvelli', li se tkun qed tilqa' żgħażagħ bla dar u eventwalment tgħinhom jiksbu indipendenza fuq medda ta' żmien. Dan huwa b'hekk kunċett ferm proattiv u li jgħin lil dawn iż-żgħażagħ jibnu ħajjithom mill-ġdid. Se jingħata wkoll servizz ta' mentoring, biex b'hekk dawn il-persuni jidħlu fid-dinja tax- xogħol jew inkella lura fis- sistema edukattiva. Din ir-residenza ġiet inawgurata fil-preżenza tal- Arċisqof Charles Scicluna u l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon. Falzon stqarr li dan il-ehim soċjali huwa l-ewwel wieħed għal din is-sena, u li huwa xhieda tas-sinerġija li teżisiti bejn l-istat u l-Knisja. Hu qal li jiem l-impenn kbir li l-għaqdiet non-governattivi jagħtu lil nies fil-bżonn, jispikkaw fosthom għaqdiet tal-Knisja, li fil- fatt huma l-maġġoranza tal- ehimiet soċjali li hemm fil- preżent. Is-siġill ta' dan il-ehim se jfisser li l-Gvern se joħroġ l-allokazzjoni ta' €70,000 fuq perjodu ta' tliet snin. Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof faħħar is-sehem ta' dawk kollha involuti f 'dan il-proġett u tenna li l-knisja se tkompli taħdem mill-qrib mal-istat fl-aqwa interess tal-komunità. Fil-preżent, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat- Tfal u Solidarjetà Soċjali, għandu 44 ehim soċjali ma' organizzazzjonijiet u entitajiet soċjali, b'allokazzjoni ta' €17-il miljun ewro. Dan il-proġett soċjali innovattiv se jkun immexxi minn tliet għaqdiet volontarji: il- Federazzjoni Nazzjonali tal-Past Pupils u Ħbieb ta' Dun Bosco, l-Assoċjazzjoni Maltija tal- Ordni ta' Malta u Dar Osanna Pia. L-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali se tkun qed tassigura li s-servizz mogħti huwa skont l-istandars stabbiliti. Il-Ministeru għall- Familja għandu 44 ftehim soċjali ma' organizzazzjonijiet u entitajiet soċjali, b'allokazzjoni ta' €17- il miljun ewro Marvelli: Tinfetaħ residenza għal żgħażagħ bla dar