Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 aħbarjiet IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum Identity Malta Agency & the Malta Business Registry would like to inform the general public that as from 3rd February 2020; i. all new applications pertaining to registration of foundations and associations as legal persons in terms of the Second Schedule to the Civil Code; and ii. the submission of information pertaining to the Register of Beneficial Owners in terms of Civil Code (Second Schedule) (Register of Beneficial Owners – Foundations) Regulations and Civil Code (Second Schedule) (Register of Beneficial Owners – Associations) Regulations, shall be delivered to the Malta Business Registry, AM Business Centre, Triq il-Labour, Żejtun, ZTN 2401. The new contact persons are Dr Geraldine Spiteri Lucas and Dr Maria Schembri who can be reached on +356 2258 2300 or by email on foundations.associations@mbr.mt Any other documents relating to foundations and associations should continue to be submitted to Evans Building, Valletta, until further notice. 'Bil-kampanji edukattivi biss m'aħniex se naslu ... jeħtieġ li jiżdied l-infurzar b'mod drastiku' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-Ministru tat-Turiżmu l-ġdida x'se tagħmel fuq l-indafa fil-pajjiż, il-proġetti li trid timbarka fuqhom u l-prijoritajiet ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fi tweġibiet li tat lil din il- gazzetta l-Ministru l-ġdid tat- Turiżmu Julia Farrugia Portelli sostniet illi hija inkwetata u mhux it dwar l-indafa, jew in- nuqqas tagħha, fil-pajjiż. Fil- fatt hi sostniet illi bil-kampanji edukattivi biss m'aħniex se naslu. "Inħoss li rridu nintroduċu iktar kampanji edukattivi mhux biss fl-iskejjel iżda wkoll għaċ- ċittadini fil-lokalitajiet biex inwasslu l-messaġġ li meta qed tinżamm l-indafa mhux biss se jkollok post estetikament nadif imma wkoll se jiġu eliminati problemi oħra fosthom ta' mard. Nemmen iżda," kompliet issostni, "li bil-kampanji edukattivi biss m'aħniex se naslu. Għaldaqstant jeħtieġ li jiżdied l-infurzar b'mod drastiku u tiżdied il-preżenza tal-green wardens fil-lokalitajiet tagħna." Hija faħħret lil Deo Debattista għax-xogħol li għamel u li għadu qed jagħmel f 'dan is-settur li issa jaqa' taħt il-Minister tagħha. "Inħoss li issa rridu nitilgħu t-tarġa li jmiss. Nemmen li rridu nibdew nindirizzaw din l-isfida fuq livell nazzjonali. Dan għaliex jekk kull lokalità tagħmel il-parti tagħha jkun l-ewwel pass biex ikollna lil pajjiżna aktar nadif," qalet Farrugia Portelli. 'Bdejt u għadni qed niltaqa' mal- istakeholders' Il-gazzetta ILLUM staqsiet ukoll lil Farrugia Portelli x'se jkunu l-ewwel prijoritajiet tagħha bħala Ministru. Tibda billi tfakkar illi l-qasam jiddependi ħafna mill-ħidma konġunta ta' ħafna stakeholders. "Diġà bdejt u għadni qed niltaqa' mal-istakeholders fil- qasam turistiku sabiex inkun nista' niem aħjar l-isfidi tagħhom u fejn wieħed jixtieq jasal. B'hekk filwaqt li nsaħħu fejn diġà huwa tajjeb nixtieq li nesploraw niċeċ ġodda li bihom pajjiżna jkompli jattira lejh iżjed turisti." L-industrija tal-films: se jinbeda x-xogħol fuq sound stages Kien hawn li Farrugia Portelli semmiet il-proġett tal-film studios fil-Kalkara u faċilitajiet li se jiswew il-miljuni. "F'dan il-qasam se nibdew nattwaw il-masterpiece fejn fost l-oħrajn se jinbeda xogħol fuq is- sound stages li huma warehouses kbar fejn jinħadmu l-films. B'kollox bejn Mejju u Diċembru tal-2019, f 'pajjiżna nħadmu mal- 21 produzzjoni fil-maġġorparti tagħhom, produzzjonijiet barranin bil-baġit jaqbeż it-€38 miljun ewro." 'Jeħtieġ attivitajiet frekwenti u mifruxa' Finalment, mistoqsija dwar proġetti li tixtieq timbarka fuqhom bħala Ministru, Farrugia Portelli ffukat fuq il-bżonn li l-pajjiż ikollu kalendarju vibranti ta' attivitajiet. "Nemmen li jekk fl-attivitajiet li jiġu organizzati fuq livell nazzjonali nippromwovu aktar il-prodott turistiku Malti, nistgħu verament ngħinu biex jitjieb il- prodott turistiku Malti. Jeħtieġ li dawn l-attivitajiet ikunu frekwenti u mifruxa fuq sena sħiħa."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020