Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li l-eks Ministru Nazzjonalista, responsabbli mir- riforma tal-Partit Nazzjonalista, Louis Galea qiegħed jipproponi bidliet drastiċi u kbar għall-istatut tal-Partit Nazzjonalista u għadu qed jinsisti bi proposta biex jinbidel l-isem tal-Partit. Sorsi infurmati sewwa u li raw b'għajnejhom l-emendi li qed jipproponi Galea, żvelaw mal- ILLUM li l-isem il-ġdid li qiegħed jipproponi għall-Partit Nazzjonalista huwa: "Partit Nazzjonali tal-Poplu." Tliet sorsi differenti li tkellmu ma' din il- gazzetta kkonfermaw il-ħsieb illi jsiru dawn l-emendi se jkunu fuq nett tal-aġenda ta' Kunsill Ġenerali importanti li mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin u li bħalissa għaddejjin il- preparamenti fuqu. Minkejja dan, wieħed minn dawn is-sorsi, filwaqt li kkonferma l-isem, saħaq illi dan jista' jkun ukoll li se jintuża bħala l-mod kif ikun indirizzat il-partit, iktar milli l-isem uffiċjali, jiġifieri simili għall-użu ta' Moviment Laburista biex ikun indirizzat il-Partit Laburista. Persuna oħra li tkellmet mal-ILLUM sostniet illi minkejja li qed issir din il-proposta ma tidhirx li hija popolari fil-partit, jekk xejn għaliex ħafna jħossu li hija kożmetika u mhux se tagħmel differenza. Fil-fatt l-aħħar persuna li kellimna u li hija viċin Adrian Delia sostniet illi jista' jkun li din il-proposta lanqas biss tgħaddi mill-Eżekuttiv u allura ma tgħaddix għall-approvazzjoni jew diżapprovazzjoni tal-Kunsill Ġenerali. 'L-isem tal-Partit Nazzjonalista sar f'ċirkostanzi storiċi differenti' "L-emendi li qiegħed jipproponi Galea huma estensivi," stqarr mal-ILLUM Deputat Nazzjonalista. "Louis Galea ħadem ħafna fuq l-istatut." Filwaqt li s-sorsi li tkellmu mal-ILLUM insistew li ċertu proposti, partikolarment dik biex jinbidel l-isem jafu jkunu kontroversjali u jqajmu diskussjoni, b'mod partikolari fost il-partitarji, l-aktar dawk anzjani, insistew li huma bżonjużi biex il-Partit jidher li kapaċi jiġġedded. "L-isem tal-Partit Nazzjonalista sar f 'ċirkostanzi storiċi differenti minn tal-lum," qalilna eks Ministru Nazzjonalista. Apparti minn hekk insista wkoll kif filwaqt li f 'Malta huwa isem popolari, barra minn Malta mhux dejjem jintlaqa' tajjeb. "Ikun hemm min iħares lejk b'ċertu xettiċiżmu meta tgħidilhom Partit Nazzjonalista. Jaħsbuna partit tal-lemin estrem." Mhux magħuf jekk Galea hux qed jikkunsidra wkoll li tinbidel l-arma tal-Partit Nazzjonalista, għalkemm jekk jinbidel l-isem, x'aktarx li jkun hemm bidla wkoll fl-arma, biss biss, għax fiha, hemm l-inizjali "PN." Mhux l-ewwel darba wkoll li fl-attivitajiet uffiċjali, il- PN uża disinn aktar modern tal-maduma. Proċess li diġà għadda minnu l-Partit Laburista Ta' min ifakkar li it wara li sar Mexxej Laburista, qabel ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu, Joseph Muscat kien għadda lil dak li kien jissejjaħ il-Malta Labour Party (MLP) minn proċess ta' tiġdid li biddel għalkollox id-dehra tal-Partit. Daqshekk Malta Labour Party iżda Partit Laburista. Biddel għal darb'oħra l-arma tal- Partit Laburista, għax ta' min ifakkar li għall- kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista din inbidlet diversi drabi matul is-snin. L-aħmar telaq kważi għalkollox u beda jispikka l-kulur abjad. L-Innu tal-Partit Laburista kien kważi ntesa (anke jekk donnu rxoxta fl-aħħar ġimgħat tul il-kampanja għal mexxej ġdid) u kien ilu żmien ma jindaqq fl-attivitajiet u l-mass meetings tal- Partit. Dan biex ma nsemmux l-ingravata ħamra li ntefgħet fil-kexxun biex minflok daħlet dik ċilesta. Ma għandniex xi ngħidu. Ma kinux bidliet li ħa gost bihom kulħadd. Kien hemm min iddarras. Iżda jibqa' l-fatt li kkontribwew biex il-Partit Laburista deher bħala partit li kapaċi jiġġedded, jimxi maż-żminijiet u għalhekk attira votanti ġodda u kiseb ir-riżultati. Iżda din mhijiex l-unika emenda li qiegħed jipproponi Louis Galea. L-ILLUM tista' tikkonferma wkoll li emenda oħra li qiegħed jipproponi hija dik biex l-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, inkluż is- Segretarju Ġenerali ma jkunux Deputati Parlamentari. Din l-emenda hija importanti fid-dawl tal-fatt li t-terminu ta' Clyde Puli bħala Segretarju Ġenerali ntemm f 'Novembru li għadda u għalhekk il-Kunsill Ġenerali ta' Mejju, fost karigi oħra, irid jikkonferma jew jagħżel Segretarju Ġenerali ġdid. Jekk l-emenda ta' Louis Galea tintlaqa', ikun ifisser li Clyde Puli ma jkunx jista' jerġa' jiġi kkonfermat bħala Segretarju Ġenerali. Ta' min ifakkar li l-Partit Nazzjonalista suppost li laqqa' l-Kunsill Ġenerali tiegħu f 'Novembru li għadda, iżda fil-31 ta' Ottubru, waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv, il-Kap tal-Partit Adrian Delia kien ressaq mozzjoni, issekondata minn Puli nnifsu, biex il-Kunsill ikun pospost. F'Ottubru, il-gazzetta oħt MaltaToday żvelat kif l-eks Ministru u eks Ewroparlamentari Nazzjonalista, Francis Zammit Dimech, qed ikun imbuttat biex jieħu post Clyde Puli. Hu stess kien ikkonferma li għadd ta' membri tal-Partit Nazzjonalista talbuh joħroġ għal Segretarju Ġenerali u li qed jikkunsidra b'serjetà dawn it-talbiet. 'Partit Nazzjonali tal-Poplu' – L-isem ġdid li qed jipproponi Louis Galea għall-PN Emenda oħra li tfisser it-tmiem ta' Clyde Puli? Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela kif fil-ġimgħat li ġejjin, waqt il-Kunsill Ġenerali, Louis Galea se jkun qed jipproponi bidliet 'sostanzjali' għall-Istatut tal-Partit Nazzjonalista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020