Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 Internazzjonali illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 Jippreferu ħajja sempliċi mill-palazzi u t-titli; iżda dan x'se jfisser għal Harry u Meghan? YENDRICK CIOFFI Aħbarijiet internazzjonali jkollna kuljum. Elezzjoni f 'dak il- pajjiż, skandlu f 'ieħor, iżda jibqa' l-fatt li għall-Maltin, dak li jiġri fir-Renju Unit jibqa' importanti, b'mod partikolari dak li jiġri fil- Familja Rjali. Għal diversi, b'mod partikolari dawk kbar fl-età u li jiakkru lir-Reġina Eliżabetta bħala r-Reġina ta' Malta wkoll, il-familja Rjali Ingliża tibqa' għal qalbhom. Fil-fatt, waħda mill-aktar aħbarijiet internazzjonali li għamlet ħoss fl-aħħar jiem kienet dik dwar Harry, il-Prinċep xi it jew wisq fuq ruħu u xi drabi kontroversjali, u l-mara tiegħu Meghan Markle. Iżda x'ġara eżatt u dan x'se jfisser għad-Duka u d-Dukessa ta' Sussex? Il-Prinċep Harry u d-Dukessa ta' Sussex għażlu minn jeddhom u milli jidher bi it jew wisq diskussjoni, li jaqtgħu lura mill- irwoli tal-familja Rjali u jibdew jgħixu ħajja aktar indipendenti billi jaqsmu l-ħin bejn ir-Renju Unit u l-Kanada. Fil-fatt, id-Duka u d-Dukessa, li serqu qalb ir-Renju Unit u li it tax-xhur ilhom kellhom lil Archie, l-ewwel wild tagħhom, esprimew ix-xewqa li jibdew jaħdmu biex ikunu "finanzjarjament indipendenti." Esprimew ukoll ix-xewqa li jwaqqfu entità karitattiva, għalkemm dwar dan għadhom ma elaborawx ħafna. Ir-Reġina kif ħadet din id- deċiżjoni? Fi stqarrija, ir-Reġina Eliżabetta saħqet li kienet ilha xhur titkellem u tiddiskuti ma' Harry u Meghan u flimkien laħqu triq 'il quddiem 'kostruttiva' għall-familja tan- neputi tagħha. "Harry, Meghan u Archie se jibqgħu membri maħbuba ħafna tal-famija tiegħi," saħqet ir-Reġina. "Nirrikonoxxi l-isfidi li esperjenzaw fl-aħħar sentejn, riżultat tal-iskrutinju intensiv u nappoġġja x-xewqa tagħhom li jgħixu ħajja aktar indipendenti." Filwaqt li rringrazzjathom tax- xogħol tagħhom fir-Renju Unit, fil- Commonwealth u lil hinn, saħqet li hija "kburija b'mod partikolari bil-mod kif Meghan integrat bħala waħda tal-familja." Dan minkejja li f 'intervista, Meghan kienet qalet li sabitha diffiċli ħafna biex taddatta għall- istil ta' ħajja ġdida. X'kien il-ftehim milħuq? Wara l-istqarrija tar-Reġina Eliżabetta, il-Palazz Buchingham ukoll ħareġ stqarrija li fiha spjega kif taħt "l-arranġament il-ġdid" id- Duka u d-Dukessa ta' Sussex mhux se jkunu qed jieħdu sehem fl- attivitajiet irjali, inkluż f 'ċerimonji militari uffiċjali. Lanqas ma huma se jirċievu fondi pubbliċi għall-irwoli rjali. La Harry u wisq inqas Meghan ma jistgħu jibqgħu formalment jirrappreżentaw lir-Reġina, għalkemm saħqu li se jibqgħu jgħożżu u jħarsu l-valuri tagħha. Qablu wkoll li jħallsu lura £2.4m (€2.8 miljun) għax-xogħlijiet li saru f 'Frogmore Cottage li se tibqa' r-residenza tagħhom fir- Renju Unit. Fil-fatt, biex iżommu din ir-residenza, il-koppja rjali se jibdew iħallsu l-kera, anke jekk sa issa għadu mhux magħruf kemm. Dan "il-mudell ġdid" jidħol fis- seħħ fir-rebbiegħa tal-2020. Harry se jibqa' Prinċep? Waħda mill-mistoqsijiet l-aktar popolari bħalissa hija dwar jekk Harry hux se jibqa' Prinċep. It- tweġiba hija iva, għax twieled Prinċep. Madanakollu, Harry u Meghan mhux se jibqgħu jużaw it-titlu: His/Her Royal Highness. Harry u Meghan se jibqgħu sempliċiment jissejħu d-Duka u d-Dukessa ta' Sussex. Harry se jibqa' fil-linja tas- suċċessjoni? Preżentament, il-Prinċep Harry huwa s-sitt persuna fil-lista tas- suċċessjoni, jiġifieri s-sitt eredi tat- Tron Ingliż. Minkejja dan il-pass li ħa flimkien ma' martu, Harry jibqa' parti mill-Familja Rjali u għalhekk jibqa' fil-lista tas-suċċessjoni. Allura Harry u Meghan se jmorru jaħdmu? Harry u Meghan esprimew ix- xewqa li jkunu "finanzjarjament indipendenti." Dan ifisser li mhux se jibqgħu jirċievu fondi minn dak magħruf bħala s-Sovereign Grant (mit-taxxi tan-nies). Madanakollu sa issa għadu mhux ċar x'se jkunu qed jagħmlu biex ikollhom dħul indipendenti. Lanqas għadu mhu magħruf minn se jkun qed iħallas għall- arranġamenti tas-sigurtà tagħhom. Esperti qed jisħqu li x'aktarx, id- dħul prinċipali tagħhom se jkun mill-kotba u t-televiżjoni, iżda dwar dan wieħed għad irid jara. Ovvjament, it-tnejn li huma għandhom il-flus tagħhom. Il- Prinċep William u l-Prinċep Harry kienu wirtu £13-il miljun (€15-il miljun) wara l-mewt ta' ommhom il-Prinċipessa Diana u jingħad li Harry wiret xi wirta tajba wkoll mingħand il-bużnanna tiegħu, ir- Reġina Omm. Intqal ukoll li fil-karriera tagħha, Meghan kienet titħallas $50,000 (€44,000) għal kull episodju tas- serje popolari Suits. Apparti minn hekk, skont is-sit tad-Duka u d-Dukessa, is-sena li għaddiet, 95% tad-dħul tagħhom ma kienx ġej mit-taxxi tal-poplu iżda direttament mid-dħul li l-Prinċep Charles jagħmel minn dak magħruf bħala d-Duchy of Cornwall, jiġifieri mill-proprjetà u anke investimenti finanzjarji. Dan id-dħul jgħin biex jitħallsu ħafna mill-attivitajiet privati, uffiċjali u ta' karità tal-Prinċep ta' Wales u d-Dukessa ta' Cornwall (Camilla) u anke dawk tad-Duka u d-Dukessa ta' Cambridge u l-Prinċep Harry. Kien twaqqaf fl-1337 mir-Re Edward III biex jipprovdi dħul indipendenti għal ibnu u l-eredi, il-Prinċep Edward. X'aktarx li xejn mhu se jżomm lil Harry milli jibqa' jirċievi flus mingħand missieru. Xogħolhom u posthom min se jieħdu? Dan kollu jfisser aktar xogħol għall-bqija tal-familja rjali, speċjalment għad-Duka u d-Dukessa ta' Cambridge, jiġifieri William u Kate. Is-sena li għaddiet, Harry irrappreżenta lir-Reġina f 'aktar minn 200 attività u Meghan attendiet għal 83 attività oħra. Il-Prinċep Charles diġà qed jagħmel ħafna mix-xogħol li qabel kienet tagħmel ir-Reġina u d-Duka ta' Edinburgh (il-Prinċep Philip – ir-raġel tar-Reġina) u l-Prinċep ta' York (il-Prinċep tar-Reġina) irtiraw mill-ħajja pubblika, anke jekk għal raġunijiet diversi. B'kollox, is-sena li għaddiet, il- membri tal-familja Rjali attendew għal 3,500 attività. Fejn se jkunu qed jgħixu l-Prinċep Harry u Meghan? Anke jekk qalu li se jqassmu l-ħin bejn ir-Renju Unit u l-Amerka ta' Fuq, il-Prinċep Harry u d-Dukessa ta' Sussex mistennija jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom fil-Kanada. Fil-fatt, aktar kmieni din il- ġimgħa, Harry wasal f 'Vancouver fejn iltaqa' ma' martu li jidher li diġà bdiet issib postha hekk kif dehret tippassiġġa bit-tifel u l-kelb. Kien xokk għar-Renju Unit, iżda r-Reġina qalet li tirrispetta d-deċiżjoni tal-Prinċep Harry u Meghan Markle. Iżda x'se jagħmlu eżatt? Xi jfisser għalihom? U għall-Familja Rjali?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020