Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
10 analiżi IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Illum Robert Abela jagħlaq ġimagħtejn fit-tmun tal-pajjiż u f 'ġimagħtejn ġraw bidliet u affarijiet li ġeneralment huma mistennija li jsiru fuq medda ta' żmien iktar twil. Din il-gazzetta qed tagħti ħar- sa lejn id-deċiżjonijiet ta' Abe- la u għal kull waħda nelenkaw il-fatti jew l-effetti pożittivi kif ukoll dawk negattivi. Clyde Caruana, jinħatar Kap tas-Segretarjat fl-OPM • Caruana huwa tek- nokratiku u bniedem li jgħin biex jinħolqu politiki bħal dik taċ-child care centres b'xejn. Dan il-fatt se jgħin ħafna lil Abela biex ifassal, pereżempju, il-baġit jew inkella l-programm elettorali l-ġdid. • Il-fatt li Caruana m'għandux rabtiet ma' negozji u l-flus u l-fatt li huwa 'nadif ' tant li jidher illi hemm qbil politku li huwa l-persuna adattata biex tokkupa l-kariga, ifisser inqas riskji u wġigħ ta' ras għall-Prim Ministru (u għall-pajjiż) • Caruana però m'għan- dux esperjenza biżżejjed fl-is- truttura politika tal-Gvern. Jekk ma joqgħodx attent jista' jinbe- la' mill-interessi partiġġjani kif ukoll dawk tal-flus li jiċċirkolaw madwar il-poter • Clyde Caruana, għal- linqas milli nafu sa issa, mhu- wiex strateġista. Dan jista' jkun żvantaġġ għaliex: ċerti deċiż- jonijiet li jipproponi u jint- laqgħu jistgħu jkunu sensibbli imma strateġikament ħżiena. Keith Schembri kien il-moħħ wara l-kampanji kbar tal-Partit Laburista u li wasslu għal rebħi- et kbar. Minkejja l-ħafna negat- tiv ta' Schembri, wieħed ma jistax jiċħad illi kien strateġista elettorali tajjeb ferm u tajjeb jew ħażin aċċerta l-appoġġ ta' wħud mill-akbar negozjanti. Kabinett żagħżugħ – Ġenerazzjoni ġdida • Kabinett iktar żagħżugħ ġab miegħu aktar enerġija u xi ftit ta' tama ġdida wkoll fost ħaf- na illi kienu bdew jaqtgħu qal- bhom. L-akbar promozzjonijiet ħaduhom iż-żgħażagħ: Aaron Farrugia, Byron Camilleri, Sil- vio Schembri, Rosianne Cutajar u Clint Camilleri. Dan apparti promozzjonijiet oħrajn fosth- om ta' Julia Farrugia Portelli u Edward Zammit Lewis. Dawn l-għażliet injettaw sens ta' sten- nija u aspettattiva. Ħafna se jor- bot fuqhom għas-suċċess jew nuqqas tiegħu, tal-Gvern ta' Ab- ela • Kabinett ġdid ifisser enerġija ġdida li qed tgħin biex il-Gvern jirriġenera lilu nnifsu u joħroġ mill-kriżi politika li sa ftit ilu kienet saħansitra bdi- et thedded l-eżistenza tiegħu. It-tama ġdida f 'dan t-tim ma setgħetx ġiet fi żmien aħjar, bħal mediċina għall-marid. • Imma dan kollu huwa mibni fuq l-ewwel impressjoni- jiet u immaġini. Daqs kemm hemm enerġija ġdida, daqstant ieħor inċertezza għal li ġej. Ħaf- na mill-Minstri l-ġodda għad iridu joqogħdu għat-testijiet tagħhom, speċjalment dawk li għandhom toqol kbir fuq spallejhom. Primarjament dawn huma: Zammit Lewis, Farrugia, Schembri u Camilleri. Justyne Caruana tirriżenja • Billi laqa' r-riżenja ta' Justyne Caruana, Robert Ab- ela ħoloq preċedent ċar. 'Fil- ħażin int jew ta' madwarek? Trid titlaq!' Naturalment mhux kulħadd japprezza pass bħal dan, għall-bidu. Imma l-mes- saġġ li ntbagħat issa huwa li l-PM mhux se jkun qed jgħatti xtur min jagħmel il-ħażin, min jiżloq bil-kbir u min b'azzjonie- IŻ-ŻEWĠ NAĦAT TAL-MUNITA... L-EWWEL DEĊIŻJONIJIET TAL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA Abela issa ilu ġimagħtejn PM, imma ħa numru ta' deċiżjonijiet li ġabu numru ta' bidliet. Ħarsa lejn l-aspetti pożittivi u dawk negattivi ta' wħud mill-aktar deċiżjonijiet importanti ta' Robert Abela u kif intlaqgħu