Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
I t-trasparenza hi l-pedament essen- zjali għal governanza tajba. B'kun- trast ma' dan, il-governanza ħażina, ġeneralment, tkun akkumpanjata mis-segretezza u dan billi jinżamm jew ikun ostakolat l-aċċess għal informazz- joni ta' kull xorta, liema informazzjoni għandha tkun pubblika. Il-ħmieġ assoċjat mal-Panama Papers sirna nafu bih fil-mument li nkixfet l-informazzjoni dwar dawk li fittxew l-irkejjen tad-dinja fejn hi inkoraġġita s-segretezza: irkejjen fejn jinħbew il-flus ġejjin mill-korruzzjoni u mill-evażjoni tat-taxxi. Bl-istess mod l-iskandlu tal-Vitals dwar l-isptarijiet kif ukoll it-taħwid kollu assoċjat mal-power station ma ki nux iseħħu kieku l-Partit Laburista fil-Gvern għażel it-trasparenza flok is-segretezza bħala għodda essenzjali għat-tmexxija. Segretezza li kultant twaħħxek. Il-kontabilità li tant niftaħru biha, wara kollox, hi dwar ir-responsabbiltà. Tfisser l-għarfien tar-responsabbiltà għal dak li nagħmlu. Dan ma jistax iseħħ jekk ma ssaltanx it-trasparenza, dejjem, u mhux biss meta jaqbel. Il-ġimgħa l-oħra, il-Kamra tal- Kummerċ ippubblikat dokument bil- ħsibijiet tagħha dwar il-ħtieġa li tkun inkoraġġita u msaħħa l-governanza tajba. Kien f 'loku li l-Kamra tal-Kummerċ enfasizzat li l-governanza tajba hi msejsa fuq it-trasparenza, il- kontabbilità u s-saltna tad-dritt. Spiss jingħad li l-informazzjoni hi poter. It-trasparenza hi dwar dan il-fatt: li jkun assigurat li l-poter jinfirex. Għax hu biss meta jkollna għarfien ta' dak li qed jiġri li nkunu nistgħu neżerċitaw id-dritt bażiku tagħna bħala ċittadini li nesiġu illi kull min jiddeċiedi, u allura jeżerċita l-poter, jagħti kont ta' għemilu, dejjem. Il-politiċi mhumiex l-uniċi li jieħdu d-deċiżjonijiet. Dawn jinkludu liċ-ċivil u lil dawk li jmexxu l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet imwaqqfa biex jiffaċilitaw l-amministrazzjoni tal-istat fit-twettieq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tiegħu. It-trasparenza teħtieġ li tinfirex anke fid-dinja tal-kummerċ. Spiss nisimgħu lil min jenfasizza li l-politika m'għandhiex tindaħal fis-settur privat, fid-dinja tan-negozju. Għal uħud għadu mhuwiex ovvju li anke s-settur privat, u partikolari d-dinja tan-negozju, għandu joqgħod lura milli "jindaħal" fil-politika. Fost affarijiet oħra dan ifisser il-ħtieġa li jkun regolat il-lobbying. Dan ma jsirx billi l-lobbying ikun ipprojbit imma billi kull attività ta' lobbying tkun trasparenti. Għax jekk il-lobbying isir sewwa jista' jkollu impatt pożittiv fuq it-tfassil tad- deċiżjonijiet. Hi s-segretezza li tagħti fama ħażina lil-lobbying, segretezza intenzjonata biex ixxaqleb id-deċiżjonijiet lejn interessi kummerċjali u fl-istess ħin biex tostor it-taħwid. Huwa f 'dan id-dawl li l-inizjattiva tal-Ministru l-ġdid għall-Ambjent Aaron Farrugia li jżomm lista tal- laqgħat kollha tiegħu ma' dawk li jfittxu li jiltaqgħu miegħu, inkluż mal-utenti, u li jippubblika din l-informazzjoni fil- forma ta' reġistru ta' trasparenza hi pass kbir 'il quddiem. Din l-inizjattiva hi f 'waqtha u hi ta' eżempju lill-politiċi oħrajn biex huma wkoll jipprattikaw it-trasparenza. Dan imma għandu jkun biss l-ewwel pass li jeħtieġ li jkun segwit bil- pubblikazzjoni ta' proposti u dokumenti li l-Ministru jirċievi waqt dawn il- laqgħat, kif ukoll il-minuti tal-laqgħat li jkunu saru. Hu magħruf li l-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed iħejji biex jippubblika abbozz ta' proposti dwar ir-regolamentazzjoni tal-lobbying biex eventwalment tkun tista' ssir konsultazzjoni pubblika dwarhom. Nittama li dan iwassal għal sitwazzjoni fejn f 'dan il-qasam Aaron Farrugia ma jibqax l-eċċezzjoni. Il-bqija tal-membri tal-Kabinett m'għandhomx jibqgħalhom għażla. Għandhom ikunu kostretti li huma wkoll jaġixxu biex it-trasparenza fil- ħidma politika tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni. Għax huwa biss meta t-trasparenza jkollha għeruq fondi u b'saħħithom li nistgħu nibdew intejbu d-demokrazija tagħna billi neliminaw id-difetti li tħallew jakkumulaw tul is-snin. 16 opinjoni Il-governanza tajba tinbena fuq it-trasparenza Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum Huwa biss meta t-tra sparenza jkollha għeruq fondi u b'saħħithom li nistgħu nibdew intejbu d-demokrazija tagħna