Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 kotba u ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 12 Bridges (15) 14:00, 16:20, 18:35, 20:50 Charlie's Angels (12A) 10:20, 13:00, 15:35, 18:10, 20:45, 23:20 Doctor Sleep (15) 20:45 Frozen 2 3D (U) 15:40, 20:40 Frozen 2 2D (U) 10:30, 13:00, 18:05 13:00, 15:30, 18:00, 20:35 Joker (15) 13:05, 15:55, 18:35, 21:15 Knives Out (12A) 10:25, 13:00, 15:45, 18:30, 21:15, 23:55 Last Christmas (12A) 11L35, 13:50, 16:15, 18:45, 21:10, 23:10 Le Mans '66 (U) 14:35, 17:50, 21:00, 23:00 Maleficent: Mistress of Evil 2D (PG) 11:30, 13:00, 15:45, 18:25, 21:05 The Addams Family 2D (PG) 11:30, 13:45, 16:00, 18:15 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Charlie's Angels (12A) 10:40, 13:55, 16:35, 18:40, 21;10 Frozen 2 3D (U) 16:00, 20:30 Frozen 2 3D (U) 10:30, 13:45, 18:15 Last Christmas (12A) 10:50, 13:20, 16:00, 18:30, 21:00 Midway (12A) 10:45, 14:15, 18:00, 20:45 IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2020 • illum Films fiċ-ċinema Nifs li kważi kissirni Ktieb ta' Clifford Galea (Ma' Glenn Calleja) Droga, politika, sesswalità u reliġjon jiltaqgħu f 'din l-istorja ta' tiġrib u redenzjoni. Dan huwa r-rakkont imqanqal ta' Clifford Galea, żagħżugħ eżemplari, li jieħu nifs kokaina u l-vizzju malajr jirkbu. Fl-aqwa ta' ħajtu, pass ħażin iwassal għal ieħor u ieħor. Il-vizzju jikber. Id-djun u l-gideb jitkattru. L-ewforija tal-ewwel nifs malajr tisfixxa mix-xejn u tieħu bixra traġika. Id- dinja tibda ddur mad-droga, ma' kemm Clifford jiflaħ jixtri u jpejjep. Inqabad fin- nasba u ma jistax joħroġ minnha. Clifford jirrakkonta kif ma kien jonqsu xejn fil-ħajja. Minn ċkunitu kien iħabrek fl-iskola u f 'għaqdiet volontarji fin-Naxxar, ir-raħal li tant ħabb minn dejjem. Il-ħbieb u l-popolarità qatt ma naqsu. Meta kiber l-istess. Daħal l-università, laħaq għalliem iddedikat u b'passjoni għall-kultura popolari u tradizzjonali, baqa' attiv fil- komunità, fil-kunsill lokali, fix-xandir u fil-Partit Laburista. Minn barra, kollox kien jidher f 'postu. Fl-għajn pubblika sab l-ammirazzjoni u t-tifħir. Kulħadd itaptaplu fuq dahru. Kulħadd jara x'se jieħu minnu. U Clifford jagħmel minn kollox biex ma jiddiżappunta 'l ħadd. L-aqwa li jintgħoġob. L-aqwa li n-nies jibqgħu jgħidu, qed tara Cliff kemm hu mill-aħjar? Din l-ewwel droga li ħa; l-applaws tan- nies. Dan l-ewwel vizzju; il-popolarità. Akkost ta' kollox. Akkost tal-umiljazzjoni tiegħu nnifsu. Min jogħla ħafna jieħu tisbita kbira. U hekk ġralu. Fl-agħar mumenti tiegħu, narawh jagħmel dak kollu li ma qatt m'emmen fih. Narawh imur kontra kull valur li dejjem ħaddan. Jekk qabel id-droga kien leali u ddedikat, issa kien sar giddieb prim li jaħseb biss fih innifsu. Sar juża n-nies l-aktar għeżiez biex jakkwista flus u droga bħalma sħabu, l- ivvizjati li kien iqatta' l-iljieli magħhom, kienu qed jużaw lilu. Narawh jinnegozja x-xiri, is-self, id-djun, l-obbligi immorali li jġib miegħu vizzju bħal dan. Narawh jitlef ruħu, il-ħbieb, il- ħajja li kellu qabel. Narawh jitlef kollox. Imiss il-qiegħ. Fil-wiċċ, din hija ġrajja ta' vizzju, tentazzjoni u tama. Taħt il-wiċċ, però, hemm elf ġrajja oħra. Hemm it-tensjonijiet tal-mistħija morali u l-istigma soċjali dwar l-omosesswalità. Hemm l-intriċċi ta' politiċi żgħar u kbar bil-wegħdiet u t-tradimenti tagħhom. Hemm tniġġis l-ipokrezija. Hemm is-sejħa reliġjuża, il-fidi, il-kunvent, l-imħabba u ż-żwieġ ma' raġel ieħor. Għal sentejn sħaħ, Cliff jiġri minn post għall-ieħor madwar Malta u Għawdex ifittex l-ewforija, il-pjaċir, il-ferħ fieragħ tas-sustanza li twieżnu għal it waqtiet qosra. Ifittex u jfittex sakemm jirrealizza li qed jaħrab minnu nnifsu, mir-realtajiet personali tiegħu, minn dak kollu li qatt ma ħa bis-serjetà biżżejjed, dak li jagħtih is-saħħa u l-kunfidenza fih innifsu, dak li jilliberah mill-bżonn tat-taptipa fuq dahru, mill-bżonn tal-applaws u l-popolarità. Fid- droga jsib biss bir bla qiegħ ta' qsim il-qalb, diżappunti u dmugħ. Imma l-għajnuna u t-tama dejjem pass 'il bogħod. Cliff jidħol għall-programm tar-rijabilitazzjoni mal-OASI, darba, tnejn, tlieta. Jibqa' jipprova. M'għandux għażla. Il-programm iġibu f 'sensih u jtih l-għodod biex jgħix mal-marda tal-vizzju minn ġurnata għall-oħra. Illum jum ġdid. Illum ħieles.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020