Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'Nemmen li jekk nibqgħu naħdmu kif qegħdin naħdmu, kapaċi nerġgħu nirbħu l-kampjonat' illum • IL-ĦADD 26 ta' Jannar 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? Meta kelli madwar sitt snin kont nilgħab ma' ħija fil-bitħa tan-nanna u sabiex jittrenja kif jitfagħni goalkeeper u joqgħod jixxutjali u kien jgħidli int aħjar mill-goalkeeper tagħna. Imbagħad kont għidt lil missieri li xtaqt nipprattika dan l-isport u kien ħadni miegħu. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek? Naħseb li bħala tim kellna staġun tajjeb. Konna ddixxiplinati u determinati li nilħqu l-għanijiet tagħna. Mil-lat personali nemmen li kelli apparenzi tajbin u oħrajn inqas tajbin, u għalkemm nemmem li dejjem hemm lok fejn nitjieb, inħossni sodisfatta. X'tikkummenta fuq l-anda- ment tat-tim tiegħek matul dan l-istaġun sa issa? Din is-sena għamilna diversi akkwisti ġodda. Ġibna ħames plejers li huma taħt is-17-il sena kif ukoll żewġ plejers barranin li kif qed jidher qed jagħmlu d-differenza sabiex it-tim issaħħaħ. X'tikkummenta fuq l-isfida li mistennija jkollkom għar-rebħ tal-kampjonat minn Imġarr United u Swieqi United? Kull logħba hija storja għaliha. Għalhekk ma tista' qatt tinżel għal-logħba b'nuqqas ta' rispett lejn l-avversarji tiegħek. Imġarr u Swieqi, it-tnejn għandhom skawdri b'saħħithom għalhekk aħna se nippreparaw għal kull logħba bl- aħjar mod possibbli. Taħseb li finalment se jirnexxilkom tirbħu l-Kampjonat? Nemmen li jekk nibqgħu naħdmu kif qegħdin naħdmu, finalment iva kapaċi nerġgħu nirbħu l-kampjonat. X'tikkummenta fuq ir-rebħ tas- Super Cup kontra Mġarr United? Qatt kont tistenna li tirbħu bi skor daqshekk kbir? Il-logħba kontra Mġarr għalija kienet waħda storika. L-ewwel u qabel kollox jien personali lgħabt għall-ewwel darba fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali u t-tieni, bħala tim kellna wirja eċċezzjonali! Le, ma kontx nemmen li konna se nirbħu b'dan l-iskor, però kif għidt iktar qabel, kull logħba fiha storja! Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Jien nemmem li kulħadd għandu l-opinjoni jgħid li jrid, però min qed jara l-futbol tan- nisa lokali kif ukoll barra min xtutna jista' jara b'mod ċar li n-nisa jistgħu jilagħbu l-logħba tal-futbol u kif! U għal min qatt ma rah, bħalissa jista' jsegwi t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa u jkun jista' jara dan b'għajnejh stess! X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħ wara l-qawmien tal- futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Nemmen li Pierre qed jagħmel xogħol siewi ħafna, u anke jiġġieled ħafna sabiex aħna jkollna dejjem aktar riżorsi sabiex inkomplu nsiru aktar professjonali. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad- deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Bla dubju kull logħba li nilgħab man-nazzjonal hija memorabbli, però ma ninsa qatt il-logħba ta' meta rbaħna l-Kampjonat fit- 93 minuta kontra Mosta, wara li konna għamilna kampjonat sħiħ it-tieni post u lgħabna l-aħħar logħba bi tliet plejers importanti sospiżi. Hemm ukoll il-logħba tan- nazzjonal under 19 meta konna lgħabna kontra t-tim nazzjonali tas-Serbja. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal-futbol tan- nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Nemmen li Pierre Brincat, Dorita Agius, il-kowċing staff kollu u nies oħra mill-MFA qegħdin jagħmlu xogħol siewi, però għad fadal ħafna xogħol sabiex niġu livell mal-importanza li jieħu l-futbol tal-irgiel. Tikkunsidra l-possibiltà li fil- futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Bħalissa mhix il-prijorità tiegħi, però jekk tiġi opportunità tajba nikkunsidraha żgur. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol u mal-futbol? Hija xi ħaġa li tinvolvi sagrifiċċju kbir però jekk tkun tħobb xi ħaġa jirnexxilek tagħmilha. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Bħalissa qed inħares b'ottimiżmu kbir, għandha ħafna logħob interessanti man-nazzjonal u nispera li nkompli nirbaħ l-unuri mat-tim tiegħi. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed lill- futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan- nisa? Le, pjuttost inħoss li f 'sens ta' media u promozzjoni morna lura ħafna! Kien hemm żmien fil-passat fejn kien hemm programmi li kienu jiddedikaw ħin mill-programm għall-futbol tan-nisa, però din is- sena ma tantx naf li kien hemm affarijiet simili. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it- tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Inħeġġiġhom sabiex jibdew u ma jaqtgħux qalbhom għax ikun hemm xi ħadd li forsi jgħaddilhom xi kummemt, anzi għandhom jaħdmu sabiex ituhom risposta! U għall-ġenituri, appoġġjaw lit- tfal tagħkom għax il-futbol huwa sport sabiħ, u li kieku missieri ma kienx jagħmel ħafna sagrifiċċji u l-appoġġ kontinwu li kien u għadu jtini kieku jien bla dubju ma wasaltx fejn wasalt! U għalhekk nixtieq nieħu din l-opportunità u niddedika s-suċċessi kollha tiegħi lilu! Janice Xuereb - goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa u ta' Birkirkara FC, li kulma jmur iż-żmien dejjem qed titjieb fil-wirjiet u l-potenzjal tagħha bejn il-lasti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020