Illum previous editions

ILLUM 26 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 sport IL-ĦADD 26 ta' Jannar 2020 • illum Charlton Debono u Josann Attard Pulis bl-aqwa riżultati fit-tellieqa tal-Intersport Three Cities L-atleta Għawdxi Charlton Debono jkompli bid-dominju tiegħu fix-xena tal-atletika. Debono bħalissa jinsab fl-aqwa forma tiegħu meta hu rreġistra ħin ta' 30 minuta u 48 sekonda fit-tellieqa tal-għaxar kilometri tal-Intersport Three Cities. Dan kien l-aħjar ħin li qatt irreġistra f 'din it-tellieqa minn meta bdiet tliet snin ilu. Minkejja theddida ta' xita, it-temp tal- Ħadd ipprovda kundizzjonijiet tajbin għal kważi 200 atleta li ħadu sehem. Debono waqqaf il-pass mill-bidu nett iżda Dillon Cassar u Mark Herrera ma kinux ser jċedu l-ġlieda faċilment. Fid-dawra tal-5k, Debono u Cassar kienu qegħdin viċin xulxin għalkemm lejn it-tmiem Debono bena distakk żgħir biex jirbaħ. Debono rreġistra l-ewwel riżultat tiegħu ta' taħt il-31 minuta fuq din id- distanza. Dan ir-riżultat kien titjib ta' kważi erba' minuti mill-ħin irreġistrat fl-2018. Intant Cassar li spiċċa 12-il sekonda wara Debono, tejjeb il-ħin tal-2019 bi kważi tliet minuti. Fit-tielet post daħal Mark Herrera. Herrera ħa sehem fl-edizzjonijiet kollha ta' din it-tellieqa, u baqa' jirreġistra ħinijiet imtejba f 'kull tellieqa. Josann Attard Pulis waqqfet il-pass u ħolqot distakk komdu fuq Jolene Debattista, li kienet qiegħda ssegwiha. Attard Pulis, li minkejja ma rreġistrax l-aħjar ħin tagħha fuq din il-korsa, xorta kisbet riżultat tajjeb u spiċċat it- tellieqa f 'ħin ta' 39 minuta u 20 sekonda. Debattista, temmet it-tellieqa fi 43 minuta u 23 sekonda - titjib ta' 30 sekonda mill- aħħar parteċipazzjoni tagħha fl-2018. Ħdax-il sekonda wara, daħlet Charyl Fava fit-tielet post. Fava hija parteċipanta regolari fis-Serje u sa issa dejjem irreġistrat titjib fil-ħinijiet tagħha. Il-premjijiet u t-trofej ġew ippreżentati mid-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele mmedjatament wara t-tellieqa. Ir-Riżultati jinstabu fuq is-sit elettroniku - https://my.raceresult. com/146083/ It-tellieqa li jmiss tal-Intersport 10k Road Running Series ser issir il-Ħadd 16 ta' Frar f 'Ħad-Dingli. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa online permezz tal-link - http://dingli.10kseriesmalta.com/ Il-ġbir tan-numru jsir is-Sibt 15 ta' Frar min-nofsinhar sal-5 ta' filgħaxija fin- Nike Store f 'Tigne Point, Tas-Sliema. CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 January 2020