Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1204545
29 sport illum • IL-ĦADD 26 ta' Jannar 2020 Brian Cini jkompli jagħmel unur lil pajjiżna Brian Cini - plejer ewlieni tal-isnooker f 'Malta u li fil-jiem li għaddew kompla jagħmel unur lil pajjiżna meta kien l-uniku Malti li temm fir-rawnd tal- aħħar 32 f 'kampjonat prestiġjuż internazzjonali. Huwa nnifsu tana iktar dettalji: "Dawn kienu l-logħbiet tiegħi. L-ewwel tlieta kienu tal-grupp u kollha rbaħthom bl-iskor ta' 3-0. Kontra Jenson Kendrick, kelli wirja tajba fejn għamilt breaks ta' 108 u 75. Fil-logħba tal-aħħar 32, kont naf li ma kienx se jkolli logħba faċli kontra l-eks plejer professjonali Ashley Hugill. Minkejja li tli l-ewwel frame, irnexxieli nirkupra tajjeb u dawwart l-iskor 2-1 favur tiegħi. Iżda, Hugill kien f 'forma brillanti li nista' ngħid lanqas ċans ma kelli fl-aħħar żewġ frames fejn ukoll huwa għamel break ta' 109 fir-raba' frame. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-isponsors personali tiegħi fosthom lill-MBSA u SportMalta." Organizzat b'suċċess seminar mill-Malta FA Referees Committee "Motivation and the Desire to Succeed" - Motivazzjoni u x-Xewqa li nirnexxu. Dan kien it-tema ta' seminar intensiv li ġie organizzat mill-Malta FA Referees Committee għall-uffiċjali tal-logħba bi preparazzjoni għat-tieni parti tal-istaġun tal-futbol lokali. Is-seminar sar fuq jumejn bejn it-8 u d-9 ta' Jannar 2020 fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport f 'Pembroke għall-membri ta' kull kategorija tal-uffiċjali tal-logħba u l-osservaturi tar- referis. Il-kelliem ewlieni għal dan is-seminar kien l-eks referì tal-FIFA Ungeriż Szolt Zsabo li qasam ma' dawk preżenti l-esperjenzi personali kemm dam jikkontrolla l-logħbiet tal-futbol fuq livell domestiku u internazzjonali għal 13-il sena sħaħ. B'kollox Zsabo kkontrolla xejn inqas minn 321 logħba fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż. Szolt Zsabo indirizza wkoll lill-parteċipanti u tkellem dwar ir-relazzjoni bejn dawk kollha involuti fil-futbol, il-kontroll tal-logħba u l-element ta' dixxiplina. Is-seminar kien jinkludi wkoll preżentazzjoni mingħand diversi instructors ikkwalifikati fi ħdan l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol fejn fost diversi temi li ġew diskussi kien hemm il-konsistenza fid-deċiżjonijiet li jittieħdu, l-evalwazzjoni tar-regola tal-offside, il-bżonn li taħdem bħala tim u li tikkopera, l-għoti ġust tal-karti sofor, il-komunikazzjoni mal-plejers, il-personalità u l-fatt li tkun fiżikament tajjeb. Saret ukoll analiżi dwar logħbiet mill-kampjonat tal-kbar kif ukoll taż-żgħar u minnhom ħarġu diversi punti siewja.Fid-diskors ta' konklużjoni, il-viċi- president tal-MFA u chairman tal-kumitat tar-referis Adrian Casha wiegħed l-għajnuna kollha tal-assoċjazzjoni lill-uffiċjali tal-logħba u l-osservaturi tar-referis. Dan kollu jkompli jagħti l-motivazzjoni meħtieġa sabiex dawn l-istess uffiċjali jaħdmu bl-aħjar mod possibbli.