Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sondaġġ xjentifiku li sar minn din il-gazzetta juri kif maġġoranza qawwija ħafna ta' Maltin u Għawdxin baqgħu kontra l-introduzzjoni tal-abort. Fil-fatt mistoqsijin jekk jaqblux li l-abort ikun legalizzat, 85.3% ta' dawk li rrispondew wieġbu fin- negattiv filwaqt li kienu biss 8.6% li qalu illi jaqblu. Il-kumplament, jiġifieri 6% wieġbu li ma jafux jekk jaqblux jew le li jibda l-proċess biex l-abort ikun legalizzat. Minkejja li globalment il- persentaġġ ta' nies li huma kontra l-abort huwa skjaċċanti, qari iktar mill-qrib tal-figuri jagħti stampa interessanti ta' liema huma l-aktar setturi tal-poplu li jaqblu jew ma jaqblux mal-abort. Nisa, Għawdxin, anzjani u dawk b'edukazzjoni primarja Notevolment, l-aktar nies li huma kontra l-abort f 'termini ta' ġeneru huma n-nisa, b'87.5% kkumparat mas-7% biss li huma favur. Notevoli għaliex ħafna drabi l-argument favur l-abort huwa li dan għandu jitħalla fil-libertà tal-mara u għandu jkun id- dritt tagħha. Allura wieħed kien jistenna illi l-miżien kien ixaqleb aktar lejn in-nisa. Kif mistenni, l-aktar li huma kontra, f 'termini ta' età, huma dawk li għandhom iktar minn 65 sena u f 'termini ġeografiċi l-Għawdxin, li fuq kwistjonijiet soċjali u li jmissu mill-qrib tagħlim reliġjuż dejjem kienu aktar konservattivi. Fil-fatt, f 'Għawdex il-persentaġġ ta' nies li vvutaw kontra d-divorzju fir- referendum li kien sar fl-2011 kien pjuttost għoli. Kważi dawk kollha li wieġbu u li għandhom aktar minn 65 sena qalu illi huma kontra l-legalizzazzjoni tal-abort, preċiżament 97.3%. B'kollox kienu 90.6% tal-Għawdxin li qalu illi ma jaqblux li jkun legalizzat l-abort. Interessanti wkoll li dawk li għandhom livell iktar baxx ta' edukazzjoni huma aktar kontra l-abort milli dawk li għandhom livell ogħla. Fil-fatt, 98% ta' dawk kollha li wieġbu għal dan is- sondaġġ u kellhom livell primarju ta' edukazzjoni qalu li huma kontra l-legalizzazzjoni tal-abort. Irġiel, żgħażagħ, mit-Tramuntana u tal-università L-aktar sezzjoni tal- popolazzjoni li hija l-aktar predisposta biex taċċetta l-legalizzazzjoni tal-abort hija dik żagħżugħa u dik li għandha livell terzjarju ta' edukazzjoni. Minn fost dawk li pparteċipaw f 'dan is-sondaġġ u kellhom bejn 18 u 35 sena, 21% qalu illi jaqblu li l-abort ikun legalizzat, filwaqt li 19% ta' dawk illi wieġbu u kellhom livell terzjarju ta' edukazzjoni wieġbu l-istess. Fost is-settur taż-żgħażagħ 4.3% ma kinux jafu kif għandhom jirrispondu, persentaġġ li jaqa' taħt il-marġini ta' żball u allura pjuttost insinjifikanti. L-istess, l-indeċiżjoni fost dawk li għandhom livell terzjarju edukattiv hija biss 6.4%. 04 analiżi IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej PRE-AVVIŻ Sejħa għall-proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura (innovazzjoni) ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industriji tas-sajd u l- akkwakultura flimkien mal-komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qegħdin jinbidlu, filwaqt li jindokkra r-reżistenza ekonomika u s-sostenibbilità ekoloġika tagħhom. Il-Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir- Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-benefiċjarji potenzjali li sejħa għall- proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura (innovazzjoni) se tiġi varata fit-03 ta' Frar 2020. Artikolu 47 Miżura II.1 Innovazzjoni Data finali għas-sottomissjoni tal-Applikazzjonijiet: 30 ta' Marzu 2020 Din is-sejħa għandha allokazzjoni totali ta' madwar €800,000.00 f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l- Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l- allokazzjoni. Sessjoni ta' informazzjoni ser tiġi organizzata fit-13 ta' Frar 2020 fl-10.00am fil-binja tad-Diviżjoni fi Triq il-Kukkanja, Sta. Venera. L-Applikazzjoni u l-annessi rispettivi jistgħu jitniżżlu mill-web link elenkata hawn taħt mit-03 ta' Frar 2020: http://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/Pages/ News-and-Events.aspx Aktar informazzjoni u/jew reġistrazzjoni għas-sessjoni ta' informazzjoni (sat-12 ta' Frar) tista tintalab fuq 22001108 jew via e-mail lil fpd.meae@gov.mt jew fuq www.eufundsmalta.gov.mt. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) Rata ta' ko-finanzjament: 75% fondi Ewropej; 25% fondi nazzjonali Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli IKTAR IRĠIEL U ŻGĦAŻAGĦ MILLI NISA U ANZJANI JAQBLU MAL- ABORT

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020