Kif diġà għidna, fost l-irġiel, il-
persentaġġ ta' nies li jaqblu mal-
abort huwa ogħla min-nisa b'total
ta' 10%.
L-iktar żona tal-pajjż fejn
persuni jaqblu mal-legalizzazzjoni
kienet it-Tramuntana u allura
ż-żona li tinkludi lil San Pawl il-
Baħar.
Madanakollu, iż-żona tan-
Nofsinhar tal-Port hi dik li fiha
kien hemm l-inqas persentaġġ ta'
persuni li ma jaqblux mal-abort
b'76.5%. F'din iż-żona li tinkludi
lill-Kottonera, hemm l-ogħla
persentaġġ ta' persuni li mhumiex
deċiżi dwar jekk l-abort għandux
ikun legalizzat jew le, b'13.2%.
05
analiżi
illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020
Il-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu
kontra l-abort. Iżda hemm
differenzi, bil-ġenerazzjoni
żagħżugħa tkun l-aktar illi turi
qbil mal-legalizzazzjoni tal-abort
Taqbel li Malta tibda l-proċess biex tillegalizza l-abort?
(18-35 sena)
Taqbel li Malta tibda l-proċess biex tillegalizza l-abort?
(65+ sena)
Iva 21.11%
Le 74.55%
Ma Nafx 4.33%
Iva 0.60%
Le 97.49%
Ma Nafx 1.90%
L-istħarriġ sar bejn nhar it-Tlieta 21 ta' Jannar 2020 u t-Tlieta
28 ta' Jannar 2020. B'kollox aċċettaw li jipparteċipaw 655
persuna. Il-kampjun jirrifletti l-karaterristiċi tal-popolazzjoni
skont l-età, reġjun u l-ġeneru.
Il-marġini ta' żball huwa ta' 5% iżda dan huwa ikbar meta
n-numri jiġu maqsumin skont l-aspetti ta' età, ġeneru u
reġjun.