Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analiżi illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 jikkampanjaw attivament f 'Repubblika u Occupy Justice. Ħafna minn dawn il-persuni ġejjin minn sfond Nazzjonalist, għalkemm mhux biss, u qed jesiġu li Abela jieħu azzjoni u jinvestigaw jew saħansitra jtella' l-Qorti lill-eks PM Joseph Muscat. Dan is-settur ta' votanti, li wera ruħu voċiferu imma mhux b'saħħtu biżżejjed elettoralment, mhux se jkun ikkalmat malajr hekk kif ħafna fost dawn jemmnu, kif jemmnu numru ta' nies oħrajn li ma jipprateċipawx fl-attivitajiet tagħhom, illi Muscat kien direttament - għax kien jaf bl-att qabel sar jew indirettament - għax ħalla lil Keith Schembri b'wisq poter, implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan apparti l-fatt li kien Prim Ministru li taħtu sar il-kuntratt għal power station ġdida, dak ma' Vitals Global Healthcare u l-iskema tal-IIP, magħrufa bħala l-bejgħ tal-passaporti. Storikament, ħafna min-nies li ilhom jattendu l-protesti (jekk taqta' l-Moviment Graffitti) u aktar u aktar dawk li jindirizzawhom ġejjin minn sfond Nazzjonalista u minn sfond li dejjem kellu antipatija lejn il-Partit Laburista u b'mod speċjali l-mexxejja tiegħu. Hija ironika ħafna fil-fatt li f 'waħda mill-akbar protesti li saru ġie msemmi kważi f 'dawl pożittiv l-eks PM Dom Mintoff, avversarju qalil ta' Daphne Caruana Galizia, li minħabba inċidenti f 'ħajjitha, baqgħet kważi tobogħdu. Huwa improbabbli ħafna li Abela jikseb appoġġ sinjifikanti minn dawn il-votanti, għalkemm bid-deċiżjonijiet li qed jieħu jaf jirbaħ ir-rispett. Irid iżomm il-paċi fil-Kabinett ... L-istorja politika riċenti wrietna, u għadha qed turina bħalissa fil-każ tal- Partit Nazzjonalista, illi partit mhux magħqud rari jingħata l-fiduċja tan-nies. Il-Gvern immexxi minn Alfred Sant waqa' minħabba ġlied intern, il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi għamel xhur jillapazza u ma jiħux voti fil- Parlament għax ma kellux maġġoranza sakemm tilifha, hekk kif id-Deputat Franco Debono kien ivvota kontra l-Baġit 2013 u allura, effettivament waqqa' l-Gvern. Illum il-PN huwa maqsum bejn il- maġġoranza li trid lil Delia u minoranza voċifera u b'saħħitha fil-partit li ma tridux. Din is-sitwazzjoni kienet ikkumplikata iktar minħabba t-telfiet kbar li sofra l-PN. Abela jeħtieġ joqgħod attent illi filwaqt li jagħmel dak li hemm bżonn biex jaċċerta d-dixxiplina fost il-membri tal-Kabinett u li jittieħdu passi għal titjib fil-governanza tal-pajjiż, fl-istess ħin ma joħloqx sens ta' diżappunt u qrusa fil- Grupp Parlamentari. Semmejna lil Konrad Mizzi. Inkwantu minn kemm tista' tkun tajba d-deċiżjoni li jitwaqqa' kuntratt tal-MTA ma' Mizzi, Abela issa għandu backbencher diżilluż u ffrustrat. Bilqiegħda ħdejh fuq il-backbench se jkun hemm Chris Cardona, li qal illi hu ma riedx Ministeru minkejja diċeriji li m'aċċettax Ministeru li tah Abela u Joe Mizzi li flimkien ma' dawk li jappoġġjawh, ma kienx kuntent li tħalla barra. Dawn, flimkien ma' xi żewġ Deputati li kienu u baqgħu barra l-kabinett ipoġġu ħdejn l-eks PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat. Din hija taħlita li tista' tkun perikoluża għal Abela jekk ma jiħux ħsieb id- dwejjaq, bżonnijiet, aspettattivi u ambizzjonijiet ta' kull wieħed minn dawn. Kull involviment ta' wieħed minn dawn iqajjem id-dubji u l-kontroversji, kif rajna din il-ġimgħa mhux biss fil-każ ta' Konrad Mizzi imma wkoll ta' Muscat li kien preżenti f 'laqgħa bejn Steward Healthcare u l-PM Robert Abela. Dan qed jagħmel ħajjet Abela xi ftit jew wisq diffiċli. Bl-Ingliż jingħad, 'damned if he does doesn't', bħal sikkina li taqta' miż-żewġ naħat. Elettoralment l-ekonomija tibqa' l-aktar importanti Minkejja dak kollu li analizzajna hawnhekk l-ekonomija tibqa' l-fattur determinanti għall-fortuni politiċi ta' Abela. Fl-aħħar snin kien ċar illi l-governanza, minkejja illi kienet kruċjali għall- awtorità morali tal-Gvern ma affettwatx elezzjonijiet, la tal-2017 u lanqas tal- 2019, li saret wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u meta l-allegazzjonijiet madwar il-Panama Papers kienu diġà mmaturaw sew. L-ekonomija u magħha miżuri li jħallu aktar flus fil-but; bħaċ-child care, kontijiet irħas, first u second time buyers kif ukoll kundizzjonijiet favorevoli biex l-industrija tal-kostruzzjoni u proprjetà tkompli timraħ - kienet il-miżura ewlenija li żammet lil Muscat popolari. Meta tasal l-elezzjoni, il-fatt li Abela jkun neħħa n-nies, daħħal id-dixxiplina u ħa deċiżjonijiet tajbin biex itejjeb it- trasparenza u l-kontabbilità jistgħu biss jgħinu biex ikabbru distakk li huwa sostnut bl-ekonomija, il-flus fil-but u biex inżidu oħra, sistema effiċjenti ta' klijenteliżmu. L-ILMA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020