Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum 'Il-mina rridha ssir ... imma rridu nilqgħu ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ħafna mid-diskussjoni politika fl-aħħar snin, jekk mhux ukoll għall-aħħar diċenju kienet dwar l-ambjent, l-agrikolatura u l-art tagħna, b'dak kollu bnin u ġenwin li toffri. Fl-istess ħin u f 'parallel irrankat ukoll id-diskussjoni dwar l-ekonomija, il-flus fil-but tan-nies u x-xogħol kif ukoll l-effetti detrimentali tal-iżvilupp ekonomiku fuq l-ambjent u l-art tagħna. Din il-ġimgħa l-ILLUM qasmet il-fliegu u ltaqgħet mar-raġel wara dik iz-zalza li tagħmel mal-għaġin, il-kunserva mal-ħobż biż-żejt, popolarment magħrufa bħala 'tal-bott il- blu', wara l-ġbejna tal-bżar u l-ġibna niexfa. Produttur u negozjant li qed jipproduċi varjetà ta' ikel tradizzjonali Għawdxi bil-massa kif ukoll ikel artiġġjanali li għandu storja antika, fl-għeruq rurali ta' ħajjet il-bdiewa Għawdxin matul iż-żmien. L-ILLUM tiltaqa' ma' John Magro: wieħed minn klassi ta' negozjanti mhux biss li għamlu suċċess f 'termini ta' profitt, imma li għandhom għeruqhom fi storja li llum taqbeż il-100 sena. Fil-fatt kemm hu, kif ukoll ħuh Michael għandhom ħeġġa liema bħalha biex jitkellmu wkoll dwar l-istorja ferm interessanti tal- kumpanija. Bilqiegħda, bejn gidma u oħra ta' ġbejniet tan-nagħaġ u tal-mogħoż, friski, togħma ta' ħalib - irkotta (mhux rikotta, irkotta - hemm differenza bejn it-tnejn) u xi żebbuġa miksija b'żejt li jsir minnha, immorru lura għall-1916. Kollox beda bit-tpartit ... Kienet f 'din is-sena - 104 snin ilu - li din il- kumpanija Maltija fetħet flimkien ma' diversi oħrajn. Li hu interssanti huwa l-kif. "In-nannu tiegħi kien jismu Ġanni, jiena għalih imsemmi. Il-bużnannu kien raħħal, imma Ġanni ddeċieda li jiaħ negozju u sar kumpratur." Kelma li għandha wirt Taljan, kumpratur kienet tintuża biex tiddeskrivi lil dik il- persuna li minħabba li dak iż-żmien ma kinux jintużaw flus (qed nitkellmu fuq l-1886), kien ipartat oġġett ma' ieħor. Dak li bl-Ingliż jissejjaħ bartering. "Huwa kien beda jpartat l-frott u l-ħaxix tal-bdiewa kemm f 'Għawdex imma wkoll f 'Malta," jispjega Magro li mbagħad iżid illi f 'Malta kien iġib prezz aħjar. Il-kapillanija tax-Xewkija li daħlithom fin- negozju Jgħaddi lill-gazzetta ktieb ta' 272 paġna b'faċċata kkulurita ta' munzell tadam Għawdxi u ċ-Ċittadella fl-isfond: 'A century of Enterprise on the Mediterraean Island of Gozo', miktub minn Joseph Bezzina b'ritratti tal-fotografu Daniel Cilia. Jislet fatt storiku minnu, imsejjaħ il-Kapillanija. Jispjega illi dak iż-żmien, mill-ġdid minħabba sistema li ma kinitx tuża l-flus, lill-Kapillan jew Arċipriet, naturalment dak iż-żmien figura ċentrali fl-irħula u bliet, kien jingħatalu xi gidi jew prodotti tal-ikel. In- nies, speċjalment familji raħħala kienu jagħtu xi tiġieġa jew serduk, jew inkella patata, żerriegħa tal-kemmun u qoton. Il-Kapillan tax-Xewkija, dak iż-żmien Dun Pietru Pawl Ciantar, kien qabbad lil Ġanni Magro, wara li ħareġ sejħa biex ibigħ l-affarijiet li kien qed jaqla' jew dawk li ma kellux bżonn, għal profitt. Il-kelma malajr inxterdet u Kapillani ta' lokalitajiet oħrajn bdew jagħmlu l-istess, b'Ġanni saħasnitra jirbaħ l-offerta ta' Dun Ġużepp Farrugia, Kapillan tas-Sannat bejn l-1916 u l-1925, kif ukoll ta' Dun Martin Camilleri, Kapillan tan-Nadur bejn l-1910 u l-1921. 'Fl-Ewwel Gwerra Dinjija kien hawn ħafna ġid f'pajjiżna' "Fl-Ewwel Gwerra Dinjija f 'Malta kien hawn ħafna ġid, kuntrarjament għat-Tieni Gwerra Dinjija meta kien hawn ħafna faqar. Dak iż-żmien Malta u wara anke Għawdex saru l-infermiera tal-Meditrerran u allura f 'pajjiżna ġew ħafna pazjenti mill-Militar Ingliż, tobba u infermiera. Id-dokumentazzjoni li għandna turi illi f 'Għawdex dawn qagħdu fil-Forti Chambray," spjega Magro mal-ILLUM. Qal illi dan l-influss għen biex jinħoloq il-ġid u biex jiħu diversi kumpaniji, li għadhom miuħin sal-lum. Magro jgħid illi l-Militar kien jippreferi illi jkollu lista stabbilita ta' mingħand min jista' jixtri, milli jixtri mingħand nies mhux magħrufa. U hekk twieldet il-kumpanija Għawdxija Magro Brothers li tqabbdet mill-Militar biex tkun il-fornitur tal-ikel li kellhom bżonn dawk kollha li kienu qed jaħdmu Chambray. U minn dakinhar għaddew 104 snin, ġenerazzjonijiet u ħafna bidliet. Fil-fatt Ġanni għandu tlett itfal, li komplew fejn ħalla hu. Tliet subien, Wiġi, Ġużeppi u Manwel. Tal-aħħar huwa l-iżgħar u missier John Magro. L-ewwel ħolma kienet il-manifattura tal- ħalib ... imma ma kellux ikun L-ILLUM tistaqsi kif minn fornitur tal- ikel għall-militar, din il-kumpanija nbidlet f 'waħda li tispeċjalizza l-aktar fil-prodotti li huma dderivati mit-tadam. U l-istorja hija verament interessanti. L-aħwa kienu ilhom jixtiequ jidħlu fil- manifattura fi żmien meta f 'Għawdex kien hemm biss it kumpaniji. Il-ktieb li għamilna referenza għalih diġà fil-fatt isemmi l-Pax Flour Mills u lil Anthony Farrugia Ellis li kien fetaħ fabbrika tal-madum. Magro jispjega kif l-aħwa xtaqu li jidħlu fil- manifattura tal-ħalib. "Dak iż-żmien il-ħalib kont tixtrih meta tgħaddi merħla mogħoż u jeħliblek dak il-ħin ... iżda mbagħad kien hawn problema kbira ħafna, bid-deni rqiq," jispjega Magro li jkompli jgħid illi Sir Temi Zammit kien skopra illi d-deni rqiq kien ġej mill-ħalib. "L-Imperu Ingliż ried juri illi hu jimpurtah u ħoloq, biex tippasturizza hi, il-Milk Marketing Undertaking (MMA - illum Malta Dairy Products) mill-Milk Centre li kien miuħ mill-Gvernatur Charles Bonham Carter." Magro jkompli jgħid kif il-Gvern Ingliż kien għamel liġi li permezz tagħha għamilha illegali li persuna tbigħ il-ħalib mhux ippasturizzat mit-toroq. B'konsegwenza, il-Gvern ma ħariġx il- permess għal Magro biex jippasturizza f 'Għawdex hu, biex ikun hu stess li jipproduċi waħdu. Għal dan u minkejja li fabbrika kienet lesta, l-aħwa kkonfondew u marru jistaqsu lil dawk li bigħulhom il-magni x'se jagħmlu bihom issa. Qalulhom li minflok jipproduċu l-ħalib evaporat, jistgħu minflok jipproduċu t-tadam evaporat, biex tkun prodotta l-kunserva. Minn hemmhekk allura nħolqot industrija sħiħa tat-tuffieħ ta' Adam, frotta mill-Amerika t'Isfel. "Aħna kollox nixtru mill-bdiewa lokali. Bħala kumpanija llum inħaddmu 180 impjegat u magħhom, 50 persuna jagħtuna l-ħalib u 200 bidwi jagħtuna tadam u ħaxix ieħor." 'Brexit: għad m'hemmx biżżejjed informazzjoni' Waqt li qed idawwar lil din il-gazzetta mal-fabbrika Magro jispjega kif bħalissa din ma tkunx qed taħdem kollha kemm hi, hekk kif l-istaġun tat-tadam huwa bejn Lulju u Awwissu. Jgħid iżda li bħalissa għaddej xogħol fuq produzzjoni ta' piżelli, baked beans u ketchup għal barra. F'liema punt hu jfakkar illi 50% ta' dak kollu li jkun prodott fil-kumpanija jiġi esportat, bl- akbar suq ikun ir-Renju Unit. U la semma dan il-pajjiż il-gazzetta staqsiet jekk hemmx tħassib minħabba Brexit. Mingħajr ma qalha ċara, Magro fakkar li għalissa għad m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar dan il-proċess. Il-bidla fil-klima u l-produzzjoni Bil-kuntatt li għandu mal-bdiewa Magro huwa konxju tal-isfidi naturali li jiffaċċja suq bħal dan u hu jaqbel u jgħid illi fil-fatt studji li għamlu qed jinnotaw bidla fil-klima ta' Malta u allura l-bżonn li anke l-bdiewa, fejn jistgħu jinbildu huma wkoll. "Qed ngħinu lill-bidwi jibda jaħdem minn qabel, minħabba din il-bidla fil-klima," jgħid L-ikel li tiekol għandu storja u John Magro u l-familja tiegħu għandhom storja ta' iktar minn 100 sena x'jirrakkontaw. Mit-tadama sal-ħalib u mill-bidla fil-klima sal-mina. L-ILLUM tintervista lill-intraprenditur Għawdxi... Mix-xellug: Michael Magro, John Magro u wlied John

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020