Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 1917 (15) 10:35, 21:10, 15:40, 18:10, 20:45, 23:20 A Beautiful Day in the Neighbour- hood (PG) 13:30, 1:55, 18:20, 20:45 Bad Boys For Life (15) 13:15, 15:55, 18:35, 21:15, 23:10 Bombshell (15) 13:30, 16:00, 18:30, 21:00, 23:30 Frozen 2 2D (U) 11:05, 13:10, 15:30 JoJo Rabbit (12A) 13:45, 16:15, 18:40, 21:05 Jumanji: The Next Level (12A) 10:30, 13:00, 15:40, 18:20, 21:00, 23:35 Knives Out (12A) 21:00 La Boheme (12A) 16:00 Little Women (U) 13:00, 21:15 Playing with Fire (U) 11:20, 13:35, 16:05, 18:20, 20:35 Spies in Disguise (U) 11:10, 13:25, 15:50, 18:20 Star Wars: The Rise of Skywalker 2D (12A) 17:45, 21:00 The Gentlemen (18) 13:30, 16:00, 18:30, 21:00, 23:30 The Person History of David Copper- field (PG) 10:30, 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 The Rhythm Section 111:10, 13:35, 16:00, 18:25, 20:500, 23:15 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Jumanji: The Next Level 3D (12A) 10:50, 13:20, 15:55, 18:30, 21:10 Little Women (U) 10:20, 14:00, 18;00 1917 (15) 10:30, 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Bad Boys For Life (15) 10:45, 13:20, 16:00, 18:45, 21:15 The Gentlemen (18) 10:50, 13:30, 16:05, 18:30, 21:00 Bombshell (15) 21:00 IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum Films fiċ-ċinema Carmel Bonnici THE RHYTHM SECTION Atturi Ewlenin: Blake Lively; Jude Law; Sterling K. Brown; Max Casella; Daniel Mays; Geoff Bell. Direttur: Reed Morano. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul:109 min. Ċert 15 Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema Irreklamat bħala film mill-produtturi tas-sensiela James Bond, referenza għal Michael G. Wilson u Barbara Broccoli ta' EON Productions, e Rhythm Section hu mimli azzjoni, vjolenza, qtil, ġiri wara xulxin bil-karozzi, kif ukoll mużika qawwija. Dan hu bbażat minn fuq il-ktieb ta' Mark Burnell, ippubblikat fl-1999 li tant kien popolari mal-qarrejja. Fil-uħ ninnotaw li Stephanie Patrick (Lively), mara nkwetata li tilfet kull rieda f 'ħajjitha, anki waslet biex tirrovina lilha nniffisha minħabba li tilfet tragikament lill- familja tagħha meta l-ajruplan li kienu fuqu kkraxxja. Kważi dejjem storduta bid-drogi u anki tmur mal-irġiel biex takkwista l-flus, fuq ġisimha jidher ħafna tbenġil. Meta tliet snin wara ġurnalist investigattiv jgħarraa li l-waqgħa tal-ajruplan ma kenitx kumbinazzjoni, malajr hi tistejqer mit-trawma emozzjonanti li ħakmitha u timbarka fuq vendetta spjetata fuq dawk li kienu kaġun tal-mewt tal-ġenituri tagħha u ż-żewġ ħutha. e Rhythm Section jippreżentalna mara intelliġenti, ta' stoffa u rieda qawwija li taħt isem falz u l-kapaċità li tittrasforma ruħha b'xi parrokka differenti jew ilbies varju, tinnaviga dinja oskura u perikoluża biex tikseb redenzjoni u ġustizzja għad-deni li ġabuha fih. Permezz ta' eks-aġent tal-MI6, Boyd (Law), titgħallem diversi mezzi ta' kumbattiment, kif trażżan il-biża' ta' fuqha u kontinwament tkun attenta f 'mumenti ta' periklu imminenti. Qisha xi aġenta tip ta' Bond, din il- missjoni teħodha f 'diversi postijiet madwar id-dinja; Tangier fil-Marokk, Marsilja fi Franza, Spanja, Londra u bnadi oħrajn. Il- film hu mfawwar bl-azzjoni tant li kultant jinħass konfuż!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020