Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport L-esperjenza mat-tim nazzjonali tal-futsal hija waħda mill-isbaħ' illum • IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futsal? Kien hemm ħabib tiegħi joqgħod Ħal-Qormi u kien qalli biex immur logħba indoor 5-a-side. Dak iż-żmien kont għadni kif spiċċajt l-eżamijiet u tħajjart biex immur. Wara 12-il sena għadni hawn. Kemm tħoss illi l-MFA qed tagħmel biżżejjed sabiex il-futsal jiżviluppa f 'pajjiżna? Nemmen li qabel it kien qed jingħata importanza lill-futsal. Minn sentejn ilu 'l hawn l-affarijiet qed jinbidlu. Jalla jibqgħu sejrin fit- triq it-tajba. Kemm inti kuntent fil-post fejn tilagħbu l-futsal jiġifieri l-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Fl-aħħar għandna post sura fejn jintlagħab il-futsal bi dressing rooms adekwati. X'tikkummenta fuq il-kumitat ta' Luxol immexxi miċ-Chairman Joseph Aquilina u mill-president Mario Vella? Huwa tim professjonali u fuq kollox ħbieb. U fuq il-kowċ Gabriel Dobre? Il-kowċ Dobre huwa kowċ iddedikat ħafna li għaraf il- kapaċitajiet tiegħi u qed jgħinni nisfruttahom bl-aħjar mod possibbli. Nemmen ħafna fil-Maltin li għandu miegħu u jimlik bil- kunfidenza biex meta tilgħab, tagħti dejjem l-aħjar. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal- futsal sa issa? Esperjenza tal-ġenn. Ir-rebħa fuq il-Bulgarija kienet l-isbaħ esperjenza tiegħi s'issa. L-emozzjoni kienet waħda indeskrivibbli. U fuq il-kowċ Zeljko Anicic? Huwa kowċ umli ħafna li qed juża lill-klabbs bl-aħjar mod biex isaħħaħ it-tim nazzjonali. Kemm tħoss li huwa importanti l-isport fil-ħajja tal-bniedem? L-isport nemmen li huwa importanti ħafna għaliex jgħinek tirrilassa u tinsa naqra mir-rutina ta' kuljum. Apparti minn hekk, iżżomm fiżikament b'saħħtek. Stefan Vella - fost l-aqwa goalkeepers tal-futsal f'pajjiżna li jimmilita ma' Luxol Futsal kif ukoll mat-tim nazzjonali Valletta Subbuteo Club finalisti fil-Major ta' Rochefort 2020 Fil-jiem li għaddew, ġie organizzat il-Major ta' Rochefort 2020 ġewwa l-Belġju. It-tim ta' Valletta Subbuteo Club kien iffurmat minn Samuel Bartolo (Captain), Derek Conti, Mario Camilleri, Joseph Borg Bonaci u Mark Gauci. Fil-kategoriji individwali li ġew organizzati s-Sibt ħadu sehem fil-kategorija Open Samuel Bartolo, Joseph Borg Bonaci u Mark Gauci li waslu sal-aħħar 32, filwaqt li Derek Conti wasal sal-aħħar 16. Mario Camilleri kien qed jieħu sehem fil-kategorija tal- Veterani u nqala' fil-'play-offs'. Il-Ħadd kien imiss il- kompetizzjonijiet tat-timijiet. Valletta SC kellhom prestazzjoni tajba ħafna, u kienu ftit bogħod mir-rebħa ta' dan il-Major prestiġjuż. Valletta SC għaddew l-ewwel fil-grupp tagħhom, u wara semi-finali iebsa kontra t-tim Taljan, Napoli Eagles kellhom il-finali kontra t-tim Taljan, SC Fiamme Azzurre. Kienet logħba missielta sal-aħħar, li spiċċat bir- riżultat ta' draw ta' 2-2, iżda sfortunatament intrebħet minn SC Fiamme Azzurre b'diferenza ta' żewġ gowls. Valletta SC issa mistennija jipparteċipaw fil-Major ta' Frameries 2020, f 'Marzu li ġej. Intant, Jurgen Balzan ipparteċipa fil-kategorija individwali ta' taħt id-19-il sena. Wara li għadda l-ewwel fil- grupp, lagħab is-semi-finali kontra Matthias Averlant fejn tilef bl-iskor ta' 1-0. Il-Belġjan Louison Giaux kien ir-rebbieħ. Il-Ħadd, Balzan lagħab mat- tim Belġjan, ST Stembert. It-tim wasal sal-aħħar 32.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020