Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945
28 sport IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum Ikompli jikber l-interess tal-Boogie Bounce f'Malta Il-Boogie Bounce ġie introdott fl- Ingilterra fis-sena 1996 mill-fundatriċi, Jenny Belcher. Fil-preżent, Boogie Bounce jiġi eżerċitat fi 13-il pajjiż differenti fosthom Malta. X'inhu Boogie Bounce? Boogie Bounce huwa eżerċizzju intensiv li jsir fuq trampoline b''T-bar'. B'dan l-eżerċizzju, nużaw diversi tekniċi fejn jgħin li naħarqu ħafna xaħmijiet. L-għan tal-Boogie Bounce mhux li nippratikaw xi tip ta' ġinnastika jew kemm naqbżu fl-għoli iżda li nużaw ħafna movimenti kkontrollati u b' ritmu fosthom 'froggin, stompin u paddle'. Waqt din is-siegħa ta' eżerċizzju, nagħfsu ħafna fuq cardio inkorporat b'toning. Nagħfsu ħafna fuq saqajn, thigh, glutes, abdominali kif ukoll dak li ngħidulu upper body. F'kelma waħda nużaw u nċaqilqu kull muskolu li għandna f ' ġisimna, saħansitra anke l-muskoli ta' wiċċna. Vantaġġi ta' Boogie Bounce Huwa work-out fantastiku fejn nużaw ġisimna kollu u tieħu pjaċir tagħmlu. Dan filwaqt li ttejjeb u tgħaġġel iktar il-metaboliżmu, u tnaqqas ħafna mill- istress tal-ġurnata u jgħinek torqod aħjar. Ukoll, iħalli mpatt baxx fuq il-ġogi u l-ligamenti u jonqsu ċ-ċelluliti. Jista' jipptratikah kulħadd, b'kull tip ta' età u kull tip ta' figura. Studji minn xjentisti tan-NASA wrew li meta wieħed jaqbeż fuq trampolin huwa 68% iktar effettiv minn jogging. B'dan l-eżerċizzju, wieħed jista' jkollu iktar saħħa mingħajr ma jkollu periklu li jiġbed xi muskolu. Ir-rutina tagħna tikkonsisti f 'siegħa b' mużika addattata għar-ritmu tal- eżerċizzju li nkunu qed nippratikaw. Nibdew bil-warming-up u dejjem naċċeleraw sabiex dan ikun effettiv. Nagħmlu l-cooling-down, fejn nerġgħu nniżżlu t-taħbit tal-qalb tagħna għan- normalità. Fl-aħħar kwarta nieqfu mill-qbiż u niffukaw biss fuq chest press-ups, glutes, triceps u abdominali. Nagħlqu bi stretching tajjeb biex inħollu u nirrilissaw il-muskoli tagħna mill-eżerċizzju li nkunu għamilna. Boogie Bounce Strength and Tone Madwar sena ilu, Boogie Bounce introduċew ukoll programm ġdid bl-isem ta' Boogie Bounce Strength and Tone. Dan it-tip ta' eżerċizzju mhux biss jgħinek tonqos mill-piż, iżda hemm ħafna iktar benefiċċji oħra fih. Jgħin biex intejbu l-qagħda tagħna - ħafna minna nqattgħu ħafna ħin bilqiegħda quddiem kompjuter u mingħajr ma nkunu nafu nkunu qegħdin inpoġġu ħażin. Insaħħu s-saħħa tan-naħa ta' fuq ta' ġisimna u jgħinna wkoll innaqqsu minn stress u għoqod fil-muskoli tagħna madwar l-ispallejn. Jgħin biex tissoda l-core tiegħek għaliex huwa programm uniku li trid iżżomm reżistenza, waqt li qed tagħmel l-eżercizzju fuq xi ħaġa mhux stabbli. Jgħin lill-moħħ biex jagħmel konnessjoni mal-ġisem. Waqt li qed nitħarrġu qed inġiegħlu lill-moħħ jiffoka u jaħseb biss fuq dak li jkun qed jagħmel. Dan filwaqt li tħossok tajjeb, kunfidenti u b'saħħtek. Ittejjeb ukoll is-sistema tal-cardio vascular billi tnaqqas dak li jgħidulu resting heart rate u żżid il-cardiac output. Ikun hemm ukoll tnaqqis ta' injuries, fejn iktar ma nikbru, iktar nitilfu massa u saħħa mill-muskoli tagħna. Titjieb il-bone-density tagħna, fejn riċerki juru li eżercizzji fejn nużaw piż jistgħu jdewmu problemi relatati mal- għadam. Dan it-tip ta' eżerċizzju nagħmluh fuq trampoline tagħna u nużaw boogie bounce resistance bands li nqabbdu mat- trampoline tagħna. Kull min hu interresat jipprova Boogie Bounce u BBX Strength and Tone jista' jżurna fuq il-paġna ta' facebook, Boogie Bounce Xtreme Malta. CRISTIAN ANTONY MUSCAT Amanda Hayman - Master Instructor ta' Boogie Bounce Malta li wieħed mill-iktar affarijiet għal qalbi f'ħajjitha huwa proprju xogħolha, fejn għandha passjoni kbira lejn il-professjoni tagħha