Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
15 letteratura illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 Wara l-kontroversji li ġabet it-tħabbira tar-riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – l-iżjed id-deċiżjoni tal-ġurija li ma taġġudika ebda premju fil-kategorija tar-rumanzi – Kevin Saliba jirrifletti fuq ir-rebbieħa u fuq it-telliefa. Itenni l-pożizzjoni tal-ġurija filwaqt li jinvalida bosta mir-reazzjonijiet li qamu. B'tislima lil Samuel Beckett u lil Will Self, imbagħad, isostni li fl-aħħar mill-aħħar fil-letteratura m'hemmx lok għar-rebħ għax il-kitba dejjem tibqa' logħba mitlufa. F'din l-era diġitali għandu mnejn mitluf ukoll il- ġejjieni tar-rumanz. Madankollu Saliba jisħaq li minkejja kollox il-ħidma jenħtieġ tissokkta dan forsi seta' jipprovoka polemika, iżda 'qas f 'seba' mitt sena ma bsarna li diskussjoni daqstant fejjieda bħal din kienet ser tisfa' f 'dil-assurdaġni xarabankeska kollha. Dal-pajjiż ma jfieq qatt. Il-letteratura dejjem logħba mitlufa Niġu issa għas-serjetà: aktarx din kienet l-ewwel darba, almenu mill-2007 'l hawn, illi qamet kommozzjoni daqstant sfiqa madwar rumanziera li fallew milli jerbħu dan il-Premju. Bħal dak li qallu li qabelxejn ir-rumanzi jinkitbu sabiex jintrebħu r-rigali fil-Prize Day. Qisna tfal żgħar! Milli jidher fl-imħuħ ta' bosta għad hemm din l-idea żgarrata li l-letteratura hija xi tellieqa – jekk mhux ukoll elezzjoni ġenerali – fejn xi ħadd bilfors irid jerbaħ, l-iżjed billi jikseb il-prosit uffiċjali ta' terzi. Niġu f 'dan, ngħid għalija almenu, ili snin tal-kredu li l-letteratura – fl-aħħar mill-aħħar – hija dejjem logħba telliefa. Indur kemm indur, f 'dar-rigward, dejjem niġi fi kliem il- kittieb u kritiku letterarju Will Self: "Li tittanta tikteb bis-serjetà, inħoss jien, ifisser li titlef ". F'dil-logħba hija ħaġa minn ewl id-dinja li niktbu x'niktbu nfallu lkoll. Għaldaqshekk f 'din l-iskola ta' ħsieb il-kilba għall- kitba minnha nfisha tibqa' dejjem kwistjoni ta' min ifalli l-inqas iżjed milli ta' min jerbaħ l-iktar. Pertinenti ħafna hawnhekk il-qawl tal-kittieb Ingliż Robert Graves illi l-poeżija hija taqbida "mal-impossibbiltà enormi tal- lingwa". Dan jgħodd, nemmen jien, għal kull xorta ta' kitba u attività letterarja – ibda mill-kitba tan- narrattiva u spiċċa fit-traduzzjoni. Allura niakar imbagħad, irrid jew ma rridx, fuq l-għadd ta' jiem mitlufa niċċassa lejn paġna bajda. Fuq ir-riżmi karti li ħassart u saħansitra ħraqt. Fuq il-kliem li qajla jagħmlu biżżejjed ġieħ lill- ħsibijiet jew lill-ħsus li nissluhom. Fuq narrattivi li jixkanaw minn tulhom fl-art jew jidbielu fix-xejn bħat-tiiriet matutin tal-ħolm tal-lejl ta' qabel. Fuq il-katavri ta' karattri li qtilt ħesrem, uħud minnhom qabel biss ħadu xi għamla ta' ħajja. Fuq l-irmied tal- paġni tar-rumanz li żmien ilu ridt nikteb dwar il-mewt ta' missieri u l-firda minn ċerta maħbuba – Ir-Rit ta' Kristifu/L-Għasafar tal-Ġenna. Jingħad li kittieb ieħor Ingliż, did- darba Edward Morgan Forster, darba staqsa dan: "Kif tridni ngħid dak li naħseb qabel nara dak li ngħid?" Ma nlumux. Jgħid x'kien jgħid il-ħassieb George Steiner il-fidi għamja fil- lingwa ilha li ntilfet. Diġà qed nisma' 'l min imaħħaħ li forsi dan il-veru każ li jekk ma nilgħabx inħassar. Intant tul l-istorja diversi kittieba kbar stqarru, anzi saħqu, li għaddew minn dawn il-martirji impossibbli. Ibda bil-perċimes fosthom kollha: Samuel Beckett. Immortali ormaj is-silta mill-kitba esperimentali tiegħu Worstward Ho: "Ever tried. Ever failed. No matter. Try again. Fail again. Fail better." Li kelli nittanta nrodd din fil-Malti – b'moħħi band'oħra u b'did-daqsxejn ħajta deni – dal- ħin aktarx infalli. F'dil-epoka tat-tiranni tat-tbissima parir bħal dan spiss jittieħed bħala messaġġ maħsub biex iqawwilna qalbna kontra l-fallimenti tal-ħajja. Min jaf x'jaħseb illum Beckett li kellu josserva dil-miżappropjazzjoni li saret minn dan l-imperattiv kreattiv? Beckett fil-fallimenti kien jiem qatigħ. L-ewwel rumanz tiegħu ma ried jippubblikah ħadd. Dak li mbagħad seħħlu jsalva minnu ma xtrah kważi ħadd lanqas. Dak iż-żmien, forsi sforz l-affinità ma' James Joyce, kien aktarx għadu jbati minn dik li Harold Bloom isejħilha l-ansjetà tal-influwenza. Niġu f 'dan, it-terminu "anxiety of influence" fl-istqarrija tagħna ma ktibniehx għalxejn. Forsi ġenji m'aħniex, iżda ġdur sabarra m'aħniex lanqas. Xi ktieb 'l hawn u 'l hemm qrajnieh żgur. Safrattant il-kunsill siewi ta' Beckett jirrigwarda, iżda minn kull ħaġa oħra, l-impossibbiltà li l-lingwa – u għaldaqstant il- ġest utopiku tal-kitba letterarja – tasal tħaddan fiha t-tifsir kollu li ninfliġġu fuqha sabiex nagħmlu stqarrijiet dwar id-dinja, fosthom billi niktbu r-rumanzi. F'Worstward Ho difatti anke l-lingwa tfalli daqsinsew, jew aħjar, kien jenħtieġ tfalli. Il-falliment inevitabbli. Xi kitbiet inqas minn oħrajn, iżda fl- aħħar mill-aħħar kull kitba tfalli. Riflessjoni bħal din minn Beckett – għal ġieħna magħmula lejn tmiem il-karriera tiegħu – m'għandhiex tittieħed b'niskata melħ. Għajb għalina jekk nirrambaw messaġġier bħal dan. Anzi, nazzarda ngħid illi kittieb li ma fehemx dan għadu 'qas biss beda – aħseb u ara kemm jista' jkollu xi jedd awtomatiku fuq xi premju. Ir-rumanz fil-ġenerazzjoni post- Gutenberg Din il-qagħda fallimentari tal-kittieba – ta' dawk rebbieħa tal-premji xejn inqas – għandu mnejn fi żmienna saret ferm iżjed skabruża fost il-letterati żgħażagħ. U dan għax f 'din l-era diġitali, bil-kontra tar-rumanziera tampari, dawn mhumiex parti mill-komunità letterarja ta' dawk li Marshall McLuhan kien sejħilhom "l-imħuħ Gutenberg" – voldieri dawk illi trabbew jaqraw mill- paġni stampati iżjed milli minn fuq l-aġġeġġi. Will Self tul dal- aħħar snin qajjem pandemonju – ferm ikbar minn dak imqanqal mill-ġurija tal-Premju Nazzjonali – sewwasew għax stqarr din il-fehma biex isostni t-twemmin tiegħu fil-mewt tar-rumanz bħala forma artistika maġġuri. Bħal David Peace it snin qablu, Self saħansitra jasal jistaqsi jekk f 'dan l-istadju bħala speċi aħniex qegħdin nevolvu lil hinn mill-ħtieġa li nirrakkontaw l-istejjer. Beckett bħal donnu kien ried jgħid l-istess ħaġa fit-testi Texts for Nothing. Jidhirli li l-modi kif xi wħud laqgħu l-verdett tal-ġurija tal- Premju Nazzjonali forsi jagħti ħafna piż lit-twissijiet ta' Self, l-iżjed dawk rigward il-frammentazzjoni tal-konċentrazzjoni u "r-reżistenza kontra d-diffikultà fil- manifestazzjonijiet estetiċi kollha tagħha". Bosta ħassieba ewlenin oħrajn – fosthom Roger Scruton u Sam Vaknin – dan l-aħħar tkellmu wkoll bosta drabi f 'dan is-sens; tal- ewwel b'referenza għall-konsum tal-kultura fi żmienna b'enfasi fuq il-mużika, tal-aħħar b'referenza għat-trijonf tal-immaġni fuq il- kelma u għall-aqir tad-diskors tal-intellettwali pubbliċi kkaġunati min-natura viżiva, konċiża u effimera tal-mezzi tal-midja soċjali. Dawn t'hawnhekk mhumiex bilfors riflessjonijiet speċifiċi rigward il-valur letterarju tar- rumanzi finalisti. Niġu f 'dan it-tliet kittieba inkwistjoni ma jappartjenux lill-ġenerazzjoni post-Gutenberg. Did-diskussjoni jenħtieġ tmur ukoll lil hinn. Tassew jidhirli li ebda diskussjoni serja dwar il-qagħda u l-prospetti tal-letteratura tagħna – u b'mod speċjali dwar ġejjieni tar-rumanz Malti – ma tista' titbiegħed wisq minn dan id-diskors. Ir-rumanzier Malti m'għandu ebda ċans jimxi 'l quddiem dment li dina l-għamla ta' narrattiva għada pitgħada tisfa espressjoni marġinali f 'kultura globali li tiċċelebra l-medjokrità. Jibqa' l-fatt li kull wieħed mir-rumanzi finalisti falla milli jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill- ġurija. B'daqshekk ma waqgħetx id-dinja. Hekk jew hekk, ilkoll nafu li bosta klassiċi tal-lum it li xejn kienu ngħataw kredtu fi żmienhom. L-Istorja qatt ma tieqaf tinkiteb u mhu minnu xejn li din dejjem iħażżuha biss ir-rebbieħa: għandu mnejn il-ġenerazzjonijiet ġejjiena għad iħarsu lura u jgħidu kemm tassew konna ċwieċ. Kemm-il darba jseħħ dan tabilħaqq l-Istorja jkunu kitbuha t-telliefa. Jalla. Iż- żmien għad jagħti parir. Infallu aħjar Intant, kif qalilna Beckett, fil-kitba ser nibqgħu nfallu. Iżda żgur li ser infallu agħar jekk minflok il-kitba nfisha ser inkomplu niħu n-nar fuq l-aġġudikanti jew nibqgħu ħsiebna biss fil-kittieba nfushom. Dan li ġej punt sottili ħafna: kemm- il darba rridu nfallu aħjar – almenu f 'dana l-iskandlu tat-tliet rumanzi – għal darba jaqbel nagħtu wkoll daqsxejn palju lil Roland Barthes. Il-kittieb jenħtieġ imut. Nemmen li l-aġġudikant mhux inqas. F'intervista dwar il-fallimenti letterarji mal-ġurnal e Guardian Will Self kien stqarr il-fehma li "ħajja kreattiva ma tintaqx bl- approvazzjoni daqskemm lanqas tista' tinqered bil-kritika. Dan titgħallmu mat-triq". Ma jfidx li nġibu d-dinja fit-tarf. Minkejja kollox il-ħidma jenħtieġ tissokta. Għaldaqstant tajjeb ukoll li aħna lkoll – jiġifieri l-pubblikaturi, il-kittieba, il-qarrejja, il-kritiċi u l-ġudikanti – inwarrbu mqar għal mument wieħed in-novella Worstward Ho ta' Beckett ħalli niakru, minflok, fir-rumanz tiegħu e Unnamable – "You must go on. I can't go on. I'll go on." Samuel Beckett