Illum previous editions

ILLUM 9 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 opinjoni Ħaqqhom għax ma jġemmgħux! S taqsi lin-nies jekk hawnx faqar f 'Malta u, wara li kategorikament jiċħdu li jeżisti l-faqar f 'Malta, jekk tibqa' tinsisti jgħidulek li ħaqqhom għax ma jġemmgħux. Għand- hom raġun dawn in-nies? Min hu fqir, huwa fil-fatt it-tort tiegħu jew tagħha? Din il-mistoqsija, bħal kull mistoqsija diffiċli dwar is-soċjetà, m'għandhiex risposta faċli tant hu hekk li fil-nagħmlu ħafna riċerka biex twassalna nimu dan il-fenomenu. Persuni li jgħixu jew għexu għal żmien twil fil-faqar ġieli jagħmlu deċiżjonijiet li jżommuhom fil-faqar minflok joħorġuhom minnu. Qabel ma nkomplu nitkellmu dwar dan is-suġġett, tajjeb li nagħrfu li lkoll inġorru numru ta' preġudizzji meta nitkellmu dwar il-faqar, pereżempju li kull min qiegħed fil-faqar huwa t-tort tiegħu. Dan mhux dejjem ikun il-każ u fatturi bħal ċaqliq kbir fl-ekonomija, pereżempju permezz ta' teknoloġiji ġodda jew rata kbira ta' qagħad, u fatturi personali bħal saħħa mentali jew fiżika jistgħu jħallu impatt kbir fuq persuni bir-riżultat li jispiċċaw jidħlu fil-faqar. Fuq livell aktar lokali, l-esperjenza tiegħi bħala riċerkatur mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas- Soċjetà fil-qasam tal-komunitajiet, kif wkoll ir-riċerka ta' ħafna awturi f 'dan l-qasam juru li hemm ħafna raġunijiet lil hinn mir-rieda jew nuqqas ta' dixxiplina li jżommu persuni fil-faqar. Riċerka ħierġa mill-Amerka turi li persuni fqar iħallsu 6% aktar fuq kull karta 'toilet paper' li jużaw u dan għaliex il-fatt li m'għandhomx ċertu ammont ta' flus imġemmgħin ifisser li mhumiex f 'pożizzjoni li jgawdu roħs u skontijiet li jkun hemm f 'supermarkets daqskemm min jista' jixtri, ngħidu aħna, tliet xhur ta' toilet paper f 'daqqa. Insibu din id-dinamika pereżempju wkoll meta biex tiaħ kont bankarju f 'ċertu banek, anki hawn Malta, trid tiddepożita imqar mitt ewro. Somma li ma tidhirx wisq, anki għax wara it tkun tista' terġa tiġbidhom. Però, għal min ir-riżorsi huma verament limitati, jista' jagħti l-każ li din is-somma twaqqfu milli jiaħ kont bankarju. L-effett ta' dan jiżdied meta wieħed ifittex self għal, ngħidu aħna, xiri ta' dar u dan ma jkunx possibbli mingħand bank, li jwassal lil persuni biex jagħmlu użu mill-użura. Dawn insejħulhom ostakli strutturali biex toħroġ mill-faqar. Raġuni oħra għalfejn naraw tendenza fejn familji u komunitajiet fil-faqar jibqgħu fil-faqar minn ġenerazzjoni għall-oħra hija minħabba dik li tissejjaħ kultura ta' faqar. Persuni u familji li jgħixu u ilhom jgħixu fil-faqar isibu modijiet kif ikampaw ma' dan il-fatt. Meta dan idum fuq medda ta' snin u numru ta' nies fil-komunità qed jgħaddu mill-istess ċirkustanzi, jinħolqu numru ta' attitudnijiet u twemmin li jsiru kultura. Din il-kultura tal-faqar għandha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha. Bħala vantaġġ, tagħti lil persuni għaddejjin mill- faqar sens ta' normalità u tgħinhom jgħixu din l-esperjenza b'aktar trankwillità minn, ngħidu aħna, xi ħadd li ma kienx fqir fi tfulitu mbagħad sar fqir minħabba ġrajjiet f 'ħajtu. Min-naħa l-oħra, ċertu mentalitajiet u kulturi jrawmu fin-nies ċertu attitudnijiet li jżommuhom u jipperpetwaw dan il-faqar bħal, ngħidu aħna, ċertu nuqqas ta' tama li l-affarijiet jistgħu jitranġaw. Tajjeb li niċċaraw li kultura ta' faqar mhijiex il-kawża primarja ta' faqar imma tista' tkun waħda mir- raġunijiet għalfejn anki meta nies fil-faqar jingħataw ċertu għajnuniet jibqgħu reżistenti jew anki jirriutaw l-għajnuna mogħtija. L-esperjenza tan-nuqqas ta' riżorsi, speċjalment finanzjarji, tħalli effett anki fuq il-psikoloġija tal-bniedem. Ir-riċerkaturi jiddiskutu kif il-faqar fuq medda ta' żmien twil inaqqas l-abbiltà li wieħed jipproċessa l-informazzjoni u b'hekk hemm ċans ikbar li jieħu deċiżjonijiet żbaljati. L-attitudni lejn ir-riskju finanzjarju wkoll tinbidel u naraw li azzjonijiet fejn deċiżjonijiet finanzjarji jrendu fil-futur huma mistkerrija waqt li azzjonijiet li jiggarantixxu li dejjem ikun hemm flus fil-but, anki jekk dan huwa ta' dannu fit-tul bħal ngħidu aħna self bl-użura, jidhru aktar attraenti. Il-faqar inaqqas ukoll l-abbiltà li wieħed jagħmel sagrifiċċju issa biex imbagħad igawdi wara u b'hekk isiru xiri jew deċiżjonijiet finanzjarji li jtaffu l-bżonn tal- mument imma li mhumiex għaqlin fit-tul. Allura, biex nirrispondu l-mistoqsija oriġinali tagħna, le l-persuni fil-faqar ma ħaqqhomx ikunu fil-faqar għax li tfaddal u li tieħu deċiżjonijiet għaqlin mhumiex sempliċiment kwistjoni ta' dixxiplina jew sagrifiċċju biss. Hemm numru ta' fatturi bħal spejjeż moħbija, kultura ta' faqar u impedimenti psikoloġiċi li jwaqqfuk milli toħroġ mill-faqar. X'inhi s-soluzzjoni? Bħalma għedna qabel, mhix sempliċi però tirrikjedi interventi fuq livell strutturali, filwaqt li tingħata anki għajnuna personali lil persuni fil-faqar biex joħorġu minnu. Ħaġa waħda hi żgura: mingħajr sens ta' empatija nibqgħu fuq livell superfiċjali li, fl-aħħar mill-aħħar, jiżgura ħaġa waħda biss; li min qed ibati minħabba l-faqar, ħa jibqa' ibati. Jekk tixtieq tistudja mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà kkuntatjana fuq socialwellbeing@um.edu.mt jew www. facebook.com/um.socialwellbeing/ illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2020 Andrew Camilleri huwa Research Support Officer, Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà Andrew Camilleri Il-persuni fil-faqar ma ħaqqhomx ikunu fil-faqar għax li tfaddal u li tieħu deċiżjonijiet għaqlin mhumiex sempliċiment kwistjoni ta' dixxiplina jew sagrifiċċju biss

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 February 2020